31996R0569



Official Journal L 080 , 30/03/1996 P. 0048 - 0050


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 569/96

tad-29 ta’ Marzu 1996

li jemenda ir-Regolamenti (KEE) Nru 1362/87 u (KEE) Nru 1158/91 fir-rigward tax-xiri għall-ħażna u għotja ta’ għajnuna għal ħażna privat ta’ trab ta’ ħalib xkumat, u Regolament (KEE) Nru 1756/93 li jiffissa meta għandha titħaddem ir-rata ta’ kambju agrikola applikabbli għal ħalib u prodotti tal-ħalib

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2931/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7(5) u 28 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità tal-kont u r-rati ta’ kambju li għandhom ikunu applikati għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 150/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1014/68 ta’ l-20 ta’ Lulju 1968 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-ħażna pubblika ta’ trab ta’ ħalib xkumat [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [6], kien imħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 1996 bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1538/95 [7]; billi wħud mir-regoli fir-Regolament (KEE) Nru 1014/68 kienu ġew inkorporati fl-Artikolu 7 ta’ Regolament (KEE) Nru 804/68, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1538/95; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 625/78 tat-30 ta’ Marzu 1978 dwar regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għal ħażna pubblika ta’ trab ta’ ħalib xkumat [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1802/95 [9], ġie fformulat mill-ġdid meta ġie aġġustat b’riżultat tat-tneħħija ta’ Regolament (KEE) Nru 1014/68; billi, konsegwentament, Regolament (KEE) Nru 625/78 ġie mħassar ukoll b’effett mill-1 ta’ Marzu 1996 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 322/96 tat-22 ta’ Frar 1996 li jippreskrivi regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għall-ħażna pubblika ta’ trab ta’ ħalib xkumat [10];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1362/87 tat-18 ta’ Mejju 1987 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 777/87 f’dak li għandu x’jaqsam mal-xiri għall-ħażna u l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ trab tal-ħalib xkumat [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1137/94 [12], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1158/91 tat-3 ta’ Mejju 1991 dwar ix-xiri għall-ħażna b’offerta ta’ trab tal-ħalib xkumat lil aġenziji ta’ intervent [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95, u Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 [14], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 315/96 [15], jagħmlu referenza għal Regolamenti (KEE) Nru 1014/68 u (KEE) Nru 625/78; billi dawk ir-referenzi għandhom ikunu mibdula b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 322/96; billi, barra minn dan, ir-Regolament (KE) Nru 1158/91 għandu jkun emendat sabiex jispeċifika l-mod li bih il-prezz tal-xiri għall-ħażna għandu jkun maħdum fuq il-bażi tal-kontenut ta’ proteina ta’ trab tal-ħalib xkumat;

Billi, fir-rigward ta’ l-iskema ta’ ħażna privata ta’ trab tal-ħalib xkumat, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1362/87 jipprovdi li, fejn trab tal-ħalib xkumat jkun għall-esportazzjoni, minkejja r-regoli normalment applikabbli, il-kuntrattur jista’ jneħħiħ mill-ħażna ladarba jkun skada perjodu kontrattwali ta’ tletin ġurnata; billi din id-deroga rarament tkun użata u tikkomplika l-amministrazzjoni ta’ l-iskema bla bżonn; billi għalhekk għandha tkun imneħħija

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1362/87 hu emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(3) il-kliem "Regolament (KEE) Nru 625/78" huwa mibdul bir-"Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 322/96 [16]."

2. L-Artikolu 2(2) hu emendat kif ġej:

(a) il-punt (a) hu mibdul b’li ġej:

"(a) ġie mmanufatturat f’unità ta’ produzzjoni li twiegħed li żżomm fuq bażi permanenti r-rekords li hemm referenza għalihom fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 322/96."

(b) il-punt (e) hu mibdul b’li ġej:

"(e) jikkonforma mal-livelli massimi permessi ta’ attivita applikabbli taħt regoli tal-Komunità; il-livelli applikabbli għandhom ikunu dawk iffissati fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 737/90 [*] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p. 1.. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandha tkun ikkontrollata biss jekk is-sitwazzjoni hekk teħtieġ u sakemm ikun hemm bżonn biss. Fejn ikun hemm bżonn, it-tul u l-għan tal-kontrolli għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68."

