Official Journal L 335 , 24/12/1996 P. 0043 - 0044
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE tat-13 ta' Diċembru 1996 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (Test b'rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, Billi l-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq, normalment magħruf bħala l-ADR, kif emendat, għandhom ikunu mehmuża mad-Direttiva 94/55/KE bħala l-Annessi A u B u ma jkunux applikabbli biss għat-trasport li jgħaddi mill-fruntieri, iżda wkoll għat-trasport fl-Istati Membri individwali; Billi l-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE għandhom l-FPT applikabbli mill-1 ta' Jannar 1995, li minn dak in-nhar ġie ppubblikat fl-ilsna kollha [2]; Billi l-ADR jiġu riveduti kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata tkun fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 1997; Billi bi qbil ma' l-Arikolu 8, kull modifika meħtieġa għall-addattazzjoni għall-progress tekniku u xjentifiku fis-settur kopert mid-Direttiva u bl-iskop li jarmonizzawha għar-regoli li ġew adottati b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 9; Billi l-addattazzjoni tas-settur għar-regoli l-ġodda ta' l-ADR hija meħtieġa u għalhekk biex temenda l-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE; ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 94/55/KE hija modifikata kif ġej: 1. L-Anness A: "L-Anness A jinkludi d-disposizzjonijiet tal-Marġinali 2000 sa 3999 ta' l-Anness A għall-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), b'effett mill-1 ta' Jannar 1997, "Stat Membru" huwa mibdul bi "Parti Kontraenti". NB: Il-verżjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità tat-test emendanti ta' l-1997 lit-test ikkonsolidat ta' l-1995 ta' l-Anness A għall-ADR għandhom ikunu ppubblikati hekk kif it-test ikun disponibbli fil-lingwi kollha." 2. L-Annes B: "L-Anness B jinkludi d-disposizzjonijiet tal-Marġinali 10000 sa 270000 ta' l-Anness B għall-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif effettiv mill-1 ta' Jannar 1997, "Stat Membru" huwa mibdul bi "Parti Kontraenti". NB: Il-verżjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità tat-test emendanti ta' l-1997 tat-test ikkonsolidat ta' l-1995 ta' l-Anness A għall-ADR għandhom ikunu ppubblikati hekk kif it-test ikun disponibbli fil-lingwi kollha." L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 1997. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1996. Għall-Kummissjoni Neil Kinnock Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. [2] ĠU L 275, 28.10.1996, p. 1. --------------------------------------------------