31996R0859



Official Journal L 116 , 11/05/1996 P. 0015 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/96

tal-10 ta' Mejju 1996

dwar ir-rifużjoni parzjali ta' dazji ta' importazzjoni mħallsa fuq ċerti importazzjonijiet min-Norveġja fl-1995 taħt il-ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, mill-oħra, dwar ċerti prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/582/KE tal-20 ta' Diċembru 1995 dwar il-konklużjoni ta' ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, mill-oħra, dwar ċerti prodotti agrikoli [1], b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi fl-20 ta' Diċmebru 1995 kwota tat-tariffa kienet stabbilita b'effett mill-1 ta' Jannar 1995 għal ġobon tax-xorrox min-Norveġja; billi dazji ta' importazzjoni sħaħ u taxxi tħallsu fl-1995 fuq importazzjonijiet ta' dan il-ġobon għal ġol-Komunita; billi l-limitu massimu tal-kwota tat-tariffa ġie sodisfatt; billi proċedura għandha għalhekk tkun stabbilita li tagħmilha possibbli għall-operaturi kkonċernati li jieħdu rifużjoni tad-differenza bejn il-it-taxxi u d-dazji attwalment imħallsa u d-dazju stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1600/95 tat-30 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' arranġamenti għal importazzjonijiet u ftuħ ta' kwoti tat-tariffa għal ħalib u prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 694/96 [3];

Billi l-arranġamenti għal kalkulazzjoni tar-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti filwaqt li jitqies il-fatt li mill-1 ta' Frar 1995 il-valur tal-ecu applikat għall-politika agrikola komuni ġie aġġustat u mill-1 ta' Lulju 1995 t-taxxi ġew ikkonvertiti f'dazji ta' importazzjoni;

Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Id-differenza bejn id-dazju ta' importazzjoni stabbilit fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1600/95 u t-taxxa jew dazju ta' importazzjoni attwalment imħallas fil-mument ta' importazzjoni għandu jkun rimborżat fuq importazzjonijiet ta' ġobon tax-xorrox min-Norveġja li saru bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 1995 wara preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta' importazzjoni u d-dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għall-importazzjoni in kwestjoni.

2. Applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom ikunu sottomessi fi żmien 30 jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Id-differenza li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 għandha tkun kalkulata fuq il-bażi tad-dazju ta' importazzjoni attwalment imħallas f'munita nazzjonali u d-dazju ta' importazzjoni stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1600/95 ikkonvertit f'munita nazzjonali billi tintuża r-rata ta' konversjoni applikabbli fil-jum li fih id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera kienet aċċettata.

2. Fil-każ ta' importazzjonijiet li saru bejn l-1 u 31 ta' Jannar 1995 id-dazju ta' importazzjoni stabbilit fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1600/95 għandu jkun diviż b'1,207509.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Mejju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 327, tat-30.12.1995, p. 17.

[2] ĠU L 151, ta' l-1.7.1995, p. 12.

[3] ĠU L 97, tat-18.4.1996, p. 18.

--------------------------------------------------