31996R0205



Official Journal L 027 , 03/02/1996 P. 0006 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/96

tat-2 ta’ Frar 1996

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ marketing tal-laħam tat-tjur [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3204/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2390/95 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ marketing fis-settur tal-laħam tat-tjur;

Billi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-kontenut ta’ l-ilma ta’ tiġieg iffriżati jew iffriżati malajr għandhom jiġu addattati malajr fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli mwettqa minn jew taħt ir-responsabbilità ta’ l-awtoritajiet kompetenti u l-ħlas ta’ l-ispejjeż mill-industrija f’ċerti każijiet; billi r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli għandhom ikunu disponibbli għal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u tal-Komunità għal iżjed stħarriġ, u għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat ta’Ġestjoni;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 14(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa b’dan il-mezz emendat kif ġej:

1. fil-paragrafu 4 il-kliem ‘ħmistax-il ġurnata’ huma mibdula b’’kull xahrejn’;

2. fil-paragrafu 5, huwa miżjud is-sub-paragrafu li ġej:

"F’kull każ, huma għandhom, fejn lott tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jitqies mhux konformi ma’ dan ir-Regolament, ikomplu jeżaminaw fil-frekwenza minima ta’ kontrolli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 4 biss wara tliet kontrolli suċċessivi skond l-Annessi V jew VI, li għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni minn tliet ġranet differenti ta’ produzzjoni fi żmien massimu ta’ erba’ ġimgħat, u juru riżultati negativi. L-ispejjeż għal dawn il-kontrolli għandhom jitħallsu mill-biċċerija konċernata."

3. Il-paragrafu 12 (a) li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 12:

"12 (a) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rispettiv mingħajr dewmien bir-riżultati tal-kontrolli li huma wettqu jew li twettqu taħt ir-responsabbilità tagħhom.

Il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għandhom jgħaddu din id-data kull sitt xhur lil-Laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal iżjed stħarriġ u diskussjoni mal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali mill-inqas darba fis-sena. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta’ Tmexxija għal konsiderazzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

[2] ĠU L 289, ta’ l-24.11.1993, p. 3.

[3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

[4] ĠU L 244, tat-12.10.1995, p. 60.

--------------------------------------------------