31996L0072



Official Journal L 304 , 27/11/1996 P. 0010 - 0011


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE

tat-18 ta' Novembru 1996

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu G tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biddel it-terminu 'Komunità Ekonomika Ewropea' bit-terminu "Komunità Ewropea"; billi l-abbrevjazzjoni 'KEE' għandha għalhekk tiġi mibdula bl-abbrevjazzjoni "KE";

Billi l-abbrevjazzjoni "KEE" tidher f'ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/400/KEE [4], 66/401/KEE [5], 66/402/KEE [6], 66/403/KEE [7], 69/208/KEE [8], u 70/458/KEE [9] dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u partikolarment f'dak li għandhom x'jaqsmu l-pakketti u l-ittikkettjar taż-żerriegħa; billi huwa għalhekk xieraq li tinbidel l-abbrevjazzjoni 'KEE' bl-abbrevjazzjoni 'KE' fid-dispożizzjonijiet imsemmija;

Billi, b'dankollu, il-ħażniet kbar ta' tikketti ordnati bil-quddiem u dawk li għadhom iġibu l-abbrevjazzjoni "KEE" għandhom, matul il-perjodu tal-kambjament, jibqgħu jkunu permissibbli li jintużaw,

ADOTTA DIN ID-DIRETIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/EEC, 69/208/KEE u 70/458/KEE għandhom jiġu emendati kif ġej:

1. Fid-Direttiva 66/400/KEE, l-abbrevjazzjoni "KEE" fi:

- l-Artikolu 2. 1. G.,

- l-Artikolu 10 (1), (2) u (3),

- l-Artikolu 11 (1),

- l-Artikolu 11a (1) u (2),

- l-Artikolu 11b,

- l-Artikolu 14 (1), it-tieni inċiż, u

- l-Anness III A I u B, it-titolu u l-punt 1, għandhom jiġu mibdula bl-abbrevjazzjoni "KE".

2. Fid-Direttiva 66/401/KEE, l-abbrevjazzjoni "KEE" fi:

- l-Artikolu 2. 1. F u G,

- l-Artikolu 9 (1), (2) u (3),

- l-Artikolu 10 (1),

- l-Artikolu 10a (1) u (2),

- l-Artikolu 10b,

- l-Artikolu 13 (3),

- l-Artikolu 14 (1), it-tielet inċiż,

- l-Anness IV A I (a) 1 u (b) 1, u

- L-Anness IV B, it-titolu, il-punt (a) 1, il-punt (b) 1 u l-punt (c) 1, 3, 4, 5, 6 u 7, għandhom jiġu mibdula bl-abbrevjazzjoni "KE".

3. Fid-Direttiva 66/402/KEE, l-abbrevjazzjoni "KEE" fl-Anness IV A, (a) 1 għandha tinbidel bl-abbrevjazzjoni "KE".

4. Fid-Direttiva 66/403/KEE, l-abbrevjazzjoni "KEE" fl-Anness III, A, 1 għandha tinbidel bl-abbrevjazzjoni "KE".

5. Fid-Direttiva 69/208/KEE, l-abbrevjazzjoni "KEE" fl-Anness IV, A, (a) 1 u fl-Anness IV, A, (b) 1 għandha tinbidel bl-abbrevjazzjoni "KE".

6. Fid-Direttiva 70/458/KEE l-abbrevjazzjoni "KEE" fi:

- l-Artikolu 25 (1), u

- l-Anness IV, A, (a) 1 u B, (a) 1, għandhom jinbidlu bl-abbrevjazzjoni "KE".

Artikolu 2

Il-bqija tal-ħażniet tat-tikketti li jġorru l-abbrevjazzjoni "KEE" jistgħu jissoktaw jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2001.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fl-1 Lulju 1997. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpajnati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Novembru 1996.

Għall-Kunsill

I. Yates

Il-President

[1] ĠU Nru C 157, ta' l-1. 6. 1996, pġ. 15.

[2] ĠU Nru C 166, ta’ l-10. 6. 1996, pġ. 243.

[3] L-Opinjoni mogħtija fil-25 ta' Settembru 1996 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2290/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bit-Trattat tas-Sħubija (1994).

[5] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2298/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU Nru L 76, tas-26. 3. 1996, pġ. 21).

[6] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2309/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/6/KE (ĠU Nru L 67, tal-25. 3. 1995, pġ. 30).

[7] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, pġ. 2320/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/16/KE (ĠU Nru L 6, tad-9. 1. 1996, pġ. 19).

[8] ĠU Nru L 169, ta’ l-10. 7. 1969, pġ. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU Nru L 76, tas-26. 3. 1996, pġ. 21).

[9] ĠU Nru L 225, tat-12. 10. 1970, pġ. 7. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/18/KE (ĠU Nru L 76, tas-26. 3. 1996, pġ. 21).

--------------------------------------------------