Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, tat-18.10.1996, p. 1)
Official Journal L 266 , 18/10/1996 P. 0001 - 0027
CS.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
ET.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
HU.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
LT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
LV.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
MT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
PL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
SK.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
SL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 3 - 29
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta’ l-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (ĠU L 266, tat-18.10.1996, p. 1) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikketti u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ enerġija u riżorsi oħra ta’ apparat ieħor li jintuża fid-djar [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tagħha, Billi l-użu ta’ l-elettriku minn magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa flimkien jammonta għal parti sinnifikanti mid-domanda totali ta’ enerġija tal-Komunità; billi l-qasam ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija minn dan l-apparat huwa sostanzjali; Billi rendiment ta’ ħasil aħjar sikwit jeħtieġ konsum akbar ta’ ilma u enerġija; billi informazzjoni dwar ir-rendiment tal-ħasil ta’ l-apparat tkun ta’ għajnuna fl-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-konsum ta’ enerġija u ilma tiegħu; billi dan jgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażla ta’ apparat li tkun konsistenti ma’ l-użu razzjonali ta’ l-enerġija; Billi l-Komunità, waqt li tikkonferma l-interess tagħha f’sistema ta’ standardizzazzjoni li tkun kapaċi tipproduċi standards li jintużaw tabilħaqq mill-isħab kollha fil-kummerċ internazzjonali u li tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġiet tal-politika tal-Komunità, tistieden lill-organizzazzjonijiet ta’ l-istandards Ewropej sabiex ikomplu fil-koperazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet ta’ standards internazzjonali; Billi l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (KEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi rikonnoxxuti bħala kompetenti sabiex jadottaw standards armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwidaġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ korpi ffirmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984; billi, fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (Standard Ewropew jew dokument ta’ armonizazzjoni) adottat minn Cenelec, fuq il-bażi ta’ eżenzjoni (mandat) mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KEE [3], u fuq il-bażi ta’ dawk il-linji ta’ gwida ġenerali; Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal magni għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa flimkien li jintużaw fid-djar imħaddmin bl-elettriku. Apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta’ enerġija huwa eskluż. 2. L-informazzjoni meħtieġa b’din id-Direttiva għandha tiġi mkejla skond standards armonizzati, in-numri ta’ referenza tagħha li kienu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li għalihom, l-Istati Membri, ippubblikaw in-numri ta’ referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jieħdu post dawk l-istandards armonizzati. Matul din id-Direttiva kollha kwalunkwe dispożizzjoni li teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-ħoss għandha tapplika biss fejn dik l-informazzjoni tkun meħtieġa skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [4]. Din l-informazzjoni, fejn tkun meħtieġa, għandha tiġi evalwata bi qbil ma’ dik id-Direttiva. 3. L-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti taħt mandat mill-Kummissjoni bi qbil mad-Direttiva 83/189/KEE. 4. F’din id-Direttiva, minbarra fejn il-kuntest jeħtieġ mod ieħor, espressjonijiet wżati għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 92/75/KEE. L-Artikolu 2 1. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tinkludi: - l-isem u l-indirizz tal-fornitur, - deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, li tkun biżżejjed sabiex dan il-mudell ikun identifikat b’mod uniku, - informazzjoni, li tinkludi disinni relevanti, dwar il-karatteristiċi tad-disinn prinċipali tal-mudell u f’punti partikolari li jaffettwaw mhux ħażin il-konsum ta’ l-enerġija, - rapporti ta’ testijiet relevanti tal-miżurazzjoni mwettqa fuq il-mudell taħt il-proċeduri ta’ test ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva, - struzzjonijiet ta’ tħaddim, jekk addattat. 2. It-tikketta li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness I għal din id-Direttiva. It-tikketta għandha titqiegħed fuq il-faċċata jew il-parti ta’ fuq, fuq barra ta’ l-apparat, b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar u ma tkunx mgħottija. 3. Il-kontenut u l-format tal-fiche li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/75/KEE għandha tkun kif speċifikata fl-Anness II għal din id-Direttiva. 4. Fiċ-ċirkostanzi koperti bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/75/KEE, u fejn l-offerta għal bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs tkun ipprovduta permezz ta’ komunikazzjoni stampata, bħal katalgu ta’ kont postali, allura dik il-komunikazzjoni stampata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness III għal din id-Direttiva. 5. Il-klassi ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija ta’ l-apparat, u l-klassi ta’ kapaċità ta’ ħasil tiegħu, għandhom ikunu kif stabbilit bi qbil ma’ l-Anness IV. L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-fornituri u n-negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Lulju 1997. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awissu 1997. Iżda, sal-31 ta’ Jannar 1998, l-Istati Membri għandhom jippermettu: - it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew il-wiri ta’ prodotti u - id-distribuzzjoni ta’ komunikazzjonijiet stampati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(4) li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 1996. Għall-Kummissjoni Christos Papoutsis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, ta’ l-1.10.1992, p. 16. [2] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. [3] ĠU L 32, tat-2.2.1996, p. 31. [4] ĠU L 334, tas-6.12.1986, p. 24. -------------------------------------------------- L-ANNESS I IT-TIKKETTA Disinn tat-tikketta 1. It-tikketta għandha tkun il-verżjoni tal-lingwa relevanti, magħżula mill-illustrazzjonijiet li ġejjin: +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 2. In-noti li ġejjin jiddefinixxu l-informazzjoni li għandha tkun inkluża: Nota: I. L-isem tal-fornitur jew trademark. II. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur. III. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell, stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Din l-ittra indikatriċi għandha titpoġġa fl-istess livell tal-vleġġa relevanti. IV. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtiġiet taħt l-iskema ta' Eko-tikketta tal-Komunità, fejn mudell ikun ingħata 'Eko-tikketta tal-Komunità' bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 [1], tista' titwaħħal ukoll kopja tat-Eko-tikketta hawnhekk. Il-'gwida dwar id-disinn tat-tikketta tal-magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa' li hemm referenza għaliha taħt, tfisser kif it-Eko-tikketta tista' tkun inkluża fit-tikketta. V. Il-konsum ta' enerġija f'kWh għal kull ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil, tagħsir u tnixxif) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60° Ċ, u ċiklu ta' tnixxif tal-'qoton xott' standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). VI. Il-konsum ta' l-enerġija f'kWh għal kull ċiklu ta' ħasil (ħasil u tagħsir biss) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60° C, u ċiklu ta' tnixxif tal-'qoton xott’ standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). VII. Il-klassi ta' kapaċità ta' ħasil stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. VIII. Il-veloċità massima ta' għasir għal kull ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard, stabbilita bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). IX. Kapaċità ta’ l-apparat (f'kg) għal ċiklu ta' qoton ta' 60°C standard (mingħajr tnixxif), stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). X. Kapaċità ta’ l-apparat (f'kg) għal ċiklu ta' 'qoton xott' (tnixxif), stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). XI. Konsum ta' ilma, f'litri, għal kull ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil, għasir u tnixxif) waqt użu ċiklu ta' qoton ta' 60°C, u ċiklu ta' ħasil ta' 'qoton xott' standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). XII. Fejn ikun applikabbli, il-ħoss matul ċikli ta' ħasil, għasir u tnixxif waqt użu ta’ ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60°C u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, stabbilit bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE [2]. Nota: It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V. Stampar 3. Dawn li ġejjin jiddefinixxu ċerti karatteristiċi tat-tikketta: +++++ TIFF +++++ Kuluri wżati: CMYKcyan, maġenta, isfar, iswed. Eż. 07X0: 0 % cyan, 70% maġenta, 100% isfar, 0% iswed. Vleġeġ - A : X0X0 - B : 70X0 - C : 30X0 - D : 00X0 - E : 03X0 - F : 07X0 - G : 0XX0 Kulur tal-profil X070 It-test kollha huwa miktub bl-iswed. L-isfond huwa abjad. Informazzjoni sħiħa stampata tinsab fi 'Gwida ta' disinn ta' tikketta ta' enerġija ta' magna għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa ', li hija għall-informazzjoni biss, li tista' tiġi miksuba mingħand: Is-Segretarju tal-Kumitat dwar l-ittikkettjar ta' enerġija u informazzjoni standard tal-prodott għal apparat li jintużaw fid-djar, Directorate-General Energy XVII, European Commission, Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels. [1] ĠU Nru L 99, tal-11. 4. 1992, p. 1. [2] ĠU Nru L 344, 6. 12, 1986, p. 24. L-istandards ta' kejl ta' ħoss relevanti huma EN 60704-2-4 għal ħasil u għasir, u EN 60704-2-6 għal tnixxif u EN 60704-3. -------------------------------------------------- ANNESS II FICHE Il-fiche għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja. L-informazzjoni tista' tingħata fil-forma ta' tabelli li jkopri numru ta' mudelli fornuti mill-istess fornitur. L-informazzjoni għandha tingħata fl-ordni speċifikata taħt għajr jekk din tkun tinsab f'deskrizzjoni aktar ġenerali ta' l-apparat: 1. Trademark tal-fornitur. 2. Identifikazzjoni tal-mudell tal-fornitur. 3. Il-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-mudell stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija.. fuq skala minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti)'. Fejn din l-informazzjoni tkun ipprovduta f'forma ta' tabella din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-aktar effiċjenti) sa G (l-inqas effiċjenti). 4. Fejn l-informazzjoni tkun ipprovduta fil-forma ta' tabella, u fejn uħud mill-apparat elenkati fit-tabella jkunu ngħataw 'Eko-tikketta tal-Komunità bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 880/92, din l-informazzjoin tista' tiġi nkluża hawnehekk. F'dan il-każ l-intestatura tar-ringiela għandu juri 'Eko-tikketta tal-Komunità, u d-daħla għandha tkun magħmula minn kopja tal-marka tat-Eko-tikketta. Din id-disposizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ħtieġa taħt l-iskema Eko-tikketta ta' l-UE. 5. Konsum ta' enerġija għal ħasil, għasir, u tnixxif, f'kWh għal kull ċiklu sħiħ ta' tħaddim kif iddefinit fl-Anness I nota V. 6. Konsum ta' enerġija għal ħasil u għasir biss, f'kWh għal kull ċiklu ta' ħasil kif iddefinit fl-Anness I nota VI. 7. Il-klassi ta' kapaċità ta' ħasil stabbilita bi qbil ma' l-Anness IV. Imfissra bħala 'Klassi ta' kapaċità ta' ħasil… fuq skala minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas)'. Din tista' tiġi mfissra permezz ta' mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala tkun minn A (l-ogħla) sa G (l-inqas). 8. L-effiċjenza ta' estrazzjoni ta' ilma għal ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard, stabbilita bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). Imfissra bħala 'Ilma li jibqa' wara t-tagħsira… % (bħala proporzjon ta' piż xott tal-ħasla)’. 