Official Journal L 181 , 20/07/1996 P. 0015 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/96 tad-19 ta' Lulju 1996 dwar l-irtirar parzjali tar-Regolament (KE) Nru 3053/95 li jemenda l-Annessi I, II, III, V, VI, VII, VIII, IX u XI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar ir-regoli komuni għal importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 941/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 19 flimkien ma' l-Artikolu 17 tiegħu, Billi fil-ħames u s-sitt inċiżi ta' l-Artikolu I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3053/95 [3] rispettivament kif emendat u li jħassar l-Annessi VI u VIa tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93; billi dan kien emendat u addottat fiż-żmien meta, bis-saħħa ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-Kummissjoni kienet għadha ma kinetx intitolata li tagħmel hekk, il-Kunsill billi kien għadu ma ddeċidiex li jikkonkludi jew japplika proviżorjament l-arranġamenti għall-aċċess tas-suq kif innegozjati ma' l-Indja u l-Pakistan; billi r-Regolament 3053/95 għalhekk jinkludi difett proċedurali li mill-anqas jiġġustifika li dan għandu jitħassar jew annullat parzjalment, billi skond deċiżjonijiet tal-Qorti, speċjalment kif stabbiliti bid-deċiżjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 1991 fil-każ C-248/89 Cargill v. Il-Kummissjoni ECR I, p. 2987, it-twaqqif ta' att illegali huwa ammessibli biss jekk iseħħ fi żmien raġonevoli u li jkun ħa biżżejjed konsiderazzjoni ta' l-aspetattivi leġittimi pperikolati mill-addozjoni tiegħu; billi l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji jeħtieġu li d-drittijiet ipperikolati fost dawk li għandhom id-dritt tal-benefiċċju, u partikolarment dawk li jinvolvu n-negozju tat-tessuti (bir-Regolament (KE) Nru 3053/95) fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995, data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu onorati; u billi xorta waħda għandu jiġi aċċennat li din it-tneħħija m'għandhiex tidher li tnaqqas jew tidderoga mill-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, li jipprovdi li dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu "m'għandom bl-ebda mod jikkostitwixxu bi kwalunkwe metodu xi deroga mid-dispożizzjonijiet, la bil-ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti fin-negozju tat-tessuti li l-Komunità ikkonkludiet ma' pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness II tal-ATC f'dak li jirrigwarda l-Membri tal-WHO imniżżla fl-Anness XI u li, f'kull każ ta' kunflitt, għandhom jipprevalu';" Billi l-miżuri għal dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Regolament (KE) Nru 3053/95 għandu jitħassar b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 1995 billi l-ħames u s-sitt inċiżi ta' l-Artikolu I tiegħu jemenda u/jew iħassar l-Annessi VI u VIa tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93. 2. It-tneħħija parzjali tar-Regolament (KE) Nru 3053/95 imsemmija fil-paragrafu I m'għandiex taffettwa d-drittijiet li l-addozzjoni tiegħu seta' iġġenera fost il-benefatturi tiegħu fil-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 1995 u d-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Leon Brittan Viċi-President [1] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1. [2] ĠU L 128, tad-29.5.1996, p. 15. [3] ĠU L 323, tat-30.12.1995, p. 1. --------------------------------------------------