Official Journal L 335 , 24/12/1996 P. 0045 - 0045
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE tat-13 ta' Diċembru 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'referenza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, Billi r-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, normalment magħrufa bħala RID, kif emendati għandhom ikunu mehmuża mad-Direttiva 96/49/KE bħala l-Anness u jkunu applikabbli mhux biss għat-trasport bejn il-fruntieri, iżda wkoll għat-trasport ġewwa l-Istati Membri individwali; Billi l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE fih ir-RID kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 1995; Billi r-RID jiġu aġġornati kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata għandha tkun fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1997; Billi skond l-Artikolu 8, il-modifiki meħtieġa kollha għall-adattament mal-progress xjentifiku u tekniku fil-kamp kopert mid-Direttiva u bil-għan li jiġu allineati mar-regoli l-ġodda għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabilita fl- l-Artikolu 9; Billi jeħtieġ li wieħed jadatta s-settur għar-regoli ġodda tar-RID u għalhekk li wieħed jemenda l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE; Billi l-miżuri previsti fid-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat provduta bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 96/49/KE qiegħed jiġi mmodifikat kif ġej: "L-Anness jinkludi d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta' l-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru fl-Anness I ta' l-Appendiċi B għall-Cotif, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1997, bil-ftehim li "il-Partijiet Kontraenti" u "l-Istati jew il-ferroviji" jinbidli ma' "l-Istat Membru". NB: Il-verżjonijiet tar-RID fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għandhom jiġu ppublikati hekk kif t-test bil-lingwi kollha jkun lest." L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1997. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom referenza simili fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu stabiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1996. Għall-Kummissjoni Neil Kinnock Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. --------------------------------------------------