Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 dwar il-politka ta' l-għajnuna ta' l-ikel u t-tmexxija ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet speċjali b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel
Official Journal L 166 , 05/07/1996 P. 0001 - 0011
CS.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
ET.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
HU.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
LT.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
LV.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
MT.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
PL.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
SK.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
SL.ES Chapter 11 Volume 24 P. 189 - 199
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 dwar il-politka ta' l-għajnuna ta' l-ikel u t-tmexxija ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet speċjali b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130w tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li aġixxa skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat [2], Billi issa, kif kien minn dejjem, l-għajnuna ta' l-ikel hija aspett importanti tal-politka Komunitarja għall-koperazzjoni fl-iżvilupp; Billi l-għajnuna ta' l-ikel għandha tiġi integrata fil-politka tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tittejjeb is-sigurtà tagħhom ta' l-ikel, partikolarment bit-twaqqif ta' strateġiji għall-ikel immirati biex itaffu l-faqar u adattati biex jilħqu l-għan aħħari li ma jkunx hemm bżonn ta' aktar għajnuna ta' l-ikel; Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jikkordinaw mill-qrib il-politka tagħhom ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp għar-rigward ta' programmi u ħidmiet ta' għajnuna ta' l-ikel immirati speċifikament biex itejbu s-sigurtà ta' l-ikel; billi l-Komunità, ma’ Billi s-sigurtà ta' l-ikel fuq bażi reġjonali, nazzjonali u domestika, bil-għan li jiġi żgurat tul medda ta' snin l-aċċess universali u kostanti għal dieta li twassal għal ħajja ta' saħħa u attiva, hija element importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u billi hija ħaġa importanti li wieħed jisħaq dwar dan fil-programmi kollha intiżi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; Billi l-għajnuna għall-ikel ma għandhiex ikollha effett kuntrarju fuq il-produzzjoni normali u fuq l-istrutturi ta' l-importazzjoni kummerċjali tal-pajjiżi li qed jirċevuha Billi l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet ta' appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel huma s-sisien tal-politka Komunitarja għall-koperazzjoni fl-iżvilupp u għandhom jingħaddu bħala l-għanijiet ta' kull politka Komunitarja li aktarx taffettwa l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-aktar mil-lat tar-riformi ekonomiċi u l-aġġustament strutturali; Billi, minħabba li li r-raġel u l-mara għandhom responsabbiltajiet differenti fejn għandha x'taqsam is-siġurtà ta' l-ikel domestiku, dawn ir-rwoli differenti għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni b'mod sistematiku meta jkunu qed jiġu ppjanati programi li jkunu mmirati biex tinkiseb is-sigurtà ta' l-ikel; Billi n-nisa u l-komunitajiet għandhom ikunu involuti b'mod aktar estensiv biex tintlaħaq is-sigurtà għall-ikel fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali u fil-livell domestiku; Billi l-għajnuna ta' l-ikel għandha tkun strument effettiv li jiżgura aċċess għal dieta adegwata u xierqa u jtejjeb id-disponibbilità u l-aċċessibbilità ta' l-oġġetti ta' l-ikel għall-pubbliku, b'mod konsistenti mad-drawwiet dietetiċi lokali u mas-sistemi tal-produzzjoni u tan-negozju, l-aktar fi kriżijiet ta' l-ikel, u għandha tkun integrata fil-politka ta' l-iżvilupp; Billi l-istrument ta' l-għajnuna ta' l-ikel hija l-komponent bażiku tal-politka komunitarja ta' prevenzjoni u għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u billi fl-implimentazzjoni tagħha u għandhom jitqiesu l-effetti soċjali u politiċi possibbli tagħha; Billi l-ħidmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel ma jistgħux ikunu parti minn soluzzjoni vijabbli jekk ma jkunux integrati f’ħidmiet ta' żvilupp li jkunu orjentati favur il-qawmien mill-ġdid tal-produzzjoni u l-kummerċ lokali; Billi huwa meħtieġ li jkun hemm titjib fl-analiżi, fid-dijanjosi, fl-ipprogrammar u fis-sorveljar biex jirrendu l-għajnuna ta' l-ikel aktar effetiva u jevitaw effetti kuntrarji fuq il-produzzjoni lokali, id-distribuzzjoni, it-trasport u l-kapaċitajiet fis-suq; Billi l-għajnuna ta' l-ikel għandha ssir strument reali għall-politka Komuntarja ta' kooperazzjoni mal-pajiżi li qed jiżviluppaw, biex b'hekk il-Komunità tkun tista’ tipparteċipa bis-sħiħ fi proġetti multi-annwali ta' żvilupp; Billi, għalhekk, hemm il-bżonn li l-Komunità tkun kapaċi tipprovdi ammont kostantement sħiħ ta' għajnuna u li tkun f'pożizzjoni li, f’każi xierqa, tidħol biex tforni lill-pajjiżi li jkunu qed jiżviluppaw l-ammonti minimi ta' prodotti taħt programmi speċifiċi multi-annwali marbutin mal-politka ta' l-iżvilupp kif ukoll biex tidħol għal responsabbiltajiet konnessi ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali; Billi l-appoġġ Komunitarju favur l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jakkwistaw is-sigurtà ta' l-ikel jista’ jiżdied b'aktar flessibilità fl-għajnuna ta' l-ikel, billi jingħata appoġġ finanzjarju għal ħidmiet dwar is-sigurtà ta' l-ikel, u partikolarment l-iżvilupp tal-biedja u l-prodotti ta' l-ikel, bħala alternattiva għall-għajnuna ta' l-ikel f'ċerti ċirkostanzi, waqt li jiġu mħarsa l-ambjent u l-interessi tal-bdiewa ż-żgħar u s-sajjieda; Billi l-Komunità tista’ tgħin lil dawk fil-bżonn f'żoni rurali u urbani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiġu mgħejjuna ħidmiet ta' finanzjament b'appoġġ għas-siġurtà ta' l-ikel permezz tax-xiri ta' prodotti ta' l-ikel, żrieragħ, għodod u effetti agrikoli, u mezzi relevanti tal-produzzjoni, u permezz ta' programmi għall-ħażna, sistemi ta' allarm minn kmieni, mobilitazzjoni, superviżjoni u għajnuna teknika u finanzjarja; Billi hemm il-bżonn li jissokta l-appoġġ għal metodi reġjonali fis-sigurtà ta' l-ikel, inklużi l-ħidmiet ta' xiri lokali biex tiġi utilizzata l-komplimentarjetà naturali bejn pajjiżi li jappartjenu għall-istess reġjun; billi l-politka li tħaddmet fis-sigurtà ta' l-ikel għandha tingħata dimensjoni reġjonali biex jiġi stimolat il-kummerċ regjonali fl-oġġetti ta' l-ikel u biex titwettaq l-integrazzjoni; Billi x-xiri ta' oġġetti ta' l-ikel fil-livell lokali jnaqqas l-ineffiċjenza, l-ispejjeż u l-ħsara lill-ambjent li tista’ seħħ bil-ġarr ta' kwantitajiet kbar ta' oġġetti ta' l-ikel madwar id-dinja; Billi l-potenzjal ġenetiku u l-bijo-diversità tal-produzzjoni ta' l-ikel għandhom jitħarsu; Billi l-politka ta' għajnuna ta' l-ikel għandha tiġi aġġustata skond il-bidla ġeo-politika u r-riformi ekonomiċi li qed iseħħu f'bosta pajjiżi riċevituri; Billi għandha ssir lista tal-pajjiżi u tal-korpi li huma eliġibbli għal ħidmiet ta' għajnuna Komunitarja; Billi għal dak il-għan għandu jkun hemm ukoll dispożizzjonijiet biex l-għajnuna Komunitarja ssir aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u mhux governattivi; billi dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jissoddisfaw numru ta' kundizzjonijet li jiggarantixxu s-suċċess ta' l-ħidmiet ta' għajnuna ta' l-ikel; Billi, biex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri maħsuba u biex jiġi żgurat li dawn jintegraw mal-politka għas-sigurtà ta' l-ikel tal-pajjiż riċevitur, għandu jkun hemm provediment għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà ta' l-Ikel u għall-Għajnuna ta' l-Ikel; Billi biex jiġu stabbiliti l-passi li għandhom jittieħdu biex jitwettqu l-ħidmiet għall-għajnuna ta' l-ikel u l-proċeduri ta' l-implimentazzjoni għandhom jiġu aġġustati għan-natura speċifika taż-żona benefiċjarja, għalkemm fil-qafas ta' politka u strateġija komuni; Billi, biex tiġi żgurata tmexxija aħjar ta' l-għajnuna għall-ikel, waqt li din tiġi mqarrba aktar lejn l-interessi u l-bżonnijiet tal-pajjiżi riċevituri, u biex jittejbu l-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-implimentazzjoni, hija ħaġa mixtieqa li jinbidel ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3972/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar il-politka ta' l-ikel u dwar it-tmexxija ta' l-għajnuna ta' l-ikel [3], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1755/84 tad-19 ta' Ġunju 1984 dwar l-implimentazzjoni ta' programmi ta' ħażna u t-twissija minn kmieni [4], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2507/88 ta' l-4 ta'Awissu 1988 dwar l-implimentazzjoni ta' l-ħidmiet ta' finanzjament konġunt għax-xiri ta' prodotti ta' l-ikel jew żrieragħ mingħand korpi [5] internazzjonali jew organizzazzjonijet mhux governatttivi [6] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1420/87 tal-21 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3972/86 dwar il-politka għall-għajnuna ta' l-ikel u t-tmexxija ta' l-għajnuna ta' l-ikel [7], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: IL-KAPITOLU I Għanijiet u linji ta' gwida ġenerali għall-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel. Artikolu 1 1. Skond il-politka tagħha ta' koperazzjoni ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex twieġeb b'mod xieraq għall-sitwazzjonijeit ta' nuqqas ta' sigurtà maħluqa minn nuqqasijiet serji ta' l-ikel jew kriżjijiet ta' l-ikel, il-Komunità għandha tagħmel ħidmiet ta' għajnuna ta' l-ikel u ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. idmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel ta' natura umanitatrja għandhom jitwettqu fil-qafas tar-regoli dwar l-għajnuna umanitarja u ma għandhomx jaqgħu taħt l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' kriżi serja, l-istrumenti kollha tal-politka ta' l-għajnuna Komunitarja għandhom jiġu implimentati b'koordinazzjoni mill-qrib għall-ġid tal-popolazzjoni konċernata. 2. Ħidmiet skond dan ir-Regolament għandhom jiġu valutati wara analiżi rigward id-desiderabilità u l-effettività ta'dan l-istrument meta mqabbel ma’ mezzi oħra ta' interventi aċċessibbli taħt l-għajnuna Komunitarja li jista' jkollhom impatt fuq is-sigurtà ta' l-ikel u fuq l-għajnuna ta' l-ikel, u b'koordinazzjoni ma dawn il-meżżi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħidmiet skond dan ir-Regolament jiġu valutati b’koordinazzjoni mill-qrib ma' l-interventi minn donaturi oħra. 3. L-għanijiet tal-ħidmiet għall-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, in partikolarti, ikunu: - li jmexxu ’l quddiem is-sigurtà ta' l-ikel bl-iskop li jiġi mtaffi l-faqar, li jgħin il-popolazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u r-reġjuni, f'livell domestiku, lokali, nazzjonali u reġjonali, - li jgħollu l-istandard tan-nutrizzjoni tal-popolazzjoni li qed tirċieviha u li jgħinha biex tikseb dieta bilanċjata, - li jagħtu każ ta' l-interess biex tiġi żgurata l-provista ta' l-ilma tax-xorb għall-popolazzjoni, - li jmexxu ’l quddiem d-disponibbilità u l-aċċessibilità ta' l-oġġetti ta' l-ikel għall-popolazzjoni, - li jikkontribwixxu għal żvilupp ekonomiku u soċjali bilanċjat fil-pajjiżi riċevituri fl-ambjent rurali u urban, billi tingħata attenzjoni speċjali lir-rwoli rispettivi tan-nisa u ta' l-irġiel fl-ekonomija domestika u fl-istruttura soċjali; l-iskop aħħari tal-ħidmiet ta' l-għajnuna Komunitarja għandu jkun dak li permezz tiegħu l-pajjiżi riċevituri jsiru l-aġenti ta' l-iżvilupp tagħhom stess, - li jappoġġaw l-isforzi tal-pajjiżibenefiċjarji biex itejbu