31996R0440



Official Journal L 061 , 12/03/1996 P. 0002 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/96

tal-11 ta' Marzu 1996

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal xi taħlitiet ta' żraģen tal-malt u eżamijiet tax-xgħir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1863/95 [2], u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi, skond il-ftehim konklużi fir-Round ta' l-Urugwaj [3], il-Komunità intrabtet li tiftaħ kwoti ta' tariffi annwali għal xi taħlitiet ta' żraġen tal-malt u eżamijiet tax-xgħir; billi l-importazzjonijiet taħt dawn il-kwoti jibbenefikaw minn eżenzjoni mid-dazji doganali;

Billi huwa meħtieġ li jinfetħu dawk il-kwoti b'effett mill-1 ta' Jannar 1996 u li jiġu preskritti r-regoli dettaljati biex ikunu amministrati; billi huwa meħtieġ li jkun garantit aċċess indaqs u mhux interrott għall-importaturi kollha tal-Komunità għal dawk il-kwoti u applikazzjoni mhux interrotta għall-importazzjonijiet kollha tal-prodott in kwistjoni fl-Istati Membri kollha, ta' l-eżenzjoni mid-dazji sakemm il-kwoti jintużaw kollha; billi, biex tkun żgurata l-effiċjenza ta' amministrazzjoni komuni tal-kwoti, ma hemm l-ebda ostakolu, madankollu, li jżomm lill-Istati Membri milli jkunu awtorizzati li jagħmlu użu mill-volumi ta' kwoti fil-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu ma' l-importazzjonijiet attwali; billi, madankollu, dak il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ kollaborazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; billi l-Kummissjoni trid tkun kapaċi tagħmel monitoraġġ tar-rata li biha qed jintużaw il-kwoti u tavża lill-Istati Membri b'dan;

Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma bagħatx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti deskritti hawn taħt ikunu sospiżi fil-limitu tal-kwoti tat-tariffi annwali tal-Komunità indikati hawn taħt:

Nru ta' l-ordni | Kodiċi NM | Subintestatura tat-Taric | Deskrizzjoni | Volum tal-Kwota |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

09.2903 | ex23099031 | 10 | Preparazzjoni li tikkonsisti f' taħlita ta' għażla ta' żraġen tal-malt u xgħir qabel il-proċess ta' malting (possibilment inklużi żrieragħ oħra) bi twarrib tax-xgħir wara l-proċess ta' malting, u li tikontjeni skond il-piż 15,5 % jew iktar ta' proteina | 100000 t |

ex23099041 | 40 | Preparazzjoni li tikkonsisti f' taħlita ta' ghażla ta' żraġen tal-malt u tax-xgħir qabel il-proċess ta' malting (possibilment inklużi żrieragħ oħra) bi twarrib tax-xgħir wara l-proċess ta' malting, u li jikkontjenu skond il-piż 15,5 % jew iktar ta' proteina u mhux iktar minn 23 % lamtu |

09.2905 | ex23099031 | 10 | Preparazzjoni li tikkonsisti minn taħlita ta' nebbieta tax-xgħir u tal-barli qabel il-proċess tal-malting (possibbilment bl-inklużjoni ta' żrieragħ oħra), bit-twarrib tal-barli wara l-proċess tal-malting, u jkollhom fil-piż 12,5 % jew iżjed ta' proteina | 20000 t |

ex23099031 | 15 |

ex23099041 | 40 | Preparazzjoni tikkonsisti minn taħlita ta' nebbieta tax-xgħir u tal-barli qabel il-proċess tal-malting (possibbilment bl-inklużjoni ta' żrieragħ oħra), bit-twarrib tal-barli wara l-proċess tal-malting, u jkollhom fil-piż 12,5 % jew iżjed ta' proteina u mhux iżjed minn 28 % tal-lamtu |

ex23099041 | 50 |

Artikolu 2

Meta importatur jippreżenta prodott kopert mill-Artikolu 1 għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru, u japplika biex jieħu vantaġġ mill-arranġamenti preferenzjali, u l-entrata hija milqugħa mill-awtoritajiet tad-dwana, l-Istat Membru konċernat għandu, billi javża lill-Kummissjoni, jiġbed ammont li jikkorrispondi għall-ħtiġiet tiegħu mill-volum xieraq tal-kwota.

Talbiet għall-ġbid, li juru d-data meta l-entrati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera kienu milqugħa, jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Il-ġbid jingħata mill-Kummissjoni f'ordni kronoloġiku tad-dati meta l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri konċernati aċċettaw l-entrati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, sakemm il-bilanċ għad-dispożizzjoni jippermetti dan.

Jekk Stat Membru ma jużax dak kollu li ġibed, huwa għandu jieħu lura kull porzjon mhux użat lill-volum tal-kwota korrispondenti mill-aktar fis possibbli.

Jekk il-kwantitajiet huma aktar mill-bilanċ tal-volum tal-kwota għad-dispożizzjoni, il-bilanċ ikun allokat għal kull ras bejn l-applikanti. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bil-ġbid li jkun sar.

Artikolu 3

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-importaturi tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandhom aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota jippermetti dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mill-viċin biex jiżguraw li l-Artikoli 1 sa 3 ta' dan ir-Regolament jitħarsu.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Marzu 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 1.

[3] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22.

--------------------------------------------------