Official Journal L 014 , 19/01/1996 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 69/96 tat-18 ta’ Jannar 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi tal-Komunità għall-analiżi ta’ nbejjed Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1544/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu, Billi il-punt 2.2.3.3.2 tal-Kapitolu 25 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi tal-Komunità għall-analiżi ta’ nbejjed [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 60/95 [4], jiddeskrivi metodu għall-analiżi tal-kontenut ta’ sulphur dioxide tal-meraq ta’ l-għeneb li jirriżulta f’għasir aħjar ta’ dik is-sustanza mill-metodu użat qabel fil-punt 13.4 tal-Kapitolu 13; billibilli dan jirriżulta f’kontenut totali ta’ sulphur dioxide ta’ meraq ta’ l-għeneb analizzat ogħla, li jista’ jaqbeż il-limitu preskritt; billi, minħabba l-fatt li dan il-metodu jwassal għal modifkazzjonijiet tekniċi għall-ħaddiema u sabiex ma jkunx hemm diffikultà fil-bejgħ tal-meraq ta’ l-għeneb, il-perjodu ta’ transizzjoni li matulu l-kontenut ta’ sulphur dioxide ta’ meraq ta’ l-għeneb jista’ jkun analizzat bl-użu tal-metodu użat qabel għandu jkun imtawwal sa l-aħħar tas-sena ta’ tkabbir ta’ l-inbid; billi kull interruzzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli ddettaljati li jirregolaw dan il-metodu ta’ analiżi għandhom ikunu evitati; Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-data "31 ta’ Diċembru 1995" hi b’dan mibdula b’ "31 ta’ Awissu 1996" fit-tieni paragrafu ta’ punt 2.2.3.3.2 tal-Kapitolu 25 ta’ l-Anness għal Regolament (KEE) Nru 2676/90. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f’Brussel, fit-18 ta’ Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. [2] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 31. [3] ĠU L 272, tat-3.10.1990, p. 1. [4] ĠU L 11, tas-17.1.1995, p. 19. --------------------------------------------------