l-produzzjoni tagħhom ta' l-ikel fil-livelli reġjonali, nazzjonali, lokali u familjari, - li jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna ta' l-ikel, - li jħeġġuhom biex ikunu indipendenti għar-rgward ta' l-ikel, jew biż-żieda fil-produzzjoni, inkella billi jqawwu u jżidu s-saħħa tal-akkwist, - li jikkontribwixxu għall-inizjattivi biex jintegħleb il-faqar bl-iżvilupp bħala mira. 4. L-għajnuna Komunitarja għandha tiġi integrata kemm jista’ jkun fil-politka ta' l-iżvilupp, l-aktar dik dwar l-agrikultura u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli, u fl-istrateġiji ta' l-ikel tal-pajjiżi konċernati. L-għajnuna Komunitatrja għandha ssostni lill-pajjiżi riċevituri fil-politka tagħhom dwar il-faqar, in-nutrizzjoni, is-saħħa riproduttiva, il-protezzjoni u r-rijabilitazzjoni ambjentali, b'attenzjoni speċjali għall-kontinwità tal-programnmi, l-aktar f'sitwazzjoni ta' wara emerġenza. Kemm jekk tkun mibjugħa kif ukoll jekk tkun imqassma b'xejn l-għajnuna ma għandhiex tkun il-kawża ta' diżgwid fis-suq lokali. IT-TITOLU I Ħidmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel Artikolu 2 1. Il-prodotti li jiġu provduti, flimkien ma’ kull ħidma oħra fil-qafas ta' l-għajnuna ta' l-ikel, għandha tirrifletti kemm jista' jkun fedelment il-mod kif ikun imdorri jiekol il-poplu riċevitur u ma għandhiex taffettwa ħażin lill-pajjiż riċevitur. Meta jintgħażlu l-prodotti, għandu jitqies kif l-iżjed jista’ jitkabbar l-ammont ta' l-ikel bil-għan li jintlaħaq l-akbar numru ta' nies, waqt li titqies il-kwalità tal-prodotti biex jiġu żgurati livelli xierqa ta' nutrizzjoni. Meta jintgħażlu l-prodotti li jkunu sa jiġu provduti bħala għajnuna Komuntiarja u l-proċeduri għall-mobilitazzjoni u d-distribuzzjoni ta' dik l-għajnuna, għandhom jitqiesu partikolarment l-aspetti soċjali dwar kif ser jinkiseb l-ikel fil-pajjiżi riċevituri, u speċjalment il-gruppi l-aktar dgħajfa u r-rwol tan-nisa fl-ekonomija domestika. 2. L-għajnuna ta' l-ikel għandha l-ewwel u qabel kollox tiġi allokata fuq il-bażi ta' valutazzjoni oġġettiva tal-bżonnijiet reali li jiġġustifikaw għajnuna ta' dik ix-xorta, għax dan huwa l-uniku mod biex tittejjeb is-sigurtà ta' l-ikel ta' gruppi li ma għandhomx il-mezzi jew il-possibiltajiet li huma stess jimlew dak in-nuqqas ta' l-ikel. Għal dak l-iskop, għandhom jiġu kkunsidrati dawn il-kriterji li ġejjin, bla ma jiġu esklużi konsiderazzjonijiet rilevanti oħra: - in-nuqqas ta' l-ikel, - il-miżuri dwar is-sitwazzjoni ta' l-ikel billi jintużaw indikaturi ta' l-iżvilupp u n-nutrizzjoni tal-bniedem, - id-dħul ras għal ras u jekk hemmx gruppi tal-poplazzjoni li huma partikolarment fqar, - l-indikaturi soċjali dwar il-benesseri tal-popolazzjoni in kwestjoni, - is-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamnenti fil-pajjiż riċevitur. - l-impatt ekonomiku u soċjali u l-ispiża finanzjarja tal-ħidma proposta, - jekk teżistix fil-pajjiż riċevitur politka fit-tul dwar is-sigurtà ta' l-ikel. 3. L-għoti ta' l-għajnuna ta' l-ikel għandha, fejn ikun meħtieġ, tkun kundizzjonata mill-implimentazzjoni ta' proġetti multi-annwali għal żvilupp li ma jieħux fit-tul, ħidmiet settorali jew programmi ta' żvilupp, u bħala prijorità dawk li jmexxu ’l quddiem l-produzzjoni sostenibbli u fit-tul ta' l-ikel u s-sigurtà ta' l-ikjel fil-pajjiżi riċevituri fil-qafas tal-politka u l-istrateġija ta' l-ikel. Fejn ikun xieraq, din l-għajnuna għandha tieħu l-forma ta' kontribuzzjoni diretta għall-implimentazzjoni ta' proġetti, ħidmiet u programmi bħal dawn. Fejn ikun hemm il-ħsieb li l-għajnuna Komunitarja tinbiegħ, din il-kumplimetarjetà għandha tiġi żgurata billi jintużaw fondi bħala kontro-parti għall-għanijiet li kien hemm qbil dwarhom bejn il-Komunità u l-pajjiż riċevitur jew l-organizzazzjoni mhux governativa li tkun tirċievi l-għajnuna. Fejn l-għajnuna ta' l-ikel tkun fornuta bħala appoġġ għal programm ta' żvilupp mifrux fuq għadd ta' snin, din tista' tingħata fuq bażi multi-annwali marbuta mal-programm in kwestjoni. Barra mill-allokazzjoni ta' oġġetti bażiċi ta' l-ikel, l-għajnuna tista’ tintuża għall-provista ta' żrieragħ, fertilizzant, għodod, tagħmir u effetti ieħor, il-ħolqien ta' riservi, l-għajnuna teknika u finanzjarja u skemi ta' tagħrif u taħriġ. 4. Bħala l-pern prinċipali tal-programmi tas-sigurtà ta' l-ikel tista’ tingħata l-għajnuna ta' l-ikel lil pajjiżi riċevituri biex jinħolqu ħażniet għal li jista' jinqala’ billi tingħata attenzjoni speċjali għall-ħażniet tal-bdiewa individwali u r-riservi naturali, flimkien mat-twaqqif ta' riservi reġjonali. 5. Il-fondi kontro-parti għandhom ikunu mexxija b'mod aktar konsistenti ma’ l-istrumenti l-oħra ta' l-għajnuna Komunitarja. Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu għaddejjin minn aġġustament strutturali, u konformement mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill, il-fondi kontro-parti mid-diversi strumenti ta' l-għajnuna għall-iżvilupp ikunu jikkostitwixxu r-riżorsi li għandhom ikunu mmexxija bħala parti minn politka waħdanija u konsistenti ta' l-estimi fil-kuntest tal-programm ta' riformi. F'dan il-kuntest, il-Komunità għandha tvarja l-mira mill-fondi kontroparti lejn allokazzjoni aktar ġenerali, malli jidher progress fit-titjib ta' l-effettivtia ta' l-istrumenti tas-sorveljanza, l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta' l-estimi, u għar-rigward ta' l-internalizzazzjoni tar-revizjonijet tan-nefqa pubblika. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel, dawn il-fondi għandhom jiġu mmexxija skond il-proċeduri ġenerali ta' l-għajnuna Komuntarja għal dawn il-fondi u bħala prijorità biex jiġu appoġġati l-politka u l-programmi tas-sigurtà ta' l-ikel. IT-TITOLU II Ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel Artikolu 3 Meta ċ-ċirkostantzi hekk jitolbu, il-Komunità tista’ twettaq ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li qed isofru min-nuqqas ta' l-ikel. Dawn il-ħidmiet jistgħu jiġu implimentati mill-pajjiżi riċevituri, mill-Kummissjoni, mill-organizazzjonijiet internazzjonali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi. L-iskop ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jkun dak li jappoġġa, bl-użu tar-riżorsi disponibbli, l-imkwadrar u t-tħaddim ta' l-istrateġija ta' l-ikel jew ta' miżuri oħra li jrawmu s-sigurtà ta' l-ikel tal-popolazzjoni konċernata u dak li jħeġġiġhom biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom rigward l-ikel u d-dependenza tagħhom fuq l-għajnuna ta' l-ikel, speċjalment fil-każ ta' pajjiżi bi dħul baxx li jbatu minn nuqqas serju ta' l-ikel. L-ħidmiet għandhom jgħinu fit-titjib tal-livelli ta' l-għajxien ta' l-ifqar nies fil-pajjiżi konċernati. Il-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel għandhom jieħdu l-forma ta' għajnuna finanzjarja u teknika, b'konformità mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti b'dan ir-Regolament. Dawn l-ħidmiet għandhom ikunu ppjanati u valutati fid-dawl tal-konsistenza l-komplimentarjetà tagħhom ma’ l-għanijiet u l-ħidmiet iffinanzjati minn strumenti ta' l-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp. Dawn għandhom ikunu jagħmlu parti minn pjan multi-annwali. Artikolu 4 Pajjiż li qed jiżviluppa li jkun eliġibbli għall-ħidmiet Komunitarji għall-għajuna ta' l-ikel skond dan ir-Regolament jista’ jirċievi parti mill-ikel jew l-ikel kollu li kien, jew li seta' kien, allokat lilu f'forma ta' ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel jew direttament jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew mhux governattivi, billi jitqiesu partikolarment ix-xejriet tal-produzzjoni, il-konsum u r-riservi ta' dak il-pajjiż, is-sitwazzjoni ta' l-ikel ta' l-abitanti tiegħu u l-għajnuna ta' l-ikel mogħtija minn donaturi oħra. Artikolu 5 Ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel għandhom jieħdu l-forma ta' għajnuna teknika u finanzjarja immirati, b'konformità ma’ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, biex itejbu s-sigurtà ta' l-ikel b'mod sostenibbli u għal tul ta' żmien billi jgħinu fil-finanzjament ta', fost affarijiet oħra: - il-provista taż-żrieragħ, l-għodod u effetti essenzjali għat-tkabbir tal-prodotti ta' l-ikel, - l-iskemi li jiggarantixxu l-kreditu rurali immirati b'mod partikolari lejn in-nisa, - l-iskemi biex jipprovdu l-ilma tax-xorb lill-popolazzjoni, - l-iskemi fil-livell xieraq għall-ħazniet, - l-ħidmiet rigward is-swieq, it-trasport, id-distribuzzjoni jew l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli jew ta' l-ikel, - il-miżuri b'appoġġ għas-settur privat b'riżq l-iżvilupp kummerċjali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, - ir-riċerka applikata u t-taħriġ fuq il-post, - il-proġetti b'riżq il-produzzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel waqt li jiġi rispettat l-ambjent, - it-tiġnib, it-tagħrif, l-ħidmiet ta' għajnuna teknika u ta' taħriġ fuq il-post, b'mod partikolari għan-nisa u l-organizzazzjonijet tal-produtturi u l-ħaddiema agrikoli, - il-miżuri ta' appoġġ għan-nisa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, - il-proġetti li jipproduċu l-fertilizzant minn materja prima u materjali bażiċi li jinsabu fil-pajjiżi riċevituri, - l-iskemi ta' appoġġ favur strutturi lokali ta' l-għajnuna ta' l-ikel, inklużi skemi ta' taħriġ fuq il-post, IT-TITOLU III Sistemi ta' twissija minn kmieni u programmi għall-ħażna Artikolu 6 Il-Komunità tista’ tappoġġa sistemi nazzjonali eżistenti għat-twissija minn kmieni u tgħin fit-tisħiħ ta' sistemi internazzjonali li ġa jeżistu għat-twissija minn kmieni rigward is-sitwazzjoni ta' l-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u, f'każijiet eċċezjonali u sostanzjati kif imiss, din tista topera sistemi bħal dawn, b'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 27. Din tista’ tkopri wkoll l-ispiża għall-implimentazzjoni ta' programmi għall-ħażna f'dawn il-pajjiżi b'appoġġ għall-ħidmiet ta' għajnuna ta' l-ikel skond dan ir-Regolament jew miżuri paragunabbli meħuda mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Dawn l-ħidmiet għandhom ikunu konsistenti ma’ l-istrumenti l-oħra ta' l-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp, inkluż l-użu tal-fondi kontroparti li jirriżultaw mill-bejgħ ta' l-għajnuna ta' l-ikel, u għandhom ikunu kompatibbli mal-politka Komunitarja għall-iżvilupp. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex isaħħu s-sigurtà ta' l-ikel fil-pajjiżi riċevituri. Dawn għandhom jgħinu fit-titjib tal-kondizzjonijiet ta' l-għajxien ta' l-ifqar taqsimiet tal-popolazzjoni fil-pajjiżi konċernati u għandhom jikkonformaw ma’ l-għanijiet tagħhom għall-iżvilupp, partikolarment fil-politka tal-prodotti ta' l-ikel. Il-parteċipazzjoni Komunitarja f'dawn l-ħidmiet għandha tieħu s-sura ta' għajnuna finanzjarja u/jew teknika, skond il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-ħidmiet li jkunu appoġġati mill-għajnuna Komunitarja għandhom jiġu valutati fid-dawl u b'mod konsistenti mal-programmi eżistenti mmexxija minn organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati. Artikolu 7 L-appoġġ Komunitarju għal programmi ta' ħażna u sistemi ta' twissija kmiemi jista’ jingħata, malli jintalab, lil organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jew lil organizzazzjonijiet mhux governattivi għal ħidmiet ta' għajnuna favur pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu eliġibbli għall-għajnuna ta' l-ikel mill-Komunità jew mill-Istati Membri tagħha. Artikolu 8 L-għajnuna Komunitarja tista’ tgħin il-finanzjament tal-miżuri li ġejjin: - is-sistemi ta' twissija minn kmieni u s-sistemi għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar it-tendenzi