9. Veloċità massima tat-tidwira tat-tagħsir miksuba kif iddefinit fl-Anness I nota VIII. 10. Il-kapaċità tal-ħasil ta' apparat għal ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60° C standard, kif iddefinit fl-Anness I nota IX. 11. Kapaċità ta' tnixxif ta' apparat għal ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, kif iddefinit fl-Anness I nota X. 12. Konsum ta' ilma għal ħasil, għasir, u tnixxif, f'litri għal kull ċiklu ta' tħaddim kif iddefinit fl-Anness I nota XI. 13. Konsum ta' ilma għal ħasil u għasir biss, f'litri, għal kull ċiklu ta' qoton ta' 60° C standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). 14. Ħin ta' ħasil u tnixxif. Ħin tal-programm għal ċiklu ta' tħaddim sħiħ (ħasil ta' qoton f'60° C u tnixxif ta' qoton xott'), għal kapaċità stmata ta' ħasil, stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2). 15. Il-fornituri jistgħu jinkludu informazzjoni taħt punti 5 u 14 fuq fir-rigward ta' ċikli oħra ta' ħasil u/jew tnixxif. 16. Il-konsum ta' enerġija w ilma daqs 200 darba il-konsum imfisser f'punti 5 (enerġija) u 12 (ilma). Dan għandu jkun imfisser bħala 'stima ta' konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li dejjem jużuw dejjem id-drier (200 ċiklu)’. 17. Il-konsum ta' enerġija w ilma daqs 200 darba il-konsum imfisser f'punti 6 (enerġija) u 13 (ilma). Dan għandu jkun imfisser bħala 'stima ta' konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li qatt ma jużaw id-drier (200 ċiklu)'. 18. Fejn ikun applikabbli, ħoss matul ċikli ta' ħasil, tagħsir u tnixxif b’użu ta’ ċiklu ta' ħasil ta' qoton ta' 60° C u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott' standard, bi qbil mad-Direttiva 86/594/KEE. L-informazzjoni fuq it-tikketta tista' tingħata fil-forma ta' rappreżentazzjoni tat-tikketta bil-kulur jew abjad u iswed. Nota: It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V. -------------------------------------------------- ANNESS III MAIL ORDER U BEJGĦ IEĦOR MILL-BOGĦOD Katalgi ta' mail order u komunikazzjonijiet stampati oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (4) għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja, mogħtija fl-ordni speċifikata: 1. Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija (l-Anness II punt 3) 2. Konsum ta' enerġija (ħasil, għasir u tnixxif) (l-Anness II punt 5) 3. Konsum ta' enerġija (ħasil u għasir biss) (l-Anness II punt 6) 4. Klassi ta' kapaċità ta' ħasil (l-Anness II punt 7) 5. Effiċjenza ta' estrazzjoni ta' l-ilma (l-Anness II punt 8) 6. Il-veloċità massima tat-tidwir ta' l-għasir (l-Anness II punt 9) 7. Kapaċità (ħasil) (l-Anness II punt 10) 8. Kapaċità (tnixxif) (l-Anness II punt 10) 9. Konsum ta' ilma (ħasil, għasir u tnixxif) (l-Anness II punt 12) 10. Konsum ta' ilma (ħasil u għasir biss) (l-Anness II punt 13) 11. Stima tal-konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li dejjem jużaw id-drier (200 ċiklu) (l-Anness II punt 16) 12. Stima tal-konsum fis-sena għal dar b'erba' persuni, li qatt ma jużaw id-drier (200 ċiklu) (l-Anness II punt 17) 13. Ħoss, fejn ikun applikabbli (l-Anness II punt 18) Fejn tkun ipprovduta informazzjoni oħra miżmuma fil-fiche, din għandha tkun fil-forma speċifikata fl-Anness II u għandha tiġi nkluża fit-tabella fuq fl-ordni meħtieġa għall-fiche. Nota: It-termini ekwivalenti f'lingwi oħra għal dawk mogħtija fuq huma stabbiliti fl-Anness V. -------------------------------------------------- ANNESS IV KLASSI TA' EFFIJENZA TA' ENERĠIJA 1. Il-klassi ta' effiċjenza ta' apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil ma' Tabella I. Tabella 1 Klassi ta' effiċjenza ta' enerġija | Konsum ta' enerġija 'K' f'kWh għal kull kg ċiklu sħiħ ta' tħaddim (ħasil, għasir u tnixxif) li juża ċiklu ta' qoton ta' 60ºC, u ċiklu ta' tnixxif ta' 'qoton xott’ standard stabbilit bi qbil mal-proċeduri tat-test ta' l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2) | A | K ≤ 0.68 | B | 0,68 < K ≤0,81 | Ċ | 0,81 < K≤ 0,93 | D | 0,93 < K ≤1,05 | E | 1,05 < K ≤1,17 | F | 1,17 < K ≤1,29 | G | 1,29 < K | 2. IL-klassi ta' kapaċità ta' ħasil ta' apparat għandha tiġi stabbilita bi qbil ma' Tabella 2: Tabella 2 Klassi ta' kapaċità ta' ħasil | Indiċi ta' kapaċità ta' ħasil 'P' kif iddefinit fl-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 (2), li jużaw ċiklu standard ta' qoton ta' 60ºĊ | A | P > 1,03 | B | 1,03 > P > 1,00 | Ċ | 1,00 > P > 0,97 | D | 0,97 > P > 0,94 | E | 0,94 > P > 0,91 | F | 0,91 > P > 0,88 | G | 0,88 > P | -------------------------------------------------- ANNESS V TRADUZZJONI TAT-TERMINI LI GĦANDHOM JIĠU UŻATI FUQ IT-TIKKETTA U FIL-FICHE L-ekwivalenti fil-lingwi oħra Kommunitarji tat-termini bl-Ingliż huma kif ġej: Nota | | | EN | ES | DA | DE | EL | FR | IT | NL | PT | FI | SV | Tikketta | Fiche | Mail order | | | | | | | | | | | | Anness I | Anness II | Anness III | | | | | | | | | | | | +++++ TIFF +++++ | | | Energy | Energía | Energi | Energie | Ενέργεια | Énergie | Energia | Energie | Energia | Energia | Energi | +++++ TIFF +++++ | | | Washer-drier | Lavadora-secadora | Vaske-/tørrenmaskine | Wasch-Trocken-automat | Πλυντήριο-στεγνωτήριο | Lavante-séchante | Lavasciuga | Was-droog-combinatie | Máquina de lavar e secar roupa | Kuivaava pyykin-pesukone | Tvätt-tork | I | 1 | | Manufacturer | Fabricante | Mærke | Hersteller | Κατασκευαστής | Fabricant | Costruttore | Fabrikant | Fabricante | Tavarantoimittaja | Leverantör | II | 2 | | Model | Modelo | Model | Modell | Μοντέλο | Modèle | Modello | Model | Modelo | Malli | Modell | +++++ TIFF +++++ | | | More efficient | Más eficiente | Lavt forbrug | Niedriger Energieverbrauch | Περισσότερο αποδοτικό | Économe | Bassi consumi | Efficiënt | Mais eficiente | Vähän kuluttava | Låg förbrukning | +++++ TIFF +++++ | | | Less efficient | Menos eficiente | Højt forbrug | Hoher Energieverbrauch | Λιγότερο αποδοτικό | Peu économe | Alti consumi | Inefficiënt | Menos eficiente | Paljon kuluttava | Hög förbrukning | | 3 | 1 | Energy efficiency class… on a scale of A (more efficient) to G (less efficient) | Clase de eficiencia energética… en una escala que abarca de A (más eficiente) a G (menos eficiente) | Relativt energi-førbrug…på skalaen A (lavt forbrug) til G (højt forbrug) | Energieeffizienz-klasse… auf einer Skala von A (niedriger Energieverbrauch) bis G (hoher Energieverbrauch) | Τάξη ενεργειακής απόδοσης σε μια κλίμακα από το Α (αποδοτικό) ως το G (μη αποδοτικό) | Classe d’efficacité énergétique…allant de A (économe) à G (peu économe) | Classe di efficienza energetica… su una scala da A (bassi consumi) a G (alti consumi) | Energie-efficiëntieklasse… op een schaal van A (efficiënt) tor G (inefficiënt) | Classe de eficiência energética… numa escala de A (mais eficiente) a G (menos eficiente) | Energiatehokkuusluokka… asteikolla A:sta (vähän kuluttava) G:hen (paljon kuluttava) | Energieffektivitetsklass… på en skala från A (låg förbrukning) till G (hög förbrukning) | V | | | Energy consumption | Consumo de energía | Energiforbrug | Energieverbrauch | Κατανάλωση ενέργειας | Consommation d’énergie | Consumo di energia | Energieverbruik | Consumo de energia | Energiankulutus | Energiförbrukning | V | | | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | kWh | | 5 | 2 | Energy consumption for washing, spinning and drying, | Consumo de energía para lavado, centrifugado y secado | Energiforbrug til vask, centrifugering og tørring | Energieverbrauch (Waschen, Schleudern und Trocknen) | Κατανάλωση ενέργειας για πλύσιμο, στύψιμο και στέγνωμα | Consommation d’énergie pour le lavage, l’essorage et le séchage | Consumo di enegria per lavaggio, centrifugazione e asciugatura | Energieverbruik bij wassen, centrifugeren en drogem | Consumo de energia na lavagem, na centrifugação e na secagem | Energiankulutus (pesu, linkous ja kuivaus) | Energiförbrukning per komplett omgång (tvätt, centrifugering och torkning) | +++++ TIFF +++++ | | | (To wash and dry a full capacity wash load at 60 °C) | (Lavado y secado de la capacidad total de lavado a 60 °C) | (Ved en 60 °C vask af den maksimale anbefalede mængde tøj og tørring heraf) | (Für eine 60 °C Ladung (volle Waschkapazität) zum Waschen und Trocknen) | (Να πλύνει και να στέγνώσει τη μέγιστη χωρητικότητα πλυσίματος στους 60 °C) | (pour laver et sécher la capacité totale de lavage à 60 °C) | (Per lavare ed asciugare un carico di lavaggio completo a 60 °C) | (om een volle capaciteit op 60 °C te wassen en te drogen) | (Lavagem e secagem da capacidade máxima a 60 °C) | (Täyden koneellisen pesu 60 °C:ssa ja kuivaus) | (För tvätt och tork av fullastad maskin i 60 °C) | VI | | | Washing (only) kWh | (Sólo) Lavado kWh | Vask og centrifugering kWh | Waschvorgang (allein) kWh | Πλύσιμο (μόνο) kWh | Lavage (seulement) kWh | Lavaggio (solo) kWh | (enkel) om te wassen kWh | Lavagem (unicamente) kWh | Pelkkä pesuohjelma kWh | Endast tvätt kWh | | 6 | 3 | Energy consumption for washing and spinning only | Consumo de energía del lavado y centrifugado solamente | Energiforbrug til vask og centrifugering alene | Energieverbrauch nur für Wasch- und Schleudern-programm | Κατανάλωση ενέρ-γειας για πλύσιμο (και στύψιμο) μόνο | Consommation d’énergie pour le lavage et l’essorage seulement | Consumo di energia per il solo lavaggio a centrifugazione | Energieverbruik bij uitsluitend wassen en centrifugeren | Consumo de energia apenas na lavagem e na centrifugação | Energienkulutus (vain pesu ja linkous) | Energiförbrukning per tvätt och centrifugering | +++++ TIFF +++++ | | | Actual consumption will depend on how the apparat is used | El consumo real depende de las condiciones de utilización del aparato | Det faktiske energi-forbrug afhænger af, hvorledes apparatet benyttes | Der tatsächliche Energieverbrauch hängt fon der Art der Nutzung des Geräts ab | Η πραγματική κα-τανάλωση εζαρτάται από τον τρόπο χρήσεως της συσκευής | La consommation réelle dépend des conditions d’utilisation de l’appareil | Il consumo effectivo dipende dal modo in cui l’apparechio viene usato | Het werkelijke verbruik wordt bepaald door de wijze waarop het apparat wordt gebruikt | O consumo real de energia dependerá das condições de utilização do aparelho | Todellinen kulutus riippuu laitteen käyttötavoista | Verkling förbrukning beror på hur apparaten används | VII | | | Washing performance AhigherGlower | Eficiencia de lavado Amás altoGmás bajo | Vaskeevne AhøjGlav | Waschwirkung AbesserGschlechter | Βαθμός πλυσίματος ΑυψηλότεροςGχαμηλότερος | Efficacité de lavage Aplus élevéeGplus faible | Efficacia del lavaggio AaltaGbasta | Wasresultaat AgoedGmating | Eficiência de lavagem Amais elevadaGmais baixa | Pesutulos AhyväGhuono | Tvätteffekt AbättreGsämre | | 7 | 4 | Washing performance class… on a scale of A (higher) to G (lower) | Clase de eficiencia de lavado… en una escala que abarca de A (más alto) a G (más bajo) | Vaskeevne… på skalaen A (høj) til G (lav) | Waschwirkungs-klasse… A (besser) bis G (schlechter) | Βαθμός πλυσίματος… σε κλίμακα από Α (υψηλότερος) μέχρι G (χαμηλότερος) | Classe d’efficacité de lavage… sur une échelle allant de A (plus élevée) à G (plus faible) | Classe di efficacia del lavaggio su una scala da A (alta) a G (bassa) | Wasresultaat:… op een schaal van A (goed) tot G (mating) | Classe de eficiência de lavagem… numa escala de A (mais elevada) a G (mais baixa) | Pesutulosluokka…asteikolla A: sta (hyvä) G: hen (huono) | Tvätteffektivi-tetsklass…på en skala från A (bättre) till G (sämre) | | 8 | 5 | Water remaining after spin…% (as a proportion of dry weight of wash) | Agua restante tras el centrifugado…% (en proporción de peso seco de la ropa) | Restfugtighed efter centrifugering… % (i forhold til tørt tøj) | Nach dem Scheu-dervorgang verblei-bende Restfeuchte… % (Anteil am Trockengewicht der Wäsche) | …% νερού που παραμένει μετά την περιδίνηση (ως ποσοστό του ζηρού βάρους των ρούχων) | Teneur en eau après essorage…% (par rapport au poids du linge sec) | Acqua rimanente dopo la centrifugazione…% (in relazione al peso della biancheria asciutta) | Resterend water na centrifugeren:…% (van het droge gewicht van het wasgoed) | Água residual após cenrifugação:…% (em percentagem do peso da roupa seca) | Jäännöskosteus linkouksen jälkeen…% (prosentteina kuivan pyykin painosta) | Restfuktighet efter centrifugering…% (i procent av vikten på den torra tvätten) | VIII | 9 | 6 | Spin speed (rpm) | Velocidad de centrifugado (rpm) | Centrifugerings-hastighed (omdr./min.) | Schleuderdrehzahl (U/min) | Ταχύτητα περιδίνησης (σ.α.λ.) | Vitesse d’essorage (trs/min.) | Velocità di centrifugazione (gpm) | Centrifugeersnel-heid (tpm) | Velocidade de cenrifugação (rpm) | Linkousnopeus (kierr./min) | Cenrifugeringshastighet (varv/min) | IX/X | 10/11 | 7/8 | Capacity (cotton) kg | Capacidad en kg de algodón | Kapacitet (bomunld) kg | Füllmenge (Baumwolle) kg | Χωρητικότητα Περειεχόμενο (βαμβακερά) σε kg | Capacité (coton) kg | Capatità (cotone) kg | Capaciteit (katoen) kg | Capacidade (algodão) kg | Täyttömäärä (puuvilla) kg | Kapacitet (bomull) kg | X | 10 | 7 | Washing | Lavado | Vask | Waschen | Πλύσιμο | Lavage | Lavaggio | Wassen | Lavagem | Pesu | Tvätt | IX | 11 | 8 | Drying | Secado | Tørring | Trocknen | Στέγωμα | Séchage | Asciugatura | Drogen | Secagem | Kuivaus | Torkning | XI | | | Water consumption (total) | Consumo total de agua | Vandforbrug (total) | Wasserverbrauch (total) | Κατανάλωση νερού (συολικά) | Consommation d’eau (totale) | Consumo di acqua (totale) | Waterverbruik (totaal) | Consumo de água (total) | Vendenkulutus (yhteensä) | Vattenförbrukning (total) | | 12 | 9 | Water consumption washing, spinning and drying | Consum de agua del lavado, centrifugado y secado | Vandforbrug til vask, centrifugering og tørring | Wasserverbrauch für Wasch-, Schleu-der- und Trocken-programm | Κατανάλωση νερού για πλύσιμο, στύψιμο και στέγνωμα | Consommation d’eau pour le lavage, l’essorage et le séchage | Consumo di acqua per lavaggio, centrifugazione e asciugatura | Waterverbruik bij wassen, centrifugeren en drogen | Consumo de água na lavagem, na cenrifugação e na secagem | Kokonais-vedenkulutus | Vattenförbrukning per komplett omgång (tvätt, centrifugering och torkning) | | 13 | 10 | Water consumption for washing and spinning only | Consumo de agua del lavado y centrifugado solamente | Vandforbrug til vask og centrifugering alene | Wasserverbrauch nur für Waschen und Schleudern | Κατανάλωση νερού για πλύσιμο χαι στύψιμο μόνο | Consommation d’eau pour le lavage et l’essorage seulement | Consumo di acqua per i soli lavaggio e centrifugazione | Waterverbruik bij uitsluitend wassen en centrifugeren Waterverbruik | Consumo de água apenas na lavagem e na centrifugação | Vedenkulutus (vain pesu ja linkous) | Vattenförbrukning för enbart tvätt och centrifugering | | 14 | | Washing and drying Time | Tiempo de lavado y secado | Vaske- og tørretid | Wasch- und Trockenzeit | Διάρχεια πλυσίματος και στεγνώματος | Durée du lavage et du séchage | Tempo di lavaggio e asciugatura | Programmaduur wassen en drogen | Tempo de lavagem e de secadem | Pesun ja kuivauksen kestoaika | Tvätt- och torktid | | 16 | 11 | Estimated annual consumption for a 4-person household, always using the drier (200 cycles) | Consumo anual típico de una familia de cuatro personas que siempre seca en la lavadora-secadora (200 ciclos) | Anslået årligt forbrug for en husstand på fire personer, som altid tørrer i denne vaske-/tørremaskine (200 vaske med tørring) | Repräsentativer Jahresverbrauch eines Vierperso-nenhaushalts, der diesen Wasch- und Trockenautomaten immer zum Trocknen verwendet (200 programme) | Εκιμώμενη ετήσια κατανάλωση για τετραμελές νοικοκυ-ριό που πάντοτε χρησιμοποιεί για το στέγνωμα το πλυντήριο-στεγνωτήριο ρούχων (200 πρόγραμμα) | Consommation annuelle typique d’une familie de quatre personnes qui séche toujours dans cette lavante-séchante (200 cycles) | Consumo annuo stimato di una famiglia di quattro persone che utilizza sempre lavatrici-asciugatrici per asciugare il bucato (200 cicli) | Geschat jaarlijks verbruik voor een huishouden van vier personen, wanneer het wasgoed altijd in deze was-droogcombinatie wordt gedroogd (200 cycli) | Consumo anual típico de um agregado famaliar de quatro pessoas que utiliza sempre a máquina combinada de lavar e secar roupa para secar a roupa (200 ciclos) | Arvioitu vuosikulutus nelihenkisessä taloudessa, jossa pyykki kuivataan aina koneessa (200 pesukertaa) | Beräknad förbrukning per år för ett fyrapersoners-hushåll som alltid torkar tvätt i apparaten (200 gånger) | | 17 | 12 | Estimated annual consumption for a 4-person household, never using the drier (200 cycles) | Consumo anual típico de una familia de cuatro personas que nunca seca en la lavadora-secadora (200 ciclos) | Anslået årligt forbrug for en husstad på fire personer, som aldrig tørrer i denne vaske-/tørremaskine (200 vaske med tørring) | Repräsentativer Jahresverbrauch eines Vierperso-nenhaushalts, der diesen Wasch- und Trockenautomaten nie zum Trocknen verwendet (200 programme) | Εκtιμώμενη ετήσια κατανάλωση για τετραμελές νοικοκυ-ριό που ποτέ dεν χρησιμοποιεί για το στέγνωμα το πλυντήριο-στεγνωτήριο ρούχων (200 πρόγραμμα) | Consommation annuelle typique d’une familie de quatre personnes qui ne séche jamais toujours dans cette lavante-séchante (200 cycles) | Consumo annuo stimato di una famiglia di quattro persone che non utilizza mai lavatrici-asciugatrici per asciugare il bucato (200 cicli) | Geschat jaarlijks verbruik voor een huishouden van vier personen, wanneer het wasgoed nooit in deze was-droogcombinatie wordt gedroogd (200 cycli) | Consumo típico anual de um agregado famaliar de quatro pessoas que nunca utiliza a máquina combinada de lavar e secar roupa para secar a roupa (200 ciclos) | Arvioitu vuosikulutus nelihenkisessä taloudessa, jossa pyykkiä ei koskaan kuivata koneessa (200 pesukertaa) | Beräknad förbrukning per år för ett fyrapersoners-hushåll som aldrig torkar tvätt i apparaten (200 gånger) | XII | 18 | 13 | Noise [dB(A) re 1 pW] | Ruido [dB(A) re 1 pW] | Lydeffektniveau dB(A) (Støj) | Geräusch dB(A) | Θόρυβος dB(A) | Bruit [dB(A) re 1 pW] | Rumorosità [dB(A) re 1 pW] | Geluidsniveau (dB(A) re 1 pW) | Nível re ruído [dB(A) re 1 pW] | Aäni (dB(A) re 1 pW) | Buller (dB(A) re 1 pW) | +++++ TIFF +++++ | 18 | 13 | Washing | Lavado | Vask | Waschen | Πλύσιμο | Lavage | Lavaggio | Wassen | Lavagem | Pesu | Tvätt | +++++ TIFF +++++ | 18 | 13 | Spinning | Centrifugado | Centrifugering | Schleudern | Στύψιμο | Essorage | Centrifugazione | Centrifugeren | Centrifugação | Linkous | Centrifugering | +++++ TIFF +++++ | 18 | 13 | Drying | Secado | Tørring | Trocknen | Στέγνωμα | Séchage | Asciugatura | Drogen | Secagem | Kuivaus | Torkning | +++++ TIFF +++++ | | | Further information is contained in product brochures | Ficha de información detallada en los folletos del producto | Brochurerne om produktet indeholder yderligere oplysninger | Ein datenblatt mit weiteren Geräteangaben ist in den Prospekten enthalten | Μια κάρτα με πληροφοριακές λεπτομέρειες | Une fiche d’information détaillée figure dans la brochure | Gli opuscoli illustrativi contengono una scheda particolareggiata | Nadere gegevens zijn opgenomen in de brochure over het apparaat | Ficha pormenorizada no folheto do produto | Tuote-esitteissä on lisätietoja | Produktbroschyrerna innehåller ytterligare information | +++++ TIFF +++++ | | | Norm EN 50229 | Norma EN 50229 | Standard: EN 50229 | Norm EN 50229 | Πρότυπο EN 50229 | Norme EN 50229 | Norma EN 50229 | Norm EN 50229 | Norma EN 50229 | Standardi EN 50229 | Standard EN 50229 | +++++ TIFF +++++ | | | Washer-drier Label Directive 96/60/EC | Directiva 96/60/CE sobre etiquetado de lavadoras-secadoras combinadas | Direktiv 96/60/EF om energi- mærkning af kombinerede vaske-/tørremaskiner) | Richtlinie 96/60/EG Wasch-Trocken-automatenetikett | Οδηγία 96/60/EK για τις ετικέτες στα πλυντήρια-οτεγνωτήρια ρούχων | Directive 96/60/CE relative à l’étiquetage des lavantes-séchantes | Direttiva 96/60/CE sull’etichettatura delle lavasciuga | Richtlijn 96/60/EG (etikettering was-droog-combinaties) | Directiva 96/60/CE relativa à etiquetagem de mácguinas de lavar e secar roupa | Kuivaavien pyykin-pesukoneiden merkintöja koskeva direktivii 96/60/EY | Direktiv 96/60/EG om mäkning av kombinerade tvättmaskiner/torktumlare | --------------------------------------------------