Official Journal L 048 , 19/02/1997 P. 0016 - 0019
Id-Direttiva 96/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-1996 li temenda d-Direttiva 94/35/KE dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru ta’ l-1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Billi mill-adozzjoni tad-Direttiva 94/35/KE [4] kien hemm żviluppi tekniċi fl-isfera tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa; Billi d-Direttiva għandha tkun addattata sabiex tieħu kunsiderazzjoni ta’ dawn l-iżviluppi; Billi l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/273/KE [5] kien ikkonsultat qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li setgħu jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 94/35/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud mal-Artikolu 1: "5. Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-oġġetti ta’ l-ikel korrispondenti intiżi għall-użu ta’ nutrizzjoni partikolari fid-definizzjoni tad-Direttiva 89/398/KEE."; 2. L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 3 għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "3. Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ma jistgħux jintużaw fl-ikel għat-trabi u tfal żgħar kif hemm referenza għalih fid-Direttiva 89/398/KEE, inkluż l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar li mhumiex f’saħħithom, sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-dispożizzjonijiet speċifiċi."; (b) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud: "5. Fl-Anness "quantum satis"; ifisser li l-ebda livell massimu ma hu speċifikat. Madankollu, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom jintużataw in konformità mal-prattika tajba tal-manifattura, f’livell ta’ doża mhux aktar minn dak meħtieġ sabiex jikseb l-għan intiż u basta li l-konsumatur ma jkunx ingannat."; 3. l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud: "L-Artikolu 2a Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, il-preżenza tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-oġġetti ta’ l-ikel hija permissibbli: - fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti mingħajr zokkor miżjud jew bl-enerġija mnaqqsa, fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti djetetarji intiżi għal dieta b’kaloriji baxxi u fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti li għandhom żmien twil għall-użu tagħhom, apparti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3), sakemm is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa huma permissibbli f’xi wieħed mill-ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel kompost, jew - jekk l-oġġetti ta’ l-ikel huwa intiż sabiex ikun użat biss fil-preparazzjoni ta’ l-oġġett ta’ l-ikel kompost li huwa konformi ma’ din id-Direttiva."; 4. il-kategorija ‘Vitamini u preparazzjonijiet djetatarji’ fl-Anness għandu jingħata isem ġdid "Supplimenti ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, ta’ tip ta’ xiropp jew li tista’ tomgħod;" 5. il-lista fl-Anness għandha tkun issupplimentata bit-tabella fl-Anness ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom, sabiex: - jawtorizzaw il-kummerċ fi prodotti li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru ta’ l-1997 - jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva mid-19 ta’ Ġunju ta’ l-1998. B’dana kollu, l-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva jistgħu jkunu kkummerċjalizzati sakemm il-ħażniet ikunu eżawriti. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1996. Għall-Parlament Ewopew Il-President K. Hänsch Għall-Kunsill Il-President S. Barrett [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 1). [2] ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 1. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu ta’ l-1996 (ĠU C 96, ta’ l-1.4.1996, p.24). Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju ta’ l-1996 (ĠU C 315, ta’ l-24.10.1996, p.12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru ta’ l-1996. [4] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 3. [5] ĠU L 167, tat-18.7.1995, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS Nota: 1. Għas-sustanza E952, aċidu ċiklamiku u l-imluħ Na u Ca tiegħu, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’aċidu liberu. 2. Għas-sustanza E952, iz-zakkarina u l-imluħ Na, K u Ca tagħha, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’imide libera. Nru-E | Isem | Oġġetti ta’ l-ikel | Doża massima li tista’ tkun użata | E950 | Acesulfame K | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom mill-anqas mill-anqas 20 % qxur, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 1200 mg/kg | | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l | | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 2500 mg/kg | | —birra b’enerġija mnaqqsa | 25 mg/l | | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 350 mg/l | | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 350 mg/kg | | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg | | —ħelu tad-dolċiera fil-għamla ta’ pilloli b’enerġija mnaqqsa | 500 mg/kg | | —Feinkostsalat | 350 mg/kg | | —Eßoblaten | 2000 mg/kg | E 951 | Aspartame | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 1000 mg/kg | | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l | | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 6000 mg/kg | | —mustardini għall-grieżem b’togħma qawwija mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg | | —birra b’enerġija mnaqqsa | 25 mg/l | | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 600 mg/l | | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 600 mg/kg | | —Feinkostsalat | 350 mg/kg | E 952 | Aċidu ċiklamiku u l-imluħ Na u Ca tiegħu | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 250 mg/l | | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 2500 mg/kg | | —supplimenti ta’ l-ikel/integrazzjonijiet tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, tip-ta’-xiropp jew li jistaw jkunu mimgħuda | 1250 mg/kg | E954 | Zakkarina u l-imluħ Na, K u Ca tagħha | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 100 mg/kg | | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l | | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 3000 mg/kg | | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 80 mg/l | | —spirti li jkun fih anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 80 mg/l | | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg | | —Feinkostsalat | 160 mg/kg | E 957 | Thaumatin | —Gelati ta’ l-ikel, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | E 959 | Neohesperidine DC | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 50 mg/l | | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg | | —supplimenti ta’ l-ikel/integrazzjonijiet tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, tip-ta’-xiropp jew li jistaw jkunu mimgħuda | 400 mg/kg | | —xorb li li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 30 mg/l | | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 30 mg/kg | | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg | | —Feinkostsalat | 50 mg/kg | | —birra b’enerġija mnaqqsa | 10 mg/kg | | —formuli kompluti u supplimenti nutrittivi għall-użu taħt superviżjoni medika | 100 mg/kg | | —"snacks: ċerti togħmiet huma lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, xotti, prodotti tal-lamtu b" togħma tajba u ġewż miksi | 50 mg/kg | --------------------------------------------------