3. L-Artikolu 5 hu mħassar.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 1158/91 hu bil-preżenti emendat kif ġej:

1. Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 il-kliem "Regolament (KEE) Nru 625/78" huma mibdula b’ "Regolament (KE) Nru 322/96 [*] ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5.."

2. L-Artikolu 3(1) hu mibdul b’li ġej:

"1. L-oblaturi biss jistgħu jieħdu sehem fl-istedina għall-offerti:

- fir-rigward ta’ trab tal-ħalib xkumat immanufatturat fil-21 ġurnata ta’ qabel id-data finali għat-tfigħ ta’ l-offerti, fil-każ li għalih hemm provdut fit-tieni sentenza ta’ l-Anness III (e) għar-Regolament (KE) Nru 322/96 dan il-perjodu hu ffissat għal tliet ġimgħat,

- jekk iwegħdu bil-miktub li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 322/96."

3. Il-punt (ċ) fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) hu mibdul b’li ġej:

"(ċ) id-depow fejn għandha tintefa. L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 322/96 għandhom japplikaw."

4. L-Artikolu 9 hu mibdul b’li ġej:

"L-Artikolu 9

Fil-perjodu li jibda’ fil-120 ġurnata wara li tieħu f’idejha t-trab tal-ħalib xkumat u li jispiċċa fil-140 ġurnata minn hemm ‘il quddiem, l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas il-prezz tax-xiri għall-ħażna lil dak li jieħu l-offerta. Il-ħlas għandu jsir f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull waħda mill-kwantitajiet meħuda, sakemm dik il-konformità mal-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tkun ġiet ikkontrollata.

Il-prezz tal-xiri għall-ħażna għandu jkun kkalkolat kif ġej:

- jekk il-kontenut ta’ proteina tal-materja niexfa mhux bix-xaħam jkun 35,6 % jew aktar, il-prezz ta’ xiri għall-ħażna għandu jkun dak indikat fl-offerta;

- jekk il-kontenut ta’ proteina tal-materja niexfa mhux bix-xaħam tkun inqas minn 35,6 %, iżda mhux inqas minn 31,4 %, il-prezz ta’ xiri għall-ħażna għandu jkun dak indikat fl-offerta, imnaqqas b’ "d", maħdum kif ġej:

d = prezz ta’ l-offerta × ((0,356 – kontenut ta’ proteina) × 1,75).

Il-kontenut ta’ proteina għandu jkun stabbilit billi jintuża l-metodu preskritt fl-Anness I għarRegolament (KE) Nru 322/96."

5. L-Artikolu 10 hu mibdul b’li ġej:

"L-Artikolu 10

L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 322/96 għandhom japplikaw."

Artikolu 3

Punt 1 tat-taqsima ĊI ta’ Parti Ċ u punt 3 ta’ Parti D fl-Anness tar- Regolament (KEE) Nru 1756/93 hu mibdul b’li ġej:

Regolament | Ammonti involuti | Rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli |

1. (KE) Nru 322/96 | Prezz tax-xiri għall-ħażna | Rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-kontroll fil-konverżjoni'' |

‘‘3. (KE) No 322/96 | A.Spejjeż tal-ħażna msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(6) | Rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fil-ġurnata li ttieħed kontroll ta' l-oġġetti partikolari |

B.Spejjeż tat-trasport addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6(2) | Rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fil-jum meta ttieħed kontroll l-oġġetti in kwistjoni |

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 10.

[3] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[4] ĠU L 22, tal-31.1.1995, p. 1.

[5] ĠU L 173, tat-22.7.1968, p. 4.

[6] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23.

[7] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 17.

[8] ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 19.

[9] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

[10] ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5.

[11] ĠU L 129, tad-19.5.1987, p. 9.

[12] ĠU L 127, tad-19.5.1994, p. 14.

[13] ĠU L 112, ta’ l-4.5.1991, p. 65.

[14] ĠU L 161, tat-2.7.1993, p. 48.

[15] ĠU L 44, tat-22.2.1996, p. 12.

[16] ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5.

--------------------------------------------------