Official Journal L 162 , 01/07/1996 P. 0001 - 0013
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE tas-26 ta’ Ġunju 1996 li temenda u tikkonsolida d-Direttiva 85/73/KEE sabiex tassigura l-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji u l-kontrolli fuq l-annimali ħajjin u fuq ċerti prodotti ta’ l-annimali u li temenda d-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti li jinsabu f’Anness II tat-Trattat; billi l-annimali ta’ dan it-tip u l-prodotti magħmula mill-annimali jikkostitwixxu sors ta’ dħul għall-parti mill-popolazzjoni agrikola; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 dwar il-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji u l-kontrolli fuq il-prodotti magħmula mill-annimali koperti mill-Anness A tad-Direttiva 89/662/KEE u mid-Direttiva 90/675/KEE [4], stabbilew il-prinċipji li jirregolaw l-imponiment tal-ħlasijiet għall-kontrolli ta’ dan it-tip; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fir-rigward tal-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-twettieq tas-suq intern [5], tistabbilixxi b’mod partikolari il-ħtiġiet għall-kontrolli veterinarji li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru kunsinnatarju għall-annimali ħajjin u ċerti prodotti magħmula mill-annimali; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [7], tistabbilixxu b’mod partikolari l-ħtiġiet għall-identità dokumentarja, l-identità u l-kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq l-annimali mill-pajjiżi terzi; Billi l-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet ta’ dan it-tip u l-kontrolli tas-saħħa jvarjaw fl-Istati Membri differenti, u huma mwettqa b’mod partikolari billi jintalbu ħlasijiet li jistgħu jvarjaw; billi differenzi ta’ dan it-tip jistgħu jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom koperti mill-organizzazzjonijiet komuni tas-suq; Billi, fil-każ ta’ l-annimali ħajjin li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, il-fatt li l-operaturi jkunu mitluba jħallsu miżati differenti jista’ jwassal għall-bidliet fid-direzzjoni tal-kummerċ; Billi sabiex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni għandha ssir disposizzjoni għar-regoli armonizzati fuq il-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ dan it-tip; Billi l-awtoritajiet pubbliċi huma responsabbli għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ dan it-tip; billi, b’dana kollu, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex l-operaturi jħallsu kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ dan it-tip; Billi d-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE għandhom jiġu addattati sabiex jittieħed akkont ta’ dawn il-prinċipji; Billi hemm bżonn li jsiru disposizzjonijiet għall-finanzjamnet tal-kontrolli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tas-29 ta’ April 1996 dwar il-miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u r-residwi tagħhom fl-annimali ħajjin u l-prodotti magħmula mill-annimali u l-abrogazzjoni tad-Direttivi 85/358/KEE u 86/496/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE [8]; Billi għandhom isiru wkoll aġġustamenti tekniċi għall-Annessi eżistenti tad-Direttiva 85/73/KEE sabiex jittieħed akkont ta’ l-esperjenza miksuba; Billi għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali b’eċċezzjoni tal-laħam li ssir referenza għalih fid-Direttivi 64/433/KEE [9], 71/118/KEE [10] u 72/462/KEE [11], ir-regoli ddettaljati meħtieġa għall-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji għad iridu jiġu stabbiliti; Billi, sabiex jiġi assigurat il-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ l-ispezzjoni għall-prodotti tas-sajd u sabiex jiġi evitat tgħawwiġ fil-qasam tal-kompetizzjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli ddettaljati ta’ dan it-tip għall-prodotti tas-sajd koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd [12]; Billi ir-regoli ddettaljati proposti sabiex jittieħed akkont tan-natura speċifika tal-prodotti tