31996L0073



Official Journal L 032 , 03/02/1997 P. 0001 - 0037


Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta’ Diċembru 1996

dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/276/KEE tas-17 ta’ Lulju 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut [4] ġiet emendata spiss u b’mod sostanzjali; billi, għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkonsolidata;

Billi d-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-ismijiet tat-tessuti [5] teħtieġ ittikkettjar li jindika l-komposizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut, waqt li jsiru kontrolli b’analiżi dwar il-konformità ta’ dawn il-prodotti ma’ l-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tikketta;

Billi l-metodi wżati għal testijiet uffiċjali mwettqa fl-Istati Membri biex jiddeterminaw il-komposizzjoni tal-fibra ta’ prodotti tat-tessut għandhom ikunu uniformi, kemm fir-rigward tat-trattament minn qabel tal-kampjun kif ukoll fir-rigward ta’ l-analiżi kwantitattiva tiegħu;

Billi d-Direttiva 96/74/KE tipprovdi li l-metodi għat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li għandhom jintużaw fl-Istati Membri għall-għan li tiġi stabbilita l-komposizzjoni tal-fibra tal-prodotti għandhom ikunu speċifikati f’direttivi separati; billi għalhekk l-Anness II għal din id-Direttiva jistabbilixxi 15-il metodu uniformi ta’ analiżi għall-parti l-kbira tal-prodotti tat-tessut magħmulin minn taħlitiet ta’ żewġ fibri li jinsabu fis-suq;

Billi l-progress tekniku jitlob addattament frekwenti ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti minn direttivi separati dwar metodi ta’ analiżi tat-tessuti; billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri mitluba għal dak l-effett, għandha tiġi stabbilita proċedura li tistabbilixxi, fi ħdan il-Kumitat għal Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Ismijiet u l-Ittikkettjar ta’ Tessuti u, koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Billi fil-każ ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri li għalhom mhemm ebda metodu ta’ analiżi uniformi fil-livell tal-Komunità, il-laboratorju responsabbli għat-test jista’ jiddetermina l-komposizzjoni ta’ taħlitiet bħal dawn billi juża kwalunkwe metodu validu għad-dispożizzjoni tiegħu, waqt li jindika fir-rapport ta’ l-analiżi, ir-riżultat miksub u, sa fejn dan ikun magħruf, il-grad ta’ preċiżjoni tal-metodu wżat;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għad-Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ Ismijiet u Ittikkettjar tat-Tessuti;

Billi din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha x’taqsam mal-metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ ċerti taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessuti, inkluża l-preparazzjoni ta’ kampjuni tat-test u eżemplari tat-test.

L-Artikolu 2

"Kampjun tat-test" tfisser kampjun ta’ daqs tajjeb għall-analiżi, meħud mil-lott ta’ kampjuni tal-laboratorju li jkunu ġew meħuda minn lott ta’ oġġetti għall-analiżi.

"Eżemplari tat-test" tfisser dik il-parti tal-kampjun tat-test meħtieġa biex tagħti riżultat individwali ta’ test.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li, bi qbil mad-Direttiva 96/74/KE, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II dwar il-metodi għal analiżi kwantitattiva ta’ ċerti taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’ tessuti, inkluża l-preparazzjoni ta’ kampjuni tat-test u ta’ l-eżemplari tat-test, jiġu applikati fit-testijiet uffiċjali kollha biex jiddeterminaw il-komposizzjoni tal-prodotti tat-tessut mqiegħda fis-suq.

L-Artikolu 4

Il-laboratorju responsabbli mill-ittestjar ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri li għalihom ma hemm ebda metodu ta’ analiżi uniformi fil-livell tal-Komunità għandu jiddetermina il-komposizzjoni ta’ taħlitiet bħal dawn billi juża kwalunkwe metodu validu għad-dispożizzjoni tiegħu, waqt li jindika r-riżultat miksub fir-rapport ta’ l-analiżi u, sa jekk dan ikun magħruf, il-grad ta’ preċiżjoni tal-metodu wżat;

L-Artikolu 5

1. Kumitat għal Direttivi dwar l-Ismijiet u l-Ittikkettjar tat-Tessuti, minn hawn ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", huwa stabbilit b’dan il-mezz; għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala l-President.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

3. Għandhom isiru addattamenti għall-progress tekniku fil-metodi ta’ analiżi kwantitattiva li hemm provdut għalihom fl-Anness II skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6.

L-Artikolu 6

1. Fejn tiġi invokata l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, il-materji għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni dwar l-abbozz fil-limiti ta’ żmien li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa mistenni li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri mbassra fejn dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Fejn il-miżuri proposti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ma tingħata ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi minnufih lill-Kunsill il-miżuri li għandhom jiġu adottati.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

(ċ) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-proposta lilu, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

Id-Direttivi elenakti fl-Anness III, parti A huma b’dan il-mezz revokati, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni stabbilita fl-Anness III, parti B.

Riferenzi għad-Direttivi revokati għandhom jitqiesu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ nhar fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Haensch

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 96, tas-6.4.1994, p. 20.

[2] ĠU C 195, tat-18.7.1994, p. 20.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 1995, (ĠU C 56, tas-6.3.1995, p. 53), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 1996 (ĠU C 196, tas-6.7.1996, p. 20) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta Ġunju 1996 (ĠU C 198, tat-8.7.1996, p. 25), id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 1996.

[4] ĠU L 173, tal-31.7.1972, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/184/KEE, (ĠU L 75, tas-17.3.1987, p. 21).

[5] ĠU L 32, tat-3.2.1997, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

PREPARAZZJONI TA’ KAMPJUNI TA’ TEST U EŻEMPLARI TA’ TEST BIEX JISTABBILIXXU L-KOMPOSIZZJONI TAL-FIBRA TA’ PRODOTTI TAT-TESSUT

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness jagħti proċeduri għall-kisba ta’ kampjuni tat-test tal-laboratorju ta’ daqs tajjeb għal trattament minn qabel għal analiżi kwantitattiva (i.e. għal piż li ma jaqbiżx 100 g) minn kampjuni tal-laboratorju f’lott, u għall-għażla ta’ eżemplari tat-test minn kampjuni tat-test tal-laboratorju li jkunu ġew ittrattati minn qabel biex titneħħa l-materja mhux fibruża [1].

2. DEFINIZZJONIJIET

2.1. Sors tal-lott – Dik il-kwantità ta’ materjal li tiġi ġġudikata fuq il-bażi ta’ serje waħda ta’ riżultati tat-test. Dan jista’ jinkludi, per eżempju, il-materjal kollu f’kunsinna waħda ta’ drapp; id-drapp kollu minsuġ minn mitwa partikolari; kunsinna ta’ ħajt, balla jew grupp ta’ balel ta’ fibra mhux maħduma.

2.2. Kampjun tal-lott tal-laboratorju – Dak il-porzjon tas-sors tal-lott meħud biex ikun rappreżentattiv tal-kunsinna kollha, u li jkun disponibbli għal-laboratorju. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b’mod adegwat il-varjabilità tas-sors tal-lott u biex jiffaċilitaw in-nuqqas ta’ xkiel fit-tqandil fil-laboratorju [2].

2.3. Kampjun tat-test tal-laboratorju – Dak il-porzjon tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju li jiġi soġġett għal trattament minn qabel biex titneħħa materja mhux fibruża, u li minnu jittieħdu kampjuni tat-test. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tat-test tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b’mod adegwat il-varjabilità tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju [3].

2.4. Kampjun tat-test – Il-porzjon tal-materjal meħtieġ biex jagħti riżultat tat-test individwali, u magħżul mill-kampjun tat-test tal-laboratorju.

3. PRINĊIPJI

Il-kampjun tat-test tal-laboratorju jintagħżel biex ikun rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

L-eżemplari tat-test jittieħdu mill-kampjun tat-test tal-laboratorju b’tali mod li kull wieħed minnhom ikun rappreżentattiv tal-kampjun tat-test tal-laboratorju.

4. TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN FIBRI MAĦLULA

4.1. Fibri mhux orjentati – Ikseb il-kampjun tat-test tal-laboratorju billi tagħżel b’mod każwali mostri mill-eżemplari tal-lott tal-laboratorju. Ħallat sewwa il-kampjun kollu tat-test tal-laboratorju permezz ta’ moxt tal-laboratorju [4]. Agħmel in-nisġa jew it-taħlita, inklużi l-fibri maħlula u l-fibri li jeħlu ma’ l-apparat użat għat-taħlit soġġetti għal trattament minn qabel. Imbagħad agħżel eżemplari tat-test, fi proporzjon tal-piż rispettivi tagħhom, min-nisġa jew mit-taħlita, mill-fibri maħlula u mill-fibri li jeħlu ma’ l-apparat.

Jekk in-nisġa mimxuta tibqa’ ntatta wara t-trattament minn qabel, agħżel l-eżemplari tat-test bil-mod deskritt f’4.2. Jekk in-nisġa mimxuta tiġi ddisturbata mit-trattament minn qabel, agħżel kull eżemplari tat-test billi tneħħi b’mod każwali għallinqas 16-il mostra żgħira ta’ daqs tajjeb u li bejn wieħed u ieħor ikunu ta’ l-istess daqs u mbagħad għaqqadhom.

4.2. Fibri orjentati, (mxat, nsiġ, frak, truf) – Minn partijiet magħżula b’mod każwali mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju aqta’ mhux inqas minn 10 strixxi kull waħda ta’ piż bejn wieħed u ieħor ta’ 1 g. Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju hekk iffurmat soġġett għat-trattament minn qabel. Erġa għaqqad l-istrixxi billi tpoġġihom ġenb ma’ ġenb u ikseb l-eżemplari tat-test billi taqta’ minnhom biex hekk tieħu porzjon minn kull wieħed mill-għaxar tulijiet.

5. ĦAJT GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

5.1. Ħajt f’pakketti jew bil-piż – Ittestja l-pakketti kollha fil-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

Neħħi t-tulijiet indaqs kontinwi xierqa minn kull pakkett jew billi tkebbeb marelli ta’ l-istess numru ta’ dwawar fuq rukkell [5] jew b’xi mezz ieħor. Għaqqad it-tulijiet ġenb ma’ ġenb jew bħala marella waħda jew inkella bħala stoppa biex tifforma kampjun tat-test tal-laboratorju, waqt li tiżgura li hemm tulijiet ugwali minn kull pakkett fil-marella jew fl-istoppa.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel.

Ħu eżemplari tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta’ mazz ħjut ta’ l-istess daqs mill-marella jew stoppa, waqt li toqgħod attent li l-mazz ikun fih il-ħajt kollu fil-kampjun.

Jekk it-test tal-ħajt huwa t u n-numru tal-pakketti magħżula mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa n, allura biex tikseb il-kampjun tat-test ta’ 10 g, it-tul ta’ ħajt li għandu jitneħħa minn kull pakkett huwa

10

Jekk nt huwa kbir, jiġifieri iktar minn 2000, kebbeb marella itqal u aqtagħha minn nofs f’żewġ postijiet biex tagħmel stoppa ta’ piż tajjeb. It-truf ta’ kwalunkwe kampjun f’forma ta’ stoppa għandhom jintrabtu sewwa qabel it-trattament minn qabel u l-eżemplari tat-test għandhom jittieħdu minn post ’l bogħod mill-post ta’ l-irbit.

5.2. Ħajt fuq medd – Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta’ tul mit-tarf tal-medd, mhux inqas minn 20 ċm fit-tul u li jinkludu l-ħjut kollha fil-medd għajr il-ħjut tat-tarf li jiġu mwarrba. Orbot il-mazz ta’ ħjut flimkien qrib tarf minnhom. Jekk il-kampjun ikun kbir wisq għal trattament minn qabel bħala ħaġa sħiħa aqsmu f’żewġ porzjonijiet jew iktar, kull wieħed marbut għal trattament minn qabel, u erġa għaqqad il-porzjonijiet wara li kull wieħed ikun ġie trattat minn qabel separatament. Ħu kampjun tat-test billi taqta’ tul tajjeb mill-kampjun tat-test tal-laboratorju mit-tarf ’l bogħod mill-għoqda, u waqt li tgħaqqad il-ħjut kollha fil-medd. Għal medd ta’ ħjut N ta’ text, it-tul ta’ kampjun ta’ piż 1 g huwa

10

6. DRAPP GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

6.1. Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju li jikkonsisti f’qatgħa waħdanija rappreżentattiva tad-drapp

- Aqta’ strixxa dijagonali minn rokna għal oħra u neħħi t-truf. Din l-istrixxa hija l-kampjun tat-test tal-laboratorju. Biex tikseb kampjun tat-test tal-laboratorju ta’ x g, id-daqs ta’ l-istrixxa għandu jkun

x 10

fejn G huwa l-piż tad-drapp f’g/m².

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel u mbagħad aqta’ l-istrixxa b’mod trasversali f’erba’ tulijiet indaqs u poġġihom fuq xulxin.

Ħu kampjuni tat-test minn kwalunkwe parti tal-materjal fi strixxi billi taqta’ mill-istrixxi kollha biex b’hekk kull kampjun ikun fih tul ugwali ta’ kull strixxa.

Jekk id-drapp għandu disinn minsuġ, agħmel li l-wisa’ tal-kampjun tat-test tal-laboratorju, mkejla b’mod parallel għad-direzzjoni tal-medd, tkun mhux inqas minn repetizzjoni waħda tal-medd tad-disinn. Jekk b’din il-kondizzjoni sodisfata, il-kampjun tat-test tal-laboratorju jkun kbir wisq biex jiġi ttrattat kollu f’salt, aqtgħu f’partijiet ugwali, ittratthom separatament minn qabel, u poġġi fuq xulxin dawn il-partijiet qabel għażla ta’ kampjun tat-test, waqt li toqgħod attent li l-partijiet li jikkorrispondu tad-disinn ma jikkoinċedux.

6.2. Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju magħmul minn bota qatgħat

- Ittratta kull qatgħa kif deskritt f’6.1, u agħti kull riżultat separatament.

7. TEĦID TA’ KAMPJUNI TA’ OĠĠETTI MAGĦMULA U LESTI

Il-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa normalment oġġett magħmul u lest għal kollox jew frazzjoni rappreżentattiva ta’ wieħed.

Fejn xieraq iddetermina l-perċentwali tal-partijiet varji ta’ l-oġġett li m’għandux l-istess kontenut ta’ fibra, sabiex tiġi kkontrollata l-konformità ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-ismijiet tat-tessuti.

Agħżel kampjun tat-test tal-laboratorju rappreżentattiv tal-parti ta’ l-oġġett magħmul u lest, li l-komposizzjoni tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Jekk l-oġġett ikollu diversi tikketti, agħżel kampjuni tat-test tal-laboratorju rappreżentattivi għal kull parti li tikkorrispondi għat-tikketta mogħtija.

Jekk l-oġġett li għandha tiġi stabbilita l-komposizzjoni tiegħu ma jkunx uniformi, jista’ jkun meħtieġ li jintagħżlu kampjuni tat-test tal-laboratorju minn kull waħda mill-partijiet ta’ l-oġġett u li jiġu stabbiliti l-porzjonijiet relattivi tal-partijiet varji fir-rigward ta’ l-oġġett sħiħ imsemmi.

Imbagħad ikkalkula l-perċentwali waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi tal-partijiet meħudin kampjuni.

Agħmel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju soġġetti għat-trattament minn qabel.

Imbagħad għażel kampjuni tat-test rappreżentattivi tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju ttrattati minn qabel.

[1] F’xi każijiet ikun meħtieġ li l-kampjun tat-test individwali jiġi ttrattat minn qabel.

[2] Għal oġġetti magħmulin u lesti ara t-taqsima 7.

[3] Ara l-punt 1.

[4] Il-moxt (carder) tal-laboratorju jista’ jiġi mibdul ma’ blender tal-fibri, jew il-fibri jistgħu jiġu mħallta bil-metodu ta’ “trofof u rifjutati”.

[5] Jekk il-pakketti jistgħu jiġu mmuntati f’rombli konvenjenti, numru minnhom jistgħu jiġu mkebba fl-istess ħin.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

METODI GĦAL ANALIŻI KWANTITATTIVA TA’ ĊERTI TAĦLITIET TA’ ŻEWĠ FIBRI

1. ĠENERALI

Introduzzjoni

Metodi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri huma bbażati fuq żewġ proċessi, is-separazzjoni manwali u s-separazzjoni kimika tal-fibri.

Il-metodu ta’ separazzjoni manwali għandu jintuża kull meta jkun possibbli minħabba li ġeneralment jagħti riżultati iktar preċiżi mill-metodu kimiku. Jista’ jintuża għat-tessuti kollha li l-fibri komponenti tagħhom ma jiffurmawx taħlita intima, bħala ngħidu aħna fil-każ tal-ħajt kompost minn diversi elementi li kull wieħed minnhom huwa magħmul minn tip wieħed ta’ fibra biss, jew tessut li l-fibra fihom tal-medd hija ta’ tip differenti għal dik tat-tgħama, jew drappijiet innittjati li jistgħu jiġu miftuqa magħmulin minn ħajt ta’ tipi differenti.

B’mod ġenerali, il-metodi ta’ l-analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq soluzzjoni selettiva tal-komponenti individwali. Wara t-tneħħija ta’ komponent il-fdal li ma jdubx għandu jintiżen, u l-proporzjon ta’ komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Din l-ewwel parti ta’ l-Anness tagħti l-informazzjoni komuni ta’ l-analiżi b’dan il-metodu tat-taħlitiet tal-fibri kollha li ġew ittrattati fl-Anness, tkun xi tkun il-komposizzjoni tagħhom. Għalhekk għandu jintuża mas-sezzjonijiet individwali suċċessivi ta’ l-Anness, li fihom il-proċeduri ddettaljati applikabbli għal taħlitiet ta’ fibri partikolari. Kultant, analiżi tkun ibbażata fuq prinċipju differenti minn soluzzjoni selettiva; f’każijiet bħal dawn, jiġu mogħtija dettalji sħaħ fis-sezzjoni x-xierqa.

Taħlitiet ta’ fibri waqt l-ipproċessar u, sa ċertu punt, tessuti lesti jista’ jkun fihom materja mhux fibruża, bħal xaħmijiet, xama’ jew kisi, jew materja li tinħall fl-ilma, jew li tiġi b’mod naturali jew li tiżdied biex tħaffef l-ipproċessar. Il-materja mhux fibbruża għandha titneħħa qabel l-analiżi. Għal din ir-raġuni qiegħed jingħata wkoll metodu ta’ kif jitneħħew ix-xaħmijiet, ix-xama’ u l-materja li tinħall fl-ilma.

Barra minn dan, it-tessuti jista’ jkun fihom ir-raża jew materji oħra miżjudin biex ituhom karatteristiċi speċjali. Materji bħal dawn, inklużi ż-żebgħat f’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jinterferixxu ma’ l-azzjoni tar-reaġent fuq il-komponent li jdub u/jew jistgħu ineħħu ir-reaġent parzjalment jew għal kollox. Dan it-tip ta’ materja miżjuda jista’ għalhekk jikkawża żbalji u għandu jitneħħa qabel ma l-kampjun jiġi analizzat. Jekk ma jkunx possibbli li titneħħa materja miżjuda bħal din, il-metodi ta’ l-analiżi kimika kwantitattiva mogħtija f’dan l-Anness ma jibqgħux iktar applikabbli.

Żebgħa fi drappijiet miżbugħin titqies bħala parti integrali mill-fibra u ma titneħħiex.

Jiġu mwettqa l-analiżi fuq il-bażi tal-piż xott u tingħata proċedura biex jiġi stabbilit il-piż xott.

Ir-riżultat jinkiseb billi jiġu applikati l-konċessjonijiet miftehma elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ismijiet tat-tessuti fuq il-piż xott ta’ kull fibra.

Qabel ma tkompli bl-analiżi, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom jiġu identifikati. F’xi metodi, il-komponent li ma jdubx ta’ taħlita jista’ jiġi mdewweb parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent li jdub. Fejn possibbli, intagħżlu reaġenti li għandhom effett żgħir jew li m’għandhom ebda effett fuq il-fibri li jdubu. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut, fatturi ta’ korrezzjoni għal dan il-għan huma mogħtija. Dawn il-fatturi kienu determinati f’diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bil-trattament minn qabel, b’reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu ta’ l-analiżi. Dawn il-fatturi ta’ korrezzjoni japplikaw biss għal fibri sottogradati u fatturi ta’ korrezzjoni differenti jistgħu jkunu meħtieġa jekk il-fibri ġew degradati qabel jew waqt l-ipproċessar. Il-proċeduri mogħtija japplikaw għal determinazzjonijiet singoli. Ta’ linqas żewġ determinazzjonijiet fuq kampjuni tat-test separati għandhom isiru, kemm fil-każ ta’ separazzjoni manwali u fil-każ ta’ separazzjoni kimika. Għal konferma, jekk mhux teknikament impossibbli, huwa rakkomandat li jintużaw proċeduri alternattivi fejn il-kostitwent li kien il-fdal fil-metodu standard ikun maħlul l-ewwel.

I. INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR IL-METODI GĦAL ANALIŻI KIMIKA KWANTITATTIVA TA’ TAĦLITIET TA’ FIBRI TAT-TESSUTI.

Informazzjoni komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri.

I.1. Firxa u qasam ta’ applikazzjoni

Il-qasam ta’ applikazzjoni għal kull metodu jispeċifika għal liema fibri japplika l-metodu.

I.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta’ taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa bi trattament minn qabel addattat u mbagħad wieħed mill-komponenti, ġeneralment b’soluzzjoni selettiva [1]. Jintiżen il-fdal li ma jdubx u jiġi kkalkolat il-proporzjon mill-komponent li ma jdubx ikkalkolat mit-telf fil-piż. Għajr fejn dan jippreżenta diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-fibra preżenti tinħall fil-proporzjon il-kbir, b’hekk tikseb il-fibra preżenti fil-proporzjon iż-żgħir bħala fdal.

I.3. Materjali u apparat

I.3.1. Apparat

I.3.1.1. Griġjoli filtru u flixkien ta’ l-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2. Thermos.

I.3.1.3. Dessikatur li jkun fih silica-jel li jindika lilu nnifsu.

I.3.1.4. Forn ventilat biex jitnixxfu l-kampjuni f’150° ± 3 °C.

I.3.1.5. Miżien analitiku, bi preċiżjoni sa 0,0002 g.

I.3.1.6. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2. Reaġenti

I.3.2.1. Petroleum ħafif, ddistillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40 sa 60 °C.

I.3.2.2. Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet l-addattati ta’ kull metodu. Ir-reaġenti kollha wżati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.4. Atmosfera ta’ kondizzjonar u ttestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkondizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkondizzjonata.

I.5. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta’ mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju [2]

Fejn tkun preżenti sostanza li m’għandhiex tiġi kkunsidrata fil-kalkulazzjonijiet tal-perċentwali (ara l-Artikolu 12(3)), tad-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-ismijiet tat-tessuti, din għandha l-ewwel titneħħa b’metodu xieraq li ma jaffettwax xi waħda mill-kostitwenti tal-fibra.

Għal dan il-għan, materja mhux fibruża li tista’ tiġi estratta b’petroleum ħafif u ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f’Soxhletextractor jiġi ttrattat b’petroleum ħafif għal siegħa b’rata minima ta’ sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli l-petroleum ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad ixxarrbu fl-ilma f’65 ± 5 °C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża likur: proporzjon tal-kampjun ta’ 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew tiċċentrifugah u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista’ tiġi estratta bil-petroleum ħafif u bl-ilma, allura għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu ta’ l-ilma deskritt hawn fuq b’metodu addattat li ma jbiddilx b’mod sostanzjali kwalunkwe kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta’ ħaxix naturali, mhux ibbliċjati (eż. l-ġuta, l-kajjar), għandu jiġi nnotat li trattament minn qabel normali bil-petroleum ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu trattament minn qabel addizzjonali ma jiġix applikat sakemm il-kampjun ma jkunx fih sostanzi lesti li ma jdubux kemm fil-petroleum ħafif kif ukoll fl-ilma.

Rapporti ta’ l-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi ta’ trattament minn qabel użati.

I.7. Proċedura tat-Test

I.7.1. Istruzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1. Tnixxif

Wettaq l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux inqas minn erba’ sigħat u mhux iktar minn 16-il siegħa f’105 ± 3 °C f’forn ivventilat bil-bieba tal-forn magħluqa l-ħin kollu. Jekk il-perjodu tat-tnixxif huwa inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jintiżen biex jiġi kkontrollat li l-piż tiegħu ġie kostanti. Il-piż jista’ jitqies li jkun sar kostanti jekk, wara perjodu ieħor ta’ tnixxif ta’ 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu tkun inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-flixken ta’ l-użin, kampjuni jew residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta’ tnixxif, użin u tibrid.

Kampjuni xotti fi flixkun ta’ l-użin bil-għata tiegħu maġenbu. Wara l-inxif, agħlaq il-flixkun ta’ l-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun ta’ l-użin bil-għata tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun ta’ l-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jiġi wżat apparat ieħor għajr griġjol filtru, l-operazzjonijiet ta’ tnixxif fil-forn għandhom jitwettqu b’tali mod li jippermettu li jiġi stabbilit il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2. Tibrid

Wettaq l-operazzjonijiet kollha ta’ tibrid fid-dessikatur b’dan ta’ l-aħħar imqiegħed ħdejn il-miżien, sakemm jinkiseb it-tibrid sħiħ tal-fliexken ta’ l-użin, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn sagħtejn.

I.7.1.3. Użin

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun ta’ l-użin fi żmien żewġ minuti mit-twarrib tiegħu mid-dessikatur. Iżen sa preċiżjoni ta’ 0,0002 g.

I.7.2. Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel li jkun jiżen għallinqas 1 g. Aqta’ ħajt jew drapp f’tulijiet ta’ madwar 10 mm, iddessektjati kemm jista’ jkun. Nixxef il-kampjun fi flixkun ta’ l-użin, berrdu fid-dessikatur u iżnu. Ittrasferixxi l-kampjun għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu relevanti tal-Komunità, erġa’ iżen il-flixkun ta’ l-użin minnufih u ikseb il-piż xott tal-kampjun bid-differenza. Kompli t-test kif speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal mikroskopikali biex tikkontrolla li fil-fatt it-trattament ikun neħħa għal kollox il-fibra li ddub.

I.8. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Fisser il-piż tal-komponent li ma jdubx bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Il-perċentwali tal-komponent li jdub jinkiseb bid-differenza. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż xott, nadif, aġġustati b’(a) il-konċessjoni miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tat-telf tal-materja waqt it-trattament minn qabel u l-analiżi. Il-kalkoli għandhom isiru bl-applikazzjoni tal-formula mogħtija f’I.8.2.

I.8.1. Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta’ piż xott, nadif, waqt li ma jagħtix kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt il-trattament minn qabel.

P

% =

100 rdm

fejn

P1 huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx xott, nadif

m huwa l-piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel

r huwa l-piż xott tal-fdal

d

huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż tal-komponent li ma jdubx fir-reaġent waqt l-analiżi. Valuri tajbin ta’ "d" huma mogħtija fis-sezzjoni x-xierqa ta’ kull metodu.

Valuri bħal dawn ta’ "d" huma naturalment il-valuri normali applikabbli għal fibri sottogradati kimikament.

I.8.2. Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta’ piż xott, nadif, b’aġġustament b’fatturi konvenzjonali u fejn xieraq fatturi ta’ korrezzjoni għal telf fil-piż waqt it-trattament minn qabel.

P

% =

100 P

a

+ b

100

P

a

+ b

100

+

a

+ b

100

fejn

P1A huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx, aġġustat b’konċessjonijiet miftehma u għal telf fil-piż waqt it-trattament minn qabel

P1 huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx xott, nadif kif ikkalkulat mill-formula murija f’I.8.1

a1 hija l-konċessjoni miftehma għall-komponent li ma jdubx (ara l-Anness II għad-Direttiva dwar ismijiet tat-tessuti)

a2 hija l-konċessjoni miftehma għall-komponent li jdub (ara l-Anness II għad-Direttiva dwar l-ismijiet tat-tessuti)

b1 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx ikkawżat bit-trattament minn qabel

b2 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li jdub kkawżat bit-trattament minn qabel

Il-perċentwali tat-tieni komponent (P2A %) huwa ugwali għal 100 – P1A %.

Fejn ikun intuża trattament minn qabel speċjali, il-valuri ta’ b1 u b2 għandhom jiġu stabbiliti, jekk possibbli, billi kull waħda mill-kostitwenti tal-fibri puri għat-trattament minn qabel applikat fl-analiżi tiġi sottomessa. Fibri puri huma dawk ħielsa minn materjal mhux fibruż għajr dak li normalment ikun preżenti fihom (kemm b’mod naturali jew minħabba l-proċess ta’ fabbrikazzjoni), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjati) li fih jinstabu fil-materjal li għandu jiġi analizzat.

Fejn ebda fibri kostitwenti separati nodfa wżati fil-fabbrikazzjoni tal-materjal li għandu jiġi analizzat ma jkunu disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri medji ta’ b1 u b2 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament minn qabel normali b’estrazzjoni b’petroleum ħafif u ilma, il-fatturi ta’ korrezzjoni b1 u b2 jistgħu jkunu ġeneralment injorati, għajr fil-każ ta’ qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf dovut għat-trattament minn qabel jittieħed b’mod konvenzjonali bħala 4 %, u fil-każ ta’ polypropylene, fejn jittieħed bħala 1 %.

Fil-każ ta’ fibri oħra, it-telf dovut għat-trattament minn qabel huwa mwarrab b’mod konvenzjonali fil-kalkoli.

II. METODU TA’ ANALIŻI KWANTITATTIVA B’SEPARAZZJONI MANWALI

II.1. Qasam ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessut ta’ kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-kostitwenti tat-tessuti, il-materjal mhux fibruż jitwarrab bi trattament minn qabel addattat u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u miżuna sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta’ kull fibra fit-taħlita.

II.3. Apparat

II.3.1. Flixkun ta’ l-użin jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2. Dessikatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3. Forn ventilat biex jitnixxfu l-kampjuni f’150 ± 3 °C.

II.3.4. Miżien analitiku, bi preċiżjoni sa 0,0002 g.

II.3.5. Soxhletextractor, jew apparat ieħor li jagħti riżultat identiku.

II.3.6. Labra.

II.3.7. Twist tester jew apparat simili.

II.4. Reaġenti

II.4.1. Petroleum ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40 sa 60 °C.

II.4.2. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5. Atmosfera ta’ kondizzjonar u ttestjar

Ara I.4.

II.6. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8. Proċedura

II.8.1. Analiżi tal-ħajt

Agħżel mill-kampjun tat-test tal-laboratorju tat-trattament minn qabel kampjun ta’ piż ta’ mhux inqas minn 1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista’ ssir fuq tul minimu ta’ 30 m, ikun xi jkun il-piż.

Aqta’ il-ħajt f’biċċiet ta’ tul addattat u ifred it-tipi ta’ fibri permezz ta’ labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta’ fibri hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken ta’ l-użin miżuna minn qabel u mnixxfa f’105 ± 3 °C sakemm jinkiseb piż kostanti, kif deskritt f’I.7.1 u I.7.2.

II.8.2. Analiżi tad-drapp

Agħżel minn kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, ’il bogħod sewwa mit-truf tiegħu, kampjun ta’ piż mhux inqas minn 1 g, bit-truf ittrimmjati sewwa sabiex jiġi evitat il-ftuq u imxi b’mod parallel mal-ħjut tat-tgħama jew tal-medd, jew fil-każ ta drappijiet innittjati fil-linja ta’ l-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi tal-fibri differenti, iġborhom fi fliexken ta’ l-użin miżuna qabel u kompli kif deskritt fi II.8.1.

II.9. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż tal-fibri kostitwenti bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż xott, nadif, aġġustat b’(a) il-konċessjonijiet miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tal-materja waqt it-trattament minn qabel.

II.9.1. Il-kalkolu tal-piżijiet tal-perċentwali tal-fibra niexfa, nadifa, mingħajr ma jingħata kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel:

P

% =

100 m

m

m

=

1 +

m

m

1

fejn

P1 huwa l-perċentwali ta’ l-ewwel komponent xott, nadif

m1 huwa l-piż nadif, niexef ta’ l-ewwel komponent

m2 huwa l-piż nadif, niexef tat-tieni komponent

II.9.2. Għall-kalkolu tal-perċentwali ta’ kull komponent b’aġġustament tal-konċessjonijiet miftehma u, fejn xieraq, bil-fatturi tal-korrezzjoni għat-telf ta’ materja waqt it-trattament minn qabel, ara I.8.2.

III.1. Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f’metodi individwali għandha x’taqsam mar-riproduċibilità.

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri il-viċinanza ta’ ftehim bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f’laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti li jużaw l-istess metodu u li jiksbu riżultati individwali fuq kampjuni ta’ taħlita identika konsistenti.

Ir-riproduċibilità hija espressa bil-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

B’dan ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f’serje ta’ analiżi magħmula f’laboratorji differenti tinqabeż biss f’ħames każi minn mija, dejjem jekk jintuża metodu ta’ l-applikazzjoni korrett u normali għal taħlita konsistenti u identika.

III.2. Rapport tat-test

III.2.1. Għid li l-analiżi saret skond dan il-metodu.

III.2.2. Agħti dettalji ta’ xi trattament minn qabel speċjali (ara I.6).

III.2.3. Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kollha sa l-eqreb 0,1.

2. METODI SPEĊJALI - TABELLA SOMMARJA

Metodu | Qasam ta’ applikazzjoni | Reaġent |

| |

Nru 1 | Aċetat | Ċerti fibri ohra | Aċetun |

Nru 2 | Ċerti fibri tal-proteina | Ċerti fibri ohra | Hypochlorite |

Nru 3 | Viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton | Aċidu formiku u klorur taż-żingu |

Nru 4 | Polyamide jew nylon | Ċerti fibri ohra | Aċidu formiku, 80 % m/m |

Nru 5 | Aċetat | Triaċetat | Benzyl alcohol |

Nru 6 | Triaċetat | Ċerti fibri ohra | Dichloromethane |

Nru 7 | Ċerti fibri taċ-ċellulosa | Polyester | Aċidu sulfuriku, 75 % m/m |

Nru 8 | Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri | Ċerti fibri ohra | Dimethylformamide |

Nru 9 | Ċerti klorofibri | Ċerti fibri ohra | Carbon disulphide/acetun 55,5/44,5 v/v |

Nru 10 | Aċetat | Ċerti klorofibri | Aċidu aċetiku glaċjali |

Nru 11 | Ħarir | Suf jew xagħar | Aċidu sulfuriku, 75 % m/m |

Nru 12 | Guta | Ċerti fibri ta’ l-annimali | Metodu ta’ kontenut ta’ nitrogenu |

Nru 13 | Polypropylene | Ċerti fibri ohra | Xylene |

Nru 14 | Klorofibri (homopolymers ta’ vinylchloride) | Ċerti fibri ohra | Metodu ta’ aċidu sulfuriku kkonċentrat |

Nru 15 | Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastanes, aċetati, triaċetati | Ċerti fibri ohra | Cyclohexanone |

METODU Nru 1

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu ta’ l-aċetun)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. aċetat (19)

ma’

2. suf (1), xagħar ta’ l-annimal (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), cupro (21), modal (22), proteina (23), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30) u polyester (31).

Il-metodu, f’ebda ċirkostanza ma huwa applikabbli għal fibri ta’ l-aċetat li jkunu ġew deaċetilitati fuq il-wiċċ.

2. PRINĊIPJU

L-aċetat jiġi maħlul minn piż xott magħruf tat-taħlita, ma’ l-aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ l-aċetat xott jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (addizzjonali għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flasks konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ għallinqas 200 ml.

3.2. Reaġent

Aċetun.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ għallinqas 200 ml, żid 100 ml ta’ aċetun għal kull gramma tal-kampjun, ħawwad il-flask, ħallih joqgħod għal 30 minuta f’temperatura tal-kamra, minn ħin għall-ieħor ħawdu, u mbagħad għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament għal darbtejn oħra (b’kollox agħmel tliet estrazzjonijiet), iżda għal perjodi ta’ 15-il minuta biss, biex hekk il-ħin totali tat-trattament fl-aċetun ikun ta’ siegħa. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru. Aħsel il-fdal fil-griġjol filtru bl-aċetun u nixxfu bil-ġbid ta’ l-arja. Erġa’ imla’ l-griġjol filtru bl-aċetun u ħallih jinxef taħt il-gravità.

Finalment, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksubin b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn – 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 2

ĊERTI FIBRI TA’ PROTEINI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tal-hypochlorite)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. ċerti fibri ta’ proteini, li huma: suf (1), xagħar ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), proteini (23)

ma’

2. qoton (5), cupro (21), viscose (25), akriliku (26), klorofibri (27), polyamide jew nylon (30), polyester (31), polypropylene (33), elastane (39) u fibra tal-ħġieġ (40).

Jekk fibri ta’ proteini differenti huma preżenti, il-metodu jagħti t-total ta’ l-ammonti tagħhom imma mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tal-proteini tiġi mdewba minn piż ta’ taħlita niexfa magħruf, b’soluzzjoni ta’ hypochlorite. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-proteini niexfa jinstab bid-differenza.

Jistgħu jintużaw jew lithium hypochlorite jew sodium htpochlorite għall-preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-hypochlorite.

Lithium hypochlorite huwa rrakkomandat f’każijiet li jinvolvu numru żgħir ta’ analiżi jew għal analiżi magħmula f’intervalli aktarx twal. Dan minħabba li l-perċentwali ta’ hypochlorite fil-lithium hypochlorite solidu – mhux bħas-sodium hypochlorite – huwa virtwalment kostanti. Jekk il-perċentwali ta’ hypochlorite huwa magħruf, mhemmx bżonn li l-kontenut ta’ hypochlorite jiġi kkontrollat jodometrikament għal kull analiżi, minħabba li jista’ jintuża porzjon miżun kostanti ta’ lithium hypochlorite.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Erlenmeyer flask b’tapp tal-ħġieġ, 250 ml;

(ii) thermostat li jista’ jiġi aġġustat għal 20 (± 2) °C.

3.2. Reaġenti

(i) Reaġent hypochlorite

(a) soluzzjoni ta’ lithium hypochlorite

Din tikkonsisti f’soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta’ klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li magħha jiġu miżjudin 5 (± 0,5) g/l ta’ idrossidu tas-sodju maħlul qabel. Biex tipprepara, dewweb 100 gramma ta’ lithium hypochlorite li jkun fih 35 % ta’ klorin attiv (jew 115-il gramma li jkun fihom 30 % klorin attiv) f’bejn wieħed u ieħor 700 ml ilma ddistillat, żid 5 grammi ta’ idrossidu tas-sodju maħlul f’bejn wieħed u ieħor 200 ml ilma ddistillat u imla sa 1 litru bl-ilma ddistillat. Is-soluzzjoni li tkun ġiet imħejjija friska ma hemmx bżonn li tiġi kkontrollata b’mod jodometriku.

(b) soluzzjoni ta’ sodium hypochlorite

Din tikkonsisti f’soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta’ klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li miegħu jiżdiedu 5 (± 0,5) g/l ta’ idrossidu tas-sodju maħlul qabel.

Ikkontrolla l-kontenut ta’ klorin attiv tas-soluzzjoni jodometrika qabel kull analiżi.

(ii) Aċidu aċetiku, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 5 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali għal 1 litru bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej: ħallat bejn wieħed u ieħor 100 ml tas-soluzzjoni tal-hypochlorite (lithium jew sodium hypochlorite) fi flask ta’ 250 ml u ħawdu sewwa sabiex ixxarrab il-kampjun.

Imbagħad saħħan il-flask f’thermostat f’20 °C u ħawwdu kontinwament, jew għallinqas f’intervalli regolari. Minħabba li t-tidwib tas-suf jibqa’ sejjer b’mod eżotermiku, ir-reazzjoni tas-sħana ta’ dan il-metodu għandha tkun imqassma u mneħħija. Inkella jistgħu jiġu kkawżati żbalji konsiderevoli bit-tidwib inċipjenti tal-fibri li ma jdubux.

Wara 40 minuta, iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa griġjol filtru tal-ħġieġ miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi tlaħlaħ il-flask b’daqsxejn reaġent tal-hypochlorite. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja u aħsel il-fdal suċċessivament bl-ilma, iddilwa l-aċidu aċetiku, u fl-aħħar bl-ilma, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja wara kull addizzjoni. Tapplikax il-ġbid ta’ l-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Finalment, ixxotta il-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00, għajr għall-qoton, il-viscose u l-modal, li għalihom "d" = 1,01, u l-qoton mhux ibbliċjat li għalih "d" = 1,03.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn – 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 3

VISCOSE, CUPRO JEW ĊERTI TIPI TA’ MODAL U QOTON

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. viscose (25) jew cupro (21), inklużi ċerti tipi ta’ fibra tal-modal (22),

ma’

2. qoton (5).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminarju biex tara jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom, il-qoton ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-viscose jew il-cupro jiġi mdewweb għal kollox bil-preżenza ta’ ċerti żebgħat jew finituri li ma jistgħux jiġu mwarrba għal kollox.

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tal-viscose, cupro jew modal tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’reaġent li jkun magħmul mill-aċidu formiku u mill-klorur taż-żingu. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu ikkorreġut huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-viscose, cupro u modal jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) flasks konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas ta’ 200 ml;

(ii) apparat biex iżomm il-flasks f’40 (± 2) °C.

3.2. Reaġenti

(i) Soluzzjoni li jkun fiha 20 g ta’ klorur taż-żingu anidruż mdewweb u 68 g ta’ aċidu formiku anidruż magħmul minn 100 g bl-ilma (jiġifieri 20 parti bil-piż ta’ klorur taż-żingu anidruż imdewweb għal 80 parti bil-piż ta’ 85 % mm ta’ aċidu formiku).

NB:

F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni, għall-punt I.3.2.2, li jistabbilixxi li r-reaġenti kollha wżati għandhom ikunu kimikament puri; barra minn hekk, huwa essenzjali li jintuża klorur taż-żingu anidruż imdewweb biss.

(ii) Soluzzjoni ta’ l-idrossidu ta’ l-ammonja: iddilwa 20 ml ta’ soluzzjoni ta’ l-ammonja kkonċentrata (gravità speċifika 0,880 g/ml) għal litru bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej: poġġi l-kampjun minnufih fil-flask, imsaħħan minn qabel għal 40 °C. Żid 100 ml tas-soluzzjoni ta’ l-aċidu formiku u klorur taż-żingu, imsaħħna minn qabel għal 40 °C għal kull gramma tal-kampjun. Daħħal it-tapp u ħawwad il-flask sewwa. Żomm il-flask u l-kontenut tiegħu f’temperatura kostanti ta’ 40 °C għal sagħtejn u nofs, waqt li tħawwad il-flask f’intervalli ta’ siegħa. Iffiltra l-kontenut tal-flask minn griġjol filtru miżun u bl-għajnuna ta’ reaġent ittrasferixxi għal ġewwa l-griġjol xi fibri li jifdal fil-flask. Laħlaħ b’20 ml tar-reaġent.

Aħsel il-griġjol u l-fdal sewwa bl-ilma f’40 °C. Laħlaħ il-fdal fibruż f’bejn wieħed u ieħor 100 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kiesħa (3.2.ii) waqt li tiżgura li dan il-fdal jibqa’ mgħaddas għal kollox fis-soluzzjoni għal 10 minuti [3]; imbagħad laħlaħ għal kollox bl-ilma kiesaħ.

La tapplikax il-ġbid ta’ l-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Finalment, ixxotta l-likwidu li jifdal bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, u berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" għall-qoton huwa 1,02.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 4

POLYAMIDE JEW NYLON, U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 80 % m/m ta’ aċidu formiku)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. polyamide jew nylon, (30),

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), klorofibri (27), polyester (31), polypropylene (33), u fibra tal-ħġieġ (40).

Kif imsemmi hawn fuq, dan il-metodu huwa wkoll applikabbli għal taħlitiet mas-suf, iżda meta l-kontenut tas-suf jaqbeż il-25 % għandu jiġi applikat il-metodu Nru 2 (tidwib ta’ suf f’soluzzjoni ta’ alkaline sodium hypochlorite).

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tal-polyamide tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-polyamide xott jew nylon jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu formiku (80 % m/m, densità relattiva f’20 °C: 1,186). Iddilwa 880 ml ta’ 90 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,204) għal litru bl-ilma. Inkella, iddilwa 780 ml ta’ 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,220) għal litru bl-ilma.

Il-konċentrazzjoni mhiex kritika fi ħdan il-medda ta’ 77 sa 83 % m/m aċidu formiku.

(ii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kkonċentrata (densità relattiva f’20 °C: 0,880) għal litru bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej: għall-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ aċidu formiku għal kull gramm ta’ kampjun. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Ħalli l-flask għal 15-il minuta f’temperatura tal-kamra, waqt li tħawdu minn ħin għal ieħor. Iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa filtru tal-ħġieġ miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi taħsel il-flask b’daqsxejn reaġent ta’ l-aċidu formiku. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru suċċessivament bir-reaġent ta’ l-aċidu formiku, ilma sħun, soluzzjoni ta’ ammonja ddilwata, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid ta’ l-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Finalment, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 5

AĊETAT U TRIAĊETAT

(Il-metodu bl-użu tal-benzyl alcohol)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

— aċetat (19)

ma’

— triaċetat (24).

2. PRINĊIPJU

Il-fibra ta’ l-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bil-benzyl alcohol fi 52 ± 2 °C.

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ l-aċetat xott jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Ħawwada mekkanika.

(iii) Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f’temperatura ta’ 52 ± 2 °C.

3.2. Reaġenti

(i) Benzyl alcohol,

(ii) Ethanol.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali, żid 100 ml ta’ benzyl alcohol għal kull gramm tal-kampjun. Daħħal it-tapp, orbot il-flask mal-ħawwada biex ikun mgħaddas fil-banju bl-ilma, miżmum fi 52 ± 2 °C, u ħawwad għal 20 minuta f’din it-temperatura.

(Minflok tiġi wżata ħawwada mekkanika, il-flask jista’ jitħawwad b’mod vigoruż bl-idejn).

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid doża oħra ta’ benzyl alcohol fil-flask u ħawwdu bħal qabel fi 52 ± 2 °C għal 20 minuta.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru. Irrepeti ċ-ċiklu ta’ l-operazjonijiet għat-tielet darba.

Fl-aħħar battal il-likwidu u l-fdal fil-griġjol filtru, aħsel xi fibri li jifdal mill-flask għal ġewwa l-griġjol bi kwantità extra ta’ benzyl alcohol fi 52 ± 2 °C. Ixxotta sewwa l-griġjol.

Ittrasferixxi l-fibri fi flask, laħlaħ bl-ethanol u wara li tħawwad b’mod manwali għaddi mill-griġjol filtru.

Irrepeti l-operazzjoni tat-tlaħliħ għal darbtejn jew tliet darbiet oħra. Ittrasferixxi l-fdal fil-griġjol u xxotta sewwa. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksubin b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 6

TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-dichloromethane)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. triaċetat (24)

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (31) u fibra tal-ħġieġ (40).

Nota:

Fibri tat-triaċetat li jkunu għaddew minn fażi finali li twassal għal idroliżi parzjali ma jibqgħux idubu għal kollox fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tat-triaċetat tiġi mdewba minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dichloromethane. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ triaċetat xott jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġent

Dichloromethane.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ 200 ml, żid 100 ml ta’ dichloromethane għal kull gramma tal-kampjun, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask kull 10 minuti biex ixxarrab il-kampjun u ħallih għal 30 minuta fit-temperatura tal-kamra, waqt li tixxejkja l-flask f’intervalli regolari. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 60 ml ta’ dichloromethane fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b’mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi għall-griġjol billi taħsel il-flask bi ftit iktar dichloromethane. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja biex tneħħi l-likwidu żejjed, erġa’ imla l-griġjol bid-dichloromethane u ħallih jixxotta taħt gravità.

Finalment, applika l-ġbid ta’ l-arja biex telimina l-eċċess tal-likwidu, imbagħat ittratta l-fdal bil-misħun biex telimina s-solvent, applika l-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 100, minbarra fil-każ tal-polyester, li għalih il-valur ta’ "d" huwa 1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 7

ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U POLYESTER

(Metodu li juża 75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ramie (21), modal (22), viscose (25)

ma’

2. polyester (31).

2. PRINĊIPJU

Il-fibra taċ-ċelluloża tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’75 % m/m aċidu sulfuriku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-proporzjon tal-fibra taċ-ċelluloża niexfa jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 500 ml.

(iii) Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f’temperatura ta’ 50 ± 5 °C.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku, 75 ± 2 % m/m

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità relattiva f’20 °C: 1,84) sa 350 ml ta’ ilma ddistillat. Wara li s-soluzzjoni tkun birdet għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru bl-ilma.

(ii) Ammonia, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja (densità relattiva f’20 °C: 0,88) għal litru bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċita ta’ għallinqas 500 ml, żid 200 ml ta’ aċidu sulfuriku ta’ 75 % għal kull gramm tal-kampjun, daħħal it-tapp u b’attenzjoni ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun. Żomm il-flask f’50 ± 5 °C għal siegħa, ħawwdu f’intervalli regolari ta’ bejn wieħed u ieħor 10 minuti. Iffiltra l-kontenut mill-griġjol filtru miżun permezz tal-ġbid ta’ l-arja. Ittrasferixxi xi fibri residwi billi taħsel il-flask b’daqsxejn aċidu sulfuriku ta’ 75 %. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru darba bil-mili tal-griġjol b’porzjon frisk ta’ aċidu sulfuriku. La tapplikax il-ġbid ta’ l-arja qabel ma l-aċidu jkun ixxotta taħt gravità.

Aħsel suċċessivament il-fdal diversi drabi bl-ilma kiesaħ, darbtejn b’soluzzjoni ta’ ammonja dilwita, u mbagħad sewwa bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid ta’ l-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Finalment, ixxotta il-likwidu li jifdal mill-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 8

AKRILIKI, ĊERTI MODAKRILIKI JEW ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-dimethylformamide)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. akriliki (26), ċerti modakriliki (29), jew ċerti klorofibri (27) [4]

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), polyamide jew nylon (30) u polyester (30).

Huwa applikabbli ugwalment għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħa mmetallizzata minn qabel, iżda mhux dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.

2. PRINĊIPJU

L-akriliku, il-modakriliku jew il-klorofibra jiġi mdewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dimethylformamide msaħħan f’banju ilma fil-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk ikun hemm bżonn, jiġi mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita u l-perċentwali ta’ l-akriliku, modakriliku jew klorofibra niexfa jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Banju ta’ l-ilma fil-punt tat-togħlija.

3.2. Reaġent

Dimethylformamide (punt tat-togħlija 153 ± 1 °C) li ma jkunx fih iktar minn 0,1 % ilma.

Ir-reaġent huwa tossiku u l-użu ta’ għata huwa għalhekk rakkommandabbli.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Ma’ l-eżemplari miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid għal kull gramma ta’ l-eżemplari 80 ml ta’ dimethylformamide, imsaħħan qabel f’banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab l-eżemplari u saħħan fil-banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija għal siegħa. Ħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal ħames darbiet waqt dan il-perjodu.

Għaddi l-likwidu mill-griġjol filtru miżun, waqt li żżomm il-fibri fil-flask. Żid 60 ml oħra ta’ dimethylformamide fil-flask u saħħan għal 30 minuta oħra, waqt li tħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal darbtejn matul dan il-perjodu.

Iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru permezz tal-ġbid ta’ l-arja.

Ittrasferixxi kwalunkwe fibra residwa fil-griġjol billi taħsel il-flask bid-dimethylformamide. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja. Aħsel il-fdal b’madwar litru misħun f’70 ± 80 °C, waqt li timla’ l-griġjol kull darba. Wara kull żieda ta’ ilma, applika għal ftit ħin il-ġbid ta’ l-arja imma mhux qabel ma l-ilma jkun ixxotta taħt gravità. Jekk il-likur tal-ħasil jixxotta mill-griġjol bil-mod wisq allura jista’ jiġi applikat ftit ġbid ta’ l-arja.

Finalment nixxef il-griġjol mal-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00 għajr fil-każijiet li ġejjin:

suf | 1,01 |

qoton | 1,01 |

cupro | 1,01 |

modal | 1,01 |

Polyester | 1,01 |

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessut, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 9

ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża taħlita ta’ 55,5/44,5 ta’ carbon disulphide u aċetun)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. ċerti klorofibri (27), b’mod partikolari ċerti fibri tal-polyvinyl chloride, kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le [5]

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (31), fibra tal-ħġieġ (40).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-polyamide jew nylon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.

2. PRINĊIPJU

Il-klorofibra tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, ma’ b’taħlita ażeotropika ta’ carbon disulphide u aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa espress bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-polyvinyl chloride niexfa jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Ħawwada mekkanika.

3.2. Reaġenti

(i) Taħlita ażeotropika ta’ carbon disulphide u aċetun (55,5 % b’volum ta’ carbon disulphide sa 44,5 % aċetun). Billi dan ir-reaġent huwa tossiku, l-użu ta’ għata huwa rakkommandabbli.

(ii) Ethanol (92 % b’volum) jew methanol.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ taħlita ażeotropika għal kull gramma ta’ kampjun. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwad il-flask fuq ħawwada mekkanika, jew b’mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f’temperatura tal-kamra. Sawweb il-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament b’100 ml ta’ reaġent frisk. Kompli dan iċ-ċiklu ta’ operazzjonijiet sakemm ebda depożitu ta’ polymer ma jibqa’ fuq il-ħġieġa tal-laboratorju meta tevapora qatra mill-estrazzjoni. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru billi tuża iktar reaġent, applika l-ġbid ta’ l-arja biex tneħħi l-likwidu, u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b’20 ml ta’ alkoħol u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Ħalli l-likur tal-ħasil jixxotta taħt gravità qabel ma jixxotta bil-ġbid ta’ l-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

Nota:

Ma’ ċerti taħlitiet li jkollhom kontenut għoli ta’ klorofibra, il-kampjun jista’ jinxtorob b’mod sostanzjali waqt il-proċedura tat-tnixxif, b’riżultat ta’ dan it-tidwib tal-klorofibra bis-solvent għandha tiġi ritardjata. Dan, iżda, ma jaffettwax it-tidwib aħħari tal-klorofibra fis-solvent.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 10

AĊETAT U ĊERTI KLOROFIBRI

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. aċetat (19)

ma’

2. ċerti klorofibri (27), b’mod partikolari ċerti fibri tal-polyvinyl chloride, kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le.

2. PRINĊIPJU

Il-fibra ta’ l-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’aċidu aċetiku glaċjali. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa espressa bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ l-aċetat xott jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Ħawwada mekkanika.

3.2. Reaġent

Aċidu aċetiku glaċjali (iktar minn 99 %). Dan ir-reaġent għandu jiġi mmanipulat b’kura minħabba li huwa kawstiku ħafna.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml aċidu aċetiku glaċjali għal kull gramma ta’ l-eżemplari. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwdu fuq ħawwada mekkanika, jew b’mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f’temperatura tal-kamra. Sawweb il-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Irrepeti t-trattament għal darbtejn, billi tuża reaġenet frisk kull darba, waqt li tagħmel tliet estrazzjonijiet b’kollox. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru, ixxotta bil-ġbid ta’ l-arja biex tneħħi l-likwidu u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b’50 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali, u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Wara kull tlaħliħa, ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità qabel ma tapplika l-ġbid ta’ l-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksubin b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 11

ĦARIR U SUF JEW XAGĦAR

(Metodu li juża 75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. ħarir (4)

ma’

2. suf (1) jew xagħar ta’ l-annimali (2 u 3).

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku [6].

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ ħarir xott jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku (75 ± 2 % m/m)

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità f’20 °C: 1,84) sa 350 ml ta’ ilma ddistillat.

Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru bl-ilma.

(ii) Aċidu sulfuriku, soluzzjoni dilwita: żid 100 ml aċidu sulfuriku (densità f’20 °C: 1,84) bil-mod sa 1900 ml ta’ ilma ddistillat.

(ii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 200 ml ta’ ammonja konċentrata (densità f’20 °C: 0,880) sa 1000 ml bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma ta’ l-eżemplari. Ħawwad b’mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta fit-temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih għal 30 minuta. Ħawwad għall-aħħar darba u iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask b’reaġent ta’ 75 % aċidu sulfuriku. Aħsel il-fdal fuq il-griġjol b’50 ml ta’ reaġent ta’ aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f’kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid bl-arja. Finalment laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f’kuntatt ma’ l-ilm’għal madwar 30 minuta. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 0,985 għas-suf [7].

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 12

ĠUTA U ĊERTI FIBRI TA’ L-ANNIMALI

(Il-metodu bid-determinazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. ġuta (9)

ma’

2. ċerti fibri ta’ l-annimali.

Il-komponent tal-fibra ta’ l-annimali jista’ jkun magħmul biss minn xagħar (2 u 3) jew suf (1) jew kwalunkwe taħlita tat-tnejn. Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet tat-tessuti li jkun fihom materja mhux fibruża (żebgħa, tirqim, eċċ) b’bażi ta’ nitroġenu.

2. PRINĊIPJU

Il-kontenut tan-nitroġenu tat-taħlita jiġi determinat, u minn dan u l-kontenut magħruf jew maħsuba li huma tan-nitroġenu taż-żewġ komponenti, jiġi kkalkulat il-proporzjon ta’ kull komponent.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask tad-diġestjoni Kjeldahl, ta’ kapaċità 200 – 300 ml.

(ii) Apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b’injezzjoni tal-fwar.

(iii) Apparat tat-titrazzjoni, li jippermetti preċiżjoni ta’ 0,05 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Toluene.

(ii) Methanol.

(iii) Aċidu sulfuriku, densità relattiva f’20 °C: 1,84 [8].

(iv) Sulfat tal-potassju [9].

(v) Diossidu tas-selenju [10].

(vi) Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (400 g/litru). Dewweb 400 g ta’ idrossidu tas-sodju f’400 – 500 ml ilma u ddilwa sa litru bl-ilma.

(vii) Indikatur imħallat. Dewweb 0,1g ta’ methyl aħmar f’95 ml ethanol u 5 ml ilma, u ħallat ma’ 0,5 g ta’ bromocresol aħdar imdewweb f’475 ml ethanol u 25 ml ilma.

(viii) Soluzzjoni ta’ aċidu boriku. Dewweb 20 g ta’ aċidu boriku f’litru ilma.

(ix) Aċidu sulfuriku, 0,02N (soluzzjoni volumetrika standard).

4. TRATTAMENT MINN QABEL TA’ KAMPJUN TAT-TEST

Il-trattament minn qabel li ġej huwa sostitwit bit-trattament minn qabel deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali:

Islet il-kampjun mingħajr arja fl-apparat Soxhlet ma’ taħlita ta’ volum wieħed ta’ toluene u tliet volumi ta’ methanol għal erba’ sigħat f’rata minima ta’ 5 ċikli kull siegħa. Ħalli s-solvent jevapora mill-kampjun fl-arja, u neħħi l-aħħar traċċi f’forn f’105 ± 3 °C. Imbagħad agħmel estrazzjoni tal-kampjun fl-ilma (50 ml għal kull gramm tal-kampjun) billi tgħallih taħt rifluss għal 30 minuta. Iffiltra, reġġa’ lura il-kampjun fil-flask, u rripeti l-estrazzjoni b’volum identiku ta’ ilma. Iffiltra, neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, ġbid jew tiċċentrifugah u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Nota:

L-effetti tossiċi tat-toluene u l-methanol għandhom jitqiesu l-ħin kollu u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fl-użu tagħhom.

5. PROĊEDURA TAT-TEST

5.1. Istruzzjonijiet ġenerali

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali rigward l-għażla, it-tnixxif u l-użin tal-kampjun.

5.2. Proċedura ddettaljata

Ittrasferixxi l-kampjun għal ġewwa flask tad-diġestjoni Kjeldahl. Għall-eżemplari li jiżen għallinqas 1 g miżmum fil-flask tad-diġestjoni, żid, bl-ordni li ġejja, 2,5 g sulfat tal-potassju, 0,1 – 0,2 g diossidu tas-selenju u 10 ml aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84). Saħħan il-flask, fil-bidu b’mod ħafif, sakemm tinqered il-fibra kollha, u mbagħad saħħnu iktar bis-saħħa sakemm is-soluzzjoni ssir ċara u kważi bla kulur. Saħħanha għal 15-il minuta oħra. Ħalli l-flask jibred, iddilwa l-kontenut b’attenzjoni b’10 – 20 ml ilma, berred, ittrasferixxi l-kontenut b’mod kwantitattiv għal flask gradwat ta’ 200 ml u żid il-volum bl-ilma biex tifforma s-soluzzjoni diġestiva.

Poġġi madwar 20 ml soluzzjoni ta’ aċidu boriku fi flask konikali ta’ 100 ml u poġġi l-flask taħt il-kondenser ta’ l-apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b’tali mod li t-tubu tat-twassil jogħdos eżatt taħt il-wiċċ tas-soluzzjoni ta’ l-aċidu boriku. Ittrasferixxi eżattament 10 ml tas-soluzzjoni diġestiva fil-flask tad-distillazzjoni, żid mhux inqas minn 5 ml soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju fil-lembut, għolli ftit it-tapp u ħalli s-soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju tinżel bil-mod fil-flask. Jekk is-soluzzjoni diġestiva u s-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju jibqgħu bħala żewġ saffi separati, ħallathom billi taġita b’mod ħafif. Saħħan il-flask tad-distillazzjoni ġentilment u għaddih fil-fwar mill-ġeneratur. Iġbor madwar 20 ml tad-distillat, baxxi l-flask konikali biex it-tarf tat-tubu tat-twassil tal-kondenser ikun madwar 20 mm ’il fuq mill-wiċċ tal-likwidu u ddistilla għal minuta oħra. Laħlaħ it-tarf tat-tubu tat-twassil bl-ilma, waqt li taqbad il-ħasil fil-flask konikali. Neħħi l-flask konikali u ibdlu ma’ flask konikali ieħor li jkun fih bejn wieħed u ieħor 10 ml soluzzjoni ta’ aċidu boriku u iġbor madwar 10 ml mill-iddistillat.

Ittitra ż-żewġ distillati separatament b’0,02 N aċidu sulfuriku, uża l-indikatur imħallat. Irrekordja l-iddożar totali għaż-żewġ distillati. Jekk it-titrazzjoni għat-tieni distillat hija iktar minn 0,2 ml, irrepeti t-test u ibda d-distillazzjoni mill-ġdid b’użu ta’ alikwot tas-soluzzjoni diġestiva.

Wettaq determinazzjoni vojta, jiġifieri diġestjoni u distillazzjoni li fiha tuża biss ir-reaġenti.

6. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

6.1. Ikkalkula l-perċentwali tal-kontenut tan-nitroġenu fil-kampjun xott kif ġej:

A % =

28V - bNW

fejn

A = perċentwali ta’ nitroġenu fil-kampjun nadif xott,

V = il-volum totali f’ml ta’ aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni,

b = volum totali f’ml ta’ aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni vojta,

N = normalità ta’ l-aċidu sulfuriku standard,

W = piż xott (g) tal-kampjun.

6.2. Billi tuża l-valuri ta’ 0,22 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-ġuta u 16,2 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-fibri ta’ l-annimali, iż-żewġ perċentwali jiġu espressi fuq il-piż xott tal-fibra, ikkalkula l-komposizzjoni tat-taħlita kif ġej:

PA % =

x 100

fejn

PA = il-perċentwali tal-fibra ta’ l-annimali fil-kampjun nadif xott.

7. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 13

FIBRI TAL-POLYPROPYLENE U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu tal-Xylene)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. fibri tal-polypropylene (33)

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (31) u fibri tal-ħġieġ (40).

2. PRINĊIPJU

Il-fibra tal-polypropylene tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita bil-xylene jagħli. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, jiġi espress bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-polypropylene jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Reflux condenser (tajjeb għal likwidi b’punt tat-togħlija għolja), li jiffittja fi flask konikali (i).

3.2. Reaġent

Iddistillar tal-Xylene bejn 137 u 142 °C.

Nota:

Dan ir-reaġent jista’ jieħu n-nar faċilment u għandu duħħan tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Ma’ l-eżemplari miżmum fil-flask konikali (3.1 (i)), żid 100 ml ta’ xylene (3.2) għal kull gramm ta’ l-eżemplari. Waħħal il-kondenser (3.1 (ii)), wassal il-kontenut għat-togħlija u żommu fil-punt tat-togħlija għal tliet minuti. Minnufih għaddi l-likwidu sħun minn ġewwa l-griġjol filtru miżun (ara Nota 1). Irrepeti dan it-trattament għal darbtejn oħra, kull darba tuża porzjon frisk ta’ 50 ml tas-solvent.

Aħsel il-fdal li jifdal fil-flask b’mod suċċessiv bi 30 ml ta’ xylene jagħli (darbtejn), imbagħad b’75 ml ta’ petroleum ħafif (I.3.2.1 ta’ l-istruzzjonijiet ġenerali) (darbtejn). Wara t-tieni ħasla bil-petroleum ħafif, iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol, ittrasferixxi kwalunkwe fibri residwi għall-griġjol bil-għajnuna ta’ kwantità żgħira ta’ petroleum ħafif u ħalli s-solvent jevapora. Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

Noti:

1. Il-griġjol filtru li minnu jiġi mferra’ l-xylene għandu jissaħħan minn qabel.

2. Wara t-trattament bil-xylene jagħli, agħmel żgura li l-flask li jkun fih il-fdal jiġi mberred biżżejjed qabel ma jiġi introdott il-petroleum ħafif.

3. Sabiex tnaqqas ir-riskji tan-nar u tat-tossiċità għall-operatur, jista’ jintuża apparat ta’ estrazzjoni sħun li juża l-proċeduri xierqa, waqt li jagħti riżultati identiċi [11].

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 14

KLOROFIBRI (HOMOPOLYMERS TAL-VINYL CHLORIDE) U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu ta’ l-aċidu sulfuriku konċentrat)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. klorofibri (27) bbażati fuq homopolymers tal-vinyl chloride kemm jekk ikklorinat wara kif ukoll jekk le

ma’

2. qoton (5), aċetat (19), cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), ċerti akriliki (26), ċerti modakriliki (29), polyamide jew nylon (30) u polyester (31).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f’20 °C).

Dan il-metodu jista’ jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9.

2. PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra (jiġifieri il-fibri msemmija taħt punt 2 tal-paragrafu 1) jiddewweb minn piż xott magħruf bl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f’20 °C). Il-fdal, li jkun magħmul mill-klorofibra, jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa espress bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwent jinkiseb bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii) Virga tal-ħġieġ bit-tarf iċċattjat.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f’20 °C).

(ii) Aċidu sulfuriku, bejn wieħed u ieħor 50 % (m/m) ta’ soluzzjoni milwiema.

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 400 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84 f’20 °C) ma’ 500 ml ilma ddistillat jew dejonizzat. Wara li titberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa s-soluzzjoni għal litru bl-ilma.

(iii) Ammonja, soluzzjoni dilwita.

Iddilwa 60 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja konċentrata (densità relattiva ta’ 0,880 f’20 °C) għal litru bl-ilma ddistillat.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Ma’ l-eżemplari miżmum fil-flask konikali (3.1 (i)), żid 100 ml ta’ aċidu sulfuriku (3.2 (i)) għal kull gramma ta’ l-eżemplari.

Ħalli l-kontenut tal-flask biex jibqgħu fit-temperatura tal-kamra għal 10 minuti u waqt dak il-ħin ħawwad il-kampjun tat-test okkażjonalment permezz tal-virga tal-ħġieġ. Jekk drapp minsuġ jew innittjat ikun qiegħed jiġi ttrattat, ikkumpressah bejn il-flask u l-virga tal-ħġieġ u uża pressa ħafifa sabiex tissepara l-materjal imdewweb bil-aċidu sulfuriku.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid fil-flask porzjon ġdid ta’ 100 ml aċidu sulfuriku (3.2 (i)) u rripeti l-istess operazzjoni. Ittrasferixxi l-kontenut tal-flask fil-griġjol filtru u ttrasferixxi l-fdal fibruż fih bil-għajnuna tal-virga tal-ħġieġ. Jekk ikun hemm bżonn, żid daqsxejn aċidu sulfuriku kkonċentrat (3.2 (i)) fil-flask sabiex tneħħi xi fibri li jkunu weħlu mal-ġenb tal-ħġieġ tal-flask. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid ta’ l-arja; neħħi l-filtrat billi tbattal jew tbiddel il-flask filtru, aħsel il-fdal fil-griġjol suċċessivament b’50 % soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku (3.2 (ii)), ilma ddistillat jew dejonizzat (I.3.2.3) ta’ l-istruzzjonijiet ġenerali, soluzzjoni ta’ ammonja (3.2 (iii)) u finalment aħsel sewwa bl-ilma ddistillat jew dejonizzat, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid ta’ l-arja wara kull addizzjoni. (Tapplikax il-ġbid ta’ l-arja waqt l-operazzjoni tal-ħasil, iżda biss wara li l-likwidu jixxotta bil-gravità).

Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

METODU Nru 15

KLOROFIBRI, ĊERTI MODAKRILIKI, ĊERTI ELASTANES, AĊETATI, TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tas-cyclohexanone)

1. QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija tal-materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

1. aċetat (19), triaċetat (24), klorofibra (27), ċerti modakriliki (29), ċerti elastanes (39)

ma’

2. suf (1), suf ta’ l-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), polyamide jew nylon (26) akriliku (26) u fibra tal-ħġieġ Nru 9 jew 14.

Meta modakriliċi jew elastini huma preżenti l-ewwel għandu jsir test preliminari biex ikun determinat jekk il-fibra hija kompletament solubbli fir-reaġent.

Huwa possibbli wkoll li jkunu analizzati t-taħlitiet li jkollhom il-klorofibri bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.

2. PRINĊIPJU

Il-fibri ta’ l-aċetat u tat-triaċetat, il-klorofibri, ċerti modakriliki u ċerti elastanes jiġu mdewba minn piż xott magħruf bis-cyclohexanone f’temperatura qrib il-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnexxef u jintiżen; il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ klorofibra, modakriliku, elastane, aċetat u triaċetat jinstab bid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Apparat ta’ estrazzjoni sħun addattat għall-użu fil-proċedura tat-test fis-sezzjoni 4. (Ara l-figura: dan huwa varjant ta’ l-apparat deskritt fil-Melliand Textilberichte 56 (1975) 643 - 645).

(ii) Griġjol filtru li jesa’ l-eżemplari.

(iii) Regolatur poruż (grad tal-porożità 1).

(iv) Reflux condenser li jista’ jiġi addattat għall-flask tad-distillazzjoni.

(v) Strument tas-sħana.

3.2. Reaġenti

(i) Cyclohexanone, punt tat-togħlija 156 °C.

(ii) Ethyl alcohol, 50 % bil-volum.

NB:

Is-cyclohexanone jieħu n-nar malajr u huwa tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

Sawweb fil-flask tad-distillazzjoni 100 ml ta’ cyclohexanone għal kull gramm ta’ materjal, daħħal ir-reċipjent ta’ l-estrazzjoni li fih ikun tpoġġa qabel il-griġjol filtru li fih il-kampjun u r-regolatur poroż, kemmxejn inklinat. Daħħal ir-reflux condenser. Wassal għat-togħlija u kompli l-estrazzjoni għal 60 minuta bir-rata minima ta’ 12-il ċiklu fis-siegħa. Wara l-estrazzjoni u t-tibrid neħħi r-reċipjent ta’ l-estrazzjoni, oħroġ il-griġjol filtru u neħħi r-regolatur poruż. Aħsel il-kontenut tal-griġjol filtru tlieta jew erba’ darbiet b’50 % ethyl alcohol msaħħan sa madwar 60 °C u sussegwentement b’litru ilma f’60 °C.

La tapplikax ġbid ta’ l-arja waqt jew bejn l-operazzjonijiet tal-ħasil. Ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità u mbagħad applika l-ġbid ta’ l-arja.

Finalment, nixxef il-griġjol bil-fdal, berrdu u iżnu.

5. KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ "d" huwa 1,00 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

ħarir | 1,01 |

akriliku | 0,98. |

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ fibri tat-tessuti, il-limiti ta’ konfidenza tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ konfidenza ta’ 95 %.

+++++ TIFF +++++

Il-figura msemmija f’punt 3.1(i) tal-metodu Nru 15

[1] Il-metodu 12 huwa eċċezzjoni. Huwa bbażat fuq determinazzjoni tal-kontenut ta’ sostanza kostitwenti ta’ wieħed miż-żewġ komponenti.

[2] Ara l-Anness I.1.

[3] Biex ikun żgurat li l-fdal fibruż ikun mgħaddas fis-soluzzjoni ta’ l-ammonja għal 10 minuti, wieħed jista’, per eżempju, juża adaptor ta’ griġjol filtru ffittjat b’vit li permezz tiegħu l-influss tas-soluzzjoni ta’ l-ammonja tkun tista’ tiġi rregolata.

[4] Is-solubiltà ta’ tali modakriliki jew klorofibri fir-reaġent għandha tiġi kkontrollata qabel it-twettiq ta’ l-analiżi.

[5] Qabel twettaq l-analiżi, is-solubiltà tal-fibri tal-polyvinyl chloride fir-reaġent għandha tiġi kkontrollata.

[6] Ħarir selvaġġ, bħalma huwa l-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku.

[7] Ħarir selvaġġ, bħalma huwa l-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku.

[8] Dawn ir-reaġenti għandhom ikunu ħielsa min-nitroġenu.

[9] Dawn ir-reaġenti għandhom ikunu ħielsa min-nitroġenu.

[10] Dawn ir-reaġenti għandhom ikunu ħielsa min-nitroġenu.

[11] Ara per eżempju l-apparat deskritt fil-Melliand Textilberichte 56 (1975), p. 643-645.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

PARTI A

DIRETTIVI REVOKATI

(li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8)

- Id-Direttiva tal-Kunsill 72/276/KEE (ĠU L 173, tal-31.7.1972, p. 1), u l-emendi suċċessivi tagħha:

- Id-Direttiva tal-Kunsill 79/76/KEE (ĠU L 17, ta’ l-24.1.1979, p. 17).

- Id-Direttiva tal-Kunsill 81/75/KEE (ĠU L 57, ta’ l-4.3.1981, p. 23).

- Id-Direttiva tal-Kunsill 87/184/KEE (ĠU L 75, tas-17.3.1987, p. 21).

PARTI B

LIMITI TA’ ŻMIEN GĦAT-TRASPOSIZZJONI

Direttiva | Limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni |

72/276/KEE | fit-18 ta’ Jannar 1974 |

79/76/KEE | fit-28 ta’ Ġunju 1979 |

81/75/KEE | fis-27 ta’ Frar 1982 |

87/184/KEE | fl-1 ta’ Settembru 1988 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva | Id-Direttiva 72/276/KEE |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7(2) |

L-Artikolu 8 | — |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 8 |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II (1) | L-Anness II (1) |

L-Anness II (2) | L-Anness II (2) |

L-Anness II, metodu Nru 1 | L-Anness II, metodu Nru 1 |

L-Anness II, metodu Nru 2 | L-Anness II, metodu Nru 2 |

L-Anness II, metodu Nru 3 | L-Anness II, metodu Nru 3 |

L-Anness II, metodu Nru 4 | L-Anness II, metodu Nru 4 |

L-Anness II, metodu Nru 5 | L-Anness II, metodu Nru 5 |

L-Anness II, metodu Nru 6 | L-Anness II, metodu Nru 6 |

L-Anness II, metodu Nru 7 | L-Anness II, metodu Nru 7 |

L-Anness II, metodu Nru 8 | L-Anness II, metodu Nru 8 |

L-Anness II, metodu Nru 9 | L-Anness II, metodu Nru 9 |

L-Anness II, metodu Nru 10 | L-Anness II, metodu Nru 10 |

L-Anness II, metodu Nru 11 | L-Anness II, metodu Nru 11 |

L-Anness II, metodu Nru 12 | L-Anness II, metodu Nru 13 |

L-Anness II, metodu Nru 13 | L-Anness II, metodu Nru 14 |

L-Anness II, metodu Nru 14 | L-Anness II, metodu Nru 15 |

L-Anness II, metodu Nru 15 | L-Anness II, metodu Nru 16 |

L-Anness III | — |

L-Anness IV | — |

--------------------------------------------------