fil-ħsad, il-ħażniet u s-swieq, is-sitwazzjoni domestika ta' l-ikel u l-punti debboli tal-popolazzjoni bil-għan li jsir titjib fl-interpretazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-ikel fil-pajjiżi konċernati. - l-ħidmiet li jkollhom bħala skop it-titjib fis-sistemi tal-ħażna bil-għan li jitnaqqas il-ħala u li jiġi żgurat wisa’ suffiċjenti għall-ħażna matul l-emerġenzi. Dawn il-ħidmiet jistgħu jinkludu wkoll it-twaqqif ta' l-infrastrutura, partikolarment il-mili fl-ixkejjer, il-ħatt, id-diżinfestazzjoni, l-ipproċessar u l-faċilitajiet ta' ħażna, meħtieġa fil-maniġġ ta'prodotti ta' l-ikel f'dawn il-pajjiżi b'appoġġ għall-ħidmiet ta' għajnuna ta' l-ikel u ħidmiet ta' appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel, - studji ta' tħejjija u skemi ta' taħriġ in konnessjoni ma’ l-attivitajiet fuq imsemmija. IL-KAPITOLU II Proċeduri għall-implimentazzjoni ta' l-għajnuan ta' l-ikel u l-ħidmiet tal-ħażna u tat-twissija minn kmieni b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel Artikolu 9 1. Il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet eliġibbli għallħidmiet ta' għajnuna Komunitarja skond dan ir-Regolament jinsabu fil-lista li hemm fl-Anness. F'dan ir-rigward, għandha tingħata prijorità lill-ifqar sezzjonijiet tal-popolazzjoni u lill-pajjiżi li għandhom dħul baxx b'nuqqasijiet serji ta' l-ikel. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jemenda dik il-lista. 2. Organizzazzjonijiet mhux governattivi li ma jagħmlux profitt (NGOs) u li jkunu eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju dirett jew indirett għall-implimentazzjoni ta' ħidmiet skond dan ir-Regolament għandu jkollhom dawn il-kriterji: (a) jekk ikunu organizzazzjonijiet Ewropej mhux governattivi, dawn għandhom ikunu organizzazzjonijiet awtonomi fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea skond il-liġijiet li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat Membru; (b) għandu jkollhom il-kwartier ġenerali tagħhom fi Stat Membru tal-Komunità, fil-pajjiż riċevitur jew, eċċezzjonalment, fil-każ ta' OMG internazzjonali, ġewwa pajjiż terz. Dan il-kwartier ġenerali għandu jkun ċentru li jkun effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet għall-ħidmiet finanzjati konġuntament kollha; (ċ) għandhom juru li jkunu kapaċi jwettqu b'suċċess l-ħidmiet ta' l-għajnua ta' l-ikel; partikolarment permezz ta' - il-ħila maniġerjali amministrattiva u finanzjarja tagħhom, - il-ħila teknika u loġistika tagħhom biex jikkontrollaw l-operazzjoni proposta, - ir-riżultati ta' l-ħidmietimplimentati mill-NGO's relevanti li jkunu twettqu bil-finanzjament Komunitatrju jew bil-finanzjament ta' l-Istati Membri, - l-esperjenza tagħhom fil-qasam ta' l-għajnuna ta' l-ilkel u s-sigurtà ta' l-ikel, - il-preżenza tagħhom fil-pajjiż riċevitur u l-konoxxenza tagħhom ta' dak il-pajjiż jew tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; (d) li jaċċettaw li joqogħdu għall-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta' l-għajnunan ta' l-ikel. Artikolu 10 1. Il-Komunità tista’ tgħin fil-finanzjament tal-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel tax-xorta deskritta fit-Titoli 1, II u III (Kapitoli I u II) esegwiti mill-pajjiż riċevitur, mill-Kummissjoni, minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jew minn organizzazzjonijiet mhux governattivi. 2. Ħidmiet ta' finanzjament konġunt jistgħu jitwettqu fuq talba tal-pajjizi riċevituri, organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, fejn dawk l-ħidmiet jidhru li huma l-aktar mezz xieraq biex ttittejjeb is-sitwazzjoni tas-sigurtà ta' l-ikel ta' gruppi li ma jkollhomx il-mezzi li jkampaw weħidhom minħabba nuqqas ta' l-ikel. 3. Fl-iskema tal-ħidmiet Komunitarji kif definita fit-Titoli I, II u III, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari: - għat-tħabrik favur l-impatt sostenibbli u l-vijabilità ekonomika fit-tifsil tal-proġett, - għad-definizzjoni aktar ċara u l-isorveljar ta' l-għanijiet u l-indikaturi ta' dak kollu li jkun inkiseb. Artikolu 11 1. Il-prodotti għandhom jiġu mobilizzati fis-suq Komunitarju, fil-pajjiżi riċevituri jew f'wieħed mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (skond il-lista fl-Anness) jekk ikun possibli wieħed li jkun mir-reġjun ġeografiku tal-pajjiż riċevitur. 2. Eċċezzjonalment, prodotti jistgħu jiġu mobilizzati fis-suq ta' xi pajjiż li ma jkunx fost dawk li hemm provdut għalihom fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27: - jekk it-tip mistenni jew il-kwalità tal-prodott ma jkunx jista’ jinkiseb fis-suq Komunitarju jew f'kull wieħed mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, - jekk ikun hemm nuqqas serju ta' l-ikel, fejn xiri bħal dan aktarx li jkun sa jżid l-effettività ta' l-operazzjoni. 3. Il-prodotti ta' l-ikel li jkunu disponibbli fis-suq intern jistgħu jiġu mobilizzati fis-suq ta' pajjiż li qed jiżviluppa, jekk l-effiċjenza ekonomika ta' dan tkun taqbel b'mod favorevoli mal-mobilitazzjoni ta' prodotti fis-suq Ewropew. 4. Fejn il-prodotti ta' l-ikel ikun ġie mixtri fil-pajjiż riċevitur jew f'pajjiż li qed jiżviluppa, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li dak ix-xiri ma jheddidx la li jħarbat is-suq tal-pajjiż konċernat jew ta' kull pajjiż ieħor li qed jiżviluppa fl-istesss reġjun u lanqas jaffettwa ħażin il-provista lill-abitanti tagħhom. Dan ix-xiri għandu jiġi integrat b‘mod sħiħ kemm jista’ jkun fl-implimentazzjoni tal-politka għall-iżvilupp Komunitarju favur dawn il-pajjiżi, partikolarment għar-rigward tal-promozzjoni tas-sigurtà ta' l-ikel fil-pajjiż konċernat jew fil-livell reġjonali. Artikolu 12 Fejn pajjiż riċevitur ikun parzjalment jew totalment illiberalizza l-importazzjoni ta' l-ikel, il-mobilitazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja għandha tkun konsistenti mal-politka ta' dak il-pajjiż u ma għandhiex tħarbat is-suq. F'każi bħal dawn, il-kontribuzzjoni Komunitarja tista’ tieħu s-sura ta' faċilità biex valuta estera tkun disponibbli għall-operaturi fis-settur privat tal-pajjiż konċernat, bil-kondizzjoni li l-ħidma tkun parti minn politka soċjali u ekonomika u minn politika agrikola mmirata biex ittaffi l-faqar (inkluża l-istrateġija ta' l-importazzjoni ta' oġġetti bażiċi ta' l-ikel). Ir-riċevituri jkunu mistennija li jagħtu prova li użaw sewwa l-mezzi li jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom. Għandha tingħata prijorità lill-operaturi privati żgħar u ta' daqs medju biex jiġi żgurat li l-ħidmiet ikunu komplimentari. Sa fejn il-poteri tagħha biex twettaq ħidmiet jippermettu, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri diskriminatorji pożittivi għall-operaturi privati żgħar u medji. Din l-għajnuna għandha tkun iggwidata mill-priinċipji stabbiliti fl-Artikolu 11. Artikolu 13 1. Il-Komunità tista’ tħallas l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-ġarr ta' l-għajnuan ta' l-ikel. 2. Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li l-Komunità għandha tħallas spejjeż li għandhom x'jaqsmu mat-trasport intern ta' l-għajnuna ta' l-ikel, din għandha tqis il-kriterji ġenerali li ġejjin: - nuqqas serju ta' l-ikel, - il-konsenja ta' l-għajnuna ta' l-ikel lil pajjiżi bi dħul baxx li qegħdin ibatu minn nuqqas serju ta' ikel, - jekk l-għajnuna ta' l-ikel hijiex sejra għand l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jew għand l-organizzazzjonijiet mhux governattivi msemmija fl-Artikolu 10, - il-bżonn li tiżdied l-effiċjenza ta' l-operazzjoni ta' l-ikel in kwestjoni. 3. Fejn l-għajnuna ta' l-ikel tinbiegħ fil-pajjiż riċevitur, il-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż tat-trasport intern biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. 4. Il-Komunità tista’ tħallas ukoll l-ispejjeż tat-trasport bl-ajru ta' ħidmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Artikolu 14 Il-Komunità tista’ tħallas l-ispejjeż finali tad-distribuzzjoni fejn l-operazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel tkun hekk teħtieġ biex din tkun tista’ tiġi attwata mingħajr intoppi. Artikolu 15 L-għajnuna Komunitatrja tista’ tieħu s-sura ta' għotjiet. L-għajnuna tista’ tkopri l-ispejjeż esterni u interni tal-ħidmiet ta' implimentazzjoni, inklużi l-ispejjeż tal-manutenzjoni u ta' l-operat. Il-ħidmiet skond dan ir-Regolament għandhom ikunu eżenti minn taxxi, imposti u dazji tad-dwana. Kwalunkwe fond kontro-parti għandu jiġi użat skond l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u mmexxi bi qbil mal-Kummissjoni. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż riċevitur għandha żżomm il-kontijiet dwar il-ġbir u l-użu tal-fondi u għandha tkun obbligata li tagħti rendikont tagħhom. Artikolu 16 Il-kontribuzzjoni Komunitarja tista’ tkopri wkoll l-attivitatjiet sussidjarji li jkunu meħtieġa biex jirrendu l-ħidmiet skond dan ir-Regolament aktar effiċjenti u, b'mod partikolari, fis-suspervizżjoni, is-sorveljar u l-ispezzjoni, id-distribuzzjoni u t-taħriġ fuq il-post. Artikolu 17 Il-parteċipazzjoni f’offerti u proċeduri oħra għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għandhom ikunu miftuħa fuq bażi ekwa għall-persuni kollha naturali u legali fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi riċevituri. Din tista’ tiġi estiża mill-Kummissjoni għal ħidmiet skond l-Artikolu 11(2) biex tkun tinkludi persuni naturali u legali fil-pajjiżi fejn l-għajnuna tiġi mobilizzata. Meta tkun qed timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi t-trasparenza tal-ħidmiet in kwestjoni billi tippubbliċizzhom kif imiss.. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħidmiet minn organizzazzjonijiet intermedjarji jkunu wkoll ippubbliċizzati kif imiss. Artikolu 18 Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil rappreżentant biex jikkonkludi ftehim ta' finanzjament konġunt f'isimha. Artikolu 19 1. Il-Kummissjoni tista’ tistabilixxi l-allokazzjoni, il-kondizzjonijiet tal-mobilitazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna skond dan ir-Regolament. 2. Ma għandhiex tiġi implimentata għajnuna jekk il-pajjiż riċevitur, l-organizzazzjoni internazzjonali jew reġjonali jew l-organizzazzjoni mhux governattiva ma joqgħodux għal dawn il-kondizzjonijiet. Artikolu 20 Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni xierqa tal-programmi u l-ħidmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel, u l-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu lil xulxin kull għajuna neċessarja u jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni kollha relevanti. IL-KAPITOLU III Il-proċedura biex jiġu implimentati l-ħidmiet ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet ta' twissijia minn kmieni u ta' ħażna b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel. Artikolu 21 1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jistabilixxi kemm għandu jkun is-sehem Komunitarju ta' l-ammont globali ta' l-għajnuna f'ċereali skond kif inhu stabbilit mill-Konvenzjoni ta' l-Għajnuna ta' l-Ikel bħala t-total tal-kontribuzzjioni kemm tal-Komunità kif ukoll ta' l-Istati Membri. 2. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidmiet tal-Komunità u ta' l-Istati Membri għar-rigward tal-provista ta' l-għajnuna f'ċereali skond il-Konvenzjoni ta' Għajnuna ta' l-Ikel u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni totali mill-Komunità u mill-Istati Membri tkun talanqas għolja daqs l-ammonti stipulati fl-imsemmija Konvenzjoni. Artikolu 22 Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, u waqt li tqis il-linji ta' gwida tal-politka ġenerali ta' l-għajnuna ta' l-ikel għandha: - tadotta l-lista tal-prodotti li jistgħu jiġu mobilizzati bħala għajnuna, - tistabilixxi r-regoli għall-mobilitazzjoni, is-sorveljar u l-valutazzjoni, - tistabbilixxi s-sehem tal-prodotti ta' kull riċevitur, f'termini ta' kwantità u valur, - fejn ikun meħtieġ, taġġusta l-allokazzjonijiet waqt l-implimentazzjoni tal-programmi. Artikolu 23 Deċiżjonijiet: - l-għoti ta' għajnuna ta' l-kel jew li ssir ħidma b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel u l-formulazzjoni tal-kondizzjonijiet għal din ta' l-aħħar, - l-għoti ta' kontribuzzjoni lil organizzaazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi għal ħidmiet ta' finanzjament b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel, - l-għoti ta' għajnuna għal programm ta' ħażna u għal sistema ta' twissija minn kmieni; għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 25. Artikolu 24 1. Skond id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 21 u d-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar: (a) il-ħidmiet ta' l-emerġenza jew tan-nuqqas serju ta' l-ikel, fejn il-ġuħ jew il-periklu imminenti tiegħu jkun ihedded serjament il-ħajja jew is-saħħa tal-poplu f'pajjiż li jkun nieqes mill-mezzi biex jista’ jkampa waħdu fin-nuqqas ta' l-ikel. Il-Kummissjoni għandha taġixxi wara li tkun ikkonsultat l-Istati Membri bil-mezzi l-aktar xierqa. L-Istati Membri għandhom jingħataw tlett ijiem tax-xogħol żmien li fihom jistgħu jressqu xi oġġezzjonijiet. Jekk ikun hemm xi oġġezzjonijiet, il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 għandu jeżamina l-kwestjoni fil-laqgħa li tkun tmiss; (b) il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-provista u l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna, b'mod partikolari: - il-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għar-riċevituri, - il-bidu tal-proċeduri li jirregolaw il-mobilitazzjoni, il-provista tal-prodotti u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħra, u l-konklużjoni tal-kuntatti rilevanti. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 (a), il-Kummissjoni għandu jkollha l-jedd li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tħaffef il-provista ta' l-għajnuna ta' l-ikel. Il-volum ta' għajnuna mogħtija f’ċertu każ għandha tkun limitata għall-kwantitajiet meħtieġa biex il-popolazzjoni affettwata tkun tista' tkampa fis-sitwazzjoni għal perjodu li normalment ma jiskorrix is-sitt xhur. Il-Kumissjonji għandha tiżgura li tingħata prijorità fl-istadji kollha lill-mobilitazzjoni ta' l-ikel għall-ħidmietskond kif hemm provdut fil-paragrafu 1 (a) u (b). Artikolu 25 Deċiżjonijiet dwar ħidmiet li l-finanzjament tagħhom skond dan ir-Regolament ikun jiskorri iż-2 miljun ECU għandhom jittieħdu skond il proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Artikolu 26 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat għas-Sigurtà ta' l-Ikel u l-Għajnuna ta' l-Ikel, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", kompost min rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Il-Kumitat għandu jeżamina l-applikazzjonijiet fit-tul ta' xi proposti biex jiġu dedikati fondi għas-sigurtà ta' l-ikel fuq livell domestiku, lokali, nazzjonali u reġjonali fil-pajjiżi riċevituri, waqt li jżomm quddiem għajnejh il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1. Dan għandu wkoll janalizza u jissorvelja kull politka tas-sigurtà ta' l-ikel li tkun qed tirċievi l-għajnuna Komunitarja u jeżamina l-proposti għal inizjattivi konġunti. 3. Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 27 Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jissottomettu lill-Kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien stipulat li l-President jista’ jistabilixxi skond l-urġenza tal-materja in kwestjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunisill ikun mistenni li jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu aġġustati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jaqblux ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill bla dewmien. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun adottat għal perjodu ta' xahrejn mid-data ta' dik il-komunikazzjoni. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni diversa fiż-żmien stipulat imsemmi fil-paragrafu ta' qabel. Artikolu 28 1. Biex tiggarantixxi l-prinċipju tal-komplimentarjetà msemmi fit-Trattat u biex tkattar l-effettività u l-konsistenza tal-provedimenti u l-ħidmiet b'appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel, il-Kummissjoni għandha tħabrek biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha jkunu koordinati mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ dawk ta' l-Istati Membri u ma’ politiki oħra ta' l-Unjoni Ewropea, kemm fil-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fuq il-post, u tista’ tieħu kwalunkwe inizjattiva xierqa għalbiex jinkiseb dan il-għan. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ħidmiet tagħhom ta' għajnuna nazzjonali ta' l-ikel u tal-programmi tagħhom tas-sigurtà ta' l-ikel. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, għandha tistipula kif għandha ssir in-notifika tal-ħidmiet nazzjonali. 2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħidmiet implimentati mill-Komunità jkunu koordinati ma’ dawk ta' l-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali, partikolarment dawk li jifformaw parti mis-sistema tal-Ġnus Magħquda. 3. Il-Kummissjoni għandha tħabrek biex tiżviluppa l-kooperazzjoni bejn il-Komunità u d-donaturi tal-pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-ikel. 4. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri, u bejn dawn ta' l-aħħar u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u d-donaturi mill-pajjiżi terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' bdil regolari ta' informazzjoni fi ħdan il-Komunità. Artikolu 29 Il-Kumitat jista’ teżamina kull materja oħra li għandha x'taqsam ma’ l-għajnuna ta' l-ikel u l-ħidmiet l-oħra skond dan ir-Regolament imqajma mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess wara talba minn rappreżentant ta' Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat, fi żmien xahar li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu, dwar il-ħidmiet u l-proġetti ta' l-għajnuna ta' l-ikel jew tas-sigurtà ta' l-ikel, waqt li tindika l-ammont u n-natura tagħhom, il-pajjiż riċevitur u l-imsieħeb li jkun ġie afdat bl-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat dwar il-linji ta' gwida ġenerali għall-prodotti mobilizzati bħala għajnuna Komunitarja ta' l-ikel. Artikolu 30 Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni regolari tal-ħidmiet sinjifikanti ta' l-għajnuna ta' l-ikel biex tistabbilixxi jekk l-għanijiet stabbiliti fil-valutazzjoni ta' dawk l-ħidmiet ikunux intlaħqu u biex tipprovdi linji ta' gwida biex titjieb l-effettività ta' ħidmiet għall ġejjieni. Din għandha tgħarraf lill-Kumitat perjodikament dwar il-programmi ta' valutazzjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin malajr kemm jista’ jkun dwar ir-riżultati tax-xogħol tal-valutazzjoni u dwar l-analiżi jew l-istudji li jistgħu jtejbu l-effiċjenza ta' l-għajnuna. Ix-xogħol jiġi analizzat mill-Kumitat. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħabirku biex jitwettqu eżerċizzi konġunti ta' valutazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tfassal proċeduri għat-tixrid u l-komunikazzjoni esterna u interna tal-konklużjonijiet ta' l-eżerċizzi ta' valutazzjoni lid-dipartimenti u lill-organizzazzjonijiet konċernati. Artikolu 31 Fl-għeluq tas-sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlamennt Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jispjega r-riżultati dwar it-tħaddim ta' l-estimi għar-rigward ta' l-obbligi u l-paganmenti u l-proġetti u l-programmi finanzjati matul is-sena. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni kollha possibbli dwar il-fondi marbuta fuq skala nazzjonali matul l-istess sena finanzjarja.. Dan għandu jkun fih, safejn ikun possibli, l-informazzjoni statistika l-aktar importanti (skond il-pajjiż riċevitur, in-nazzjonalita, eċċ.) dwar il-kuntratti li ngħataw għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll analiżi li turi kif in-nefqa ġiet assenjata għal kull tip ta' ħidma kif provdut fl-Artikoli 2,5 u 8. Fl-aħħarnett, ir-rapport għandu jkun fih ċerta informazzjoni dwar ħidmiet li twettqu bil-fondi kontro-parti li ġew iġġenerati mill-għajnuna ta' l-ikel. Artikolu 32 Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3972/86, (KEE) Nru 1755/84, (KEE) Nru 2507/88, (KEE) Nru 2508/88 u (KEE) Nru 1420/87 għandhom jitħassru. Bħala miżura transitorja u sa ma’ r-Regolament il-ġdid dwar il-mobilitazzjoni jiġi adottat mill-Kummissjoni, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2200/87 tat-8 ta' Lulju 1987 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-mobilitazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li għandhom jiġu provduti bħala għajnuna Komunitarja [8] għandu jibqa' fis-seħħ. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni minn fuq s'isfel dwar l-ħidmiet finanzjati mill-Komunità skond dan ir-Regolament, akkompanjata minn suġġerimenti dwar ir-Regolament fil-ġejjieni u, jekk ikun meħtieġ, minn proposti għal emendi għalih. Artikolu 33 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 1996. Għall-Kunsill Il-President A. Maccanico [1] ĠU C 253, tad-29.9.1995, p. 10. [2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 17, tat-22.1.1996), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunisll tad-29 ta' Jannar 1996 u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta'Mejju 1996 (ĠU C 166, ta' l-10.6.1996). [3] ĠU L 370, tat-30.12.1986, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1930/90 (ĠU L 174, tas-7.7.1990, p. 6). [4] ĠU L 165, tat-23.6.1984, p. 7. [5] ĠU L 220, tal-11.8.1988, p. 1. [6] ĠU L 220, tal-11.8.1988, p. 4. [7] ĠU L 136, tas-26.5.1987, p. 1. [8] ĠU L 204, tal-25.7.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 790/91 (ĠU L 81, tal-25.3.1991, p. 108). -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. COUNTRIES LLDCs (Least-developed countries) | Other LICs (Other low-income countries. Per capita GNP < US $ 675 in 1992) | LMICs (Lower middle-income countries. Per capita GNP US $ 676 — US $ 2695 in 1992) | AfghanistanBangladeshBeninBhutanBotswanaBurkina FasoBurundiCambodiaCape VerdeCentral African RepublicChadComorosDjiboutiEquatorial GuineaEthiopiaGambiaGuinea BissauGuineaHaitiKiribatiLaosLesothoLiberiaMadagascarMalawiMaldivesMaliMauritaniaMozambiqueMyanmarNepalNigerRwandaSao Tome and PrincipeSierra LeoneSolomon IslandsSomaliaSudanTanzaniaTogoTuvaluUgandaVanuatuWestern SamoaYemenZaireZambia | ChinaEgyptEritreaGhanaGuyanaHondurasIndiaIndonesiaKenyaNicaraguaNigeriaPakistanSri LankaTajikistanTimorVietnamZimbabwe | AlbaniaAlgeriaAngolaAnguillaArmeniaAzerbaijanBelizeBoliviaCameroonChileColombiaCongoCosta RicaCôte d'IvoireCubaDominicaDominican RepublicEcuadorEl SalvadorFijiGeorgiaGrenadaGuatemalaIranIraqJamaicaJordanKazakhstanKorea (Democratic Republic)KyrgyzstanLebanonMacaoMarshall IslandsMicronesia, Federated StatesMoldovaMongoliaMoroccoNamibiaNiueOccupied Territories(Gaza and The West Bank)PanamaPapua New GuineaParaguayPeruPhilippinesSenegalSouth AfricaSt HelenaSt Vincent and The GrenadinesStates of Former YugoslaviaSwazilandSyriaThailandTokelauTongaTunisiaTurkeyTurkmenistanTurks and Caicos IslandsUzbekistanWallis and Futuna | 2. BODIES WFPICRCIFRCUNHCRUNRWA | FAOUNICEF | 3. NON-GOVERNMENTAL ORGANIZATIONS European NGOs, NGOs of the recipient country or, exceptionally international NGOs, specializing in development. --------------------------------------------------