Official Journal L 167 , 06/07/1996 P. 0019 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1308/96 ta' l-4 ta' Lulju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1192/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma "dan ir-Regolament;" Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi bażata fuqha kollha kemm hi jew parzjalment, jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa jew oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti f'kolonna 1 tat-tabella annessa ma dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati aħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, suġġetta għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' sistemi ta' kontroll doppju u ma' sorveljanza prijoritarja u retrospettiva komunitarja fuq prodotti tat-tessuti wara li jkunu importati għal ġol-Komunita, informazzjoni li torbot dwar tariffa fil-materja ta' klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Otturbu 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' 60 jum mill-possessur; Billi l-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-sezzjoni dwar in-nomenklatura u statistika tal-Kumtat dwar il-Kodiċi Doganali, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġon-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Suġġetta għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' sistemi ta' kontroll doppju u ma' sorveljanza prioritarja u retrospettiva komunitarja fuq prodotti ta-tessuti wara li jkunu importati għal ġol-Komunita, informazzjoni li torbot ta' tariffa fil-materja ta' klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li m'għadhomx jikkonformaw ma' dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' 60 jum. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 156, tad-29.6.1996, p. 15. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifika Kodiċi tan-NK | Raġuni | (1) | (2) | (3) | 1.Biċċa ħwejjeġ magħmula minn tessut (100 % qoton) maħsuba biex tgħatti l-parti t'isfel tal-ġisem, mill-qadd sa 'l fuq mill-irkoppa, li ddawwar kull sieq separatament u mingħajr ftuħ fuq quddiem, bi bwiet fil-ġnub.Tkun issikkata fil-qadd permezz ta' strixxa tal-lastiku u ċinta meħjuta fuq quddiem għal aġġustament b'bokkla fuq ix-xellug.Il-biċċa ħwejjeġ għandha wkoll kużakk finta (meħjut fuq il-biċċa ħwejjeġ) b'xaqliba mix-xellug għal-lemin (għeluq similat). (Shorts).(Ara r-ritratt Nru 547) | 62046290 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, tan-nota 8 mal-kapitolu 62, u bil-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet tan-NM 6204, 620462 u 62046290. La l-kużakk finta u lanqas il-pożizzjoni tal-bokkla m'huma suffiċjenti biex jidentifikawha bħala biċċa ħwejjeġ tar-rġiel jew tas-subien. | 2.Żewġ biċċiet ħwejjeġ ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jikkonsistu fi: | | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-nota 13 tas-sezzjoni XI, bin-nota 5 mal-kapitolu 62 għal biċċa ħwejjeġ (a), bin-nota 8 mal-kapitolu 62 u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6202, 62029300 u 62104000. | a.biċċa ħwejjeġ ħafifa, imlaħalħa magħmula minn żewġ tessuti kkuluriti b'mod differenti (100 % miksija bin-nylon ġol-plastik li tista’ taraha bl-għajn waħedha), maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem li tibqa’ nieżla 'l isfel sa l fuq min-nofs il-koxxa.Għandha ftuħ fuq quddiem kollu b’kużakk u xaqliba protettiva ddisinjata biex tinqafel permezz ta' buttuni li jingħafsu ma’ xulxin.Il-biċċa ħwejjeġ għandha kullar għoli meħjut magħha, barnuża li tista’ tkun issikkata bil-ġbid ta' qafla u tintrefa’ f'but tal-kullar, kmiem twal issikkati fit-tarf u żewġt ibwiet inseriti fuq quddiem li jinqaflu b'żippijiet.Tista’ wkoll tkun issikkata b'qafliet fil-kullar, qadd u taħt u għandha żigarelli tal-"velcro" fil-kullar u fi truf il-kmiem, inforra parzjali fin-naħa ta' fuq tal-biċċa ħwejjeġ (100 % nylon), dekorazzjoni meħjuta fuq il-komma x-xellugija u logo rrakkmat fuq is-sider.(Ara r-ritratt Nru 545 A) | 62104000 | b.Biċċa ħwejjeġ imlaħalħa magħmula minn żewġ tessuti kkuluriti b'mod differenti (100 % nylon) maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem li tibqa "nieżla" l isfel sa fuq nofs il-koxxa, bi ftuħ fuq quddiem kollu li jingħalaq b'kużakk.Għandha kmiem twal b'kustilji tal-ħdim fit-tarf, kullar tat-tessut tal-velour meħjut fuq il-biċċa ħwejjeġ u żewġt ibwiet inseriti fuq quddiem li jingħalqu b'kużakkijiet.Il-biċċa ħwejjeġ għandha wkoll logo rrakkmat fuq quddiem, faċilita li tissikka b'qafla fil-qadd u inforra kkuttunata b'but fuq ġewwa.(Ara r-ritratt Nru 545 B) | 62029300 | Iż-żewġ biċċiet ħwejjeġ jistgħu jintużaw separatament u jistgħu jkunu kkombinati permezz ta' żigarella tal-"velcro" mal-kullar, buttuni li jingħafsu ma’ xulxin fuq ġewwa fi truf il-kmiem u kużakk fil-ftuħ ta' quddiem. | | 3.Erbgħa oġġetti magħmula minn materjal tessili (100 % qoton) fl-istess motif dekorattiv stampat fuq kull wieħed minnhom, ippakkjati flimkien għall-bejgħ bl-imnut, li jikkomprendu: | | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, ir-regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda fir-rigward tas-sett f'oġġett 1, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM6211 , 621142, 62114210, 6302 u 63026000. Ix-xugaman ma jikkontribwixxix għall-istess għan kumplimentari bħat-tliet oġġetti l-oħra fis-sett u għalhekk għandu jkun ikklassifikat separatament. (Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni mas-sistema armonizzata dwar ir-regola ġenerali 3(b), oġġett X, għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura). | I.Sett ta' tliet oġġetti jaqblu ma’ xulxin magħmul mill-istess żewġ tessuti stampati f’ħafna kuluri, li jikkonsisti fi:a.ingwanta kkuttunata b'fibri tat-tessuti li tagħti insulazzjoni termali, kompluta b'xi ħaġa li sservi għad-dendil;(ara r-ritratt Nru 546 A)b.oġġett kwadrat biex jinqabdu bih twaġen ikkuttunat b'fibri tat-tessuti li jgħati insulazzjoni termali, komplut b'xi ħaġa li sservi għad-dendil;c.fardal;(ara r-ritratt Nru 546 D) | 62114210 | II.Xugaman magħmul minn fibri tat-terry bil-frenża fuq żewġ naħat u bil-keffa fuq it-tnejn l-oħra.(ara r-ritratt Nru 546 Ċ) | 63026000 | +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------