31996R0215



Official Journal L 028 , 06/02/1996 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/96

tat-2 ta' Frar 1996

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma "l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness li jinsab ma" dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid suddiviżjoni addizjonali magħha u li hija stabbilità b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM murija fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista "tibqa" tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni tan-Nomenklatura dwar it-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura maqgħuda taħt il-kodiċijiet adattati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni obbligatorja dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista "tibqa" tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 319, tat-30.12.1995, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika (Kodiċi NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Sett ta' oġġetti għal logħba bil-ballun ibbażata fuq il-basketball, li jinkludi:ċirku tal-metall b'dijametru ta' inqas minn 45ċm, li miegħu titwaħħal xibka bla qiegħ,plakka ta' l-injam iddisinjata biex tiddendel ma’ bieb jew ħajt, li magħha jitwaħħal iċ-ċirku tal-metall. | 95039055 | Il-klassifika hija stabbilità skond id-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1, 3b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċi NM 9503, 950390 u 95039055. Dawn l-oġġetti ma jikkostitwixxux apparat ta' sport skond it-tifsira ta' l-intestatura Nru 9506, l-iktar minħabba l-qisien u d-disinn tagħhom. |

2.Sett ta' oġġetti għal logħba bil-ballun ibbażata fuq il-basketball, li jinkludi:kaxxa tal-plastic li fiha l-oġġetti deskritti iktar "l isfel u li sservi bħala bażi għall-apparat, li tista" tittaqqal billi timtela bl-ilma jew bir-ramel,ċirku tal-metall ta' dijametru ta' inqas minn 45 ċm, li miegħu titwaħħal xibka bla qiegħ,plakka ta' l-injam b'motif ikkulurit b’ħafna lwien miżbugħ fuqha, li għandha titwaħħal ma’ stand, u li ċ-ċirku tal-metall jitwaħħal,stand iffurmat minn tubi tal-plastik, li l-għoli tagħhom jista’ jkun aġġustat minn 1 m sa 1,65 m. | 95039055 | Il-klassifika hija stabbilità skond id-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċi NM 9503, 950390 u 95039055. Dawn l-oġġetti ma jikkostitwixxux apparat ta' sports skond it-tifsira ta' l-intestatura Nru 9506, l-iktar minħabba l-qisien u d-disinn tagħhom. |

3.Replika ta' karozza Mercedes AMG, sena ta' kostruzzjoni 1994, prodotta bil-kwantità, skala 1.43, imwaħħla ma’ pjanċa.Bix-xogħol tal-qafas minn żingu fondut, li jġib fuqu diversi mmarkar.Xi wħud mill-komponenti (eż. dwal ta' quddiem, dwal ta' wara, frejms tat-twieqi) huma stensiljati.Il-kompnenti l-oħra kollha huma magħmulin mill-plastik (eż. spoiler, windscreen, wipers, pumi tal-bibien, mirja tal-ġnub, rota ta' l-isteering). | 95039051 | Il-klassifika hija stabbilità skond id-disposizjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċi NM 9503, 950390 u 95039051. Il-prodott huwa ppreżentat bħala mudell skalat għal għanijiet rekreattivi. |

--------------------------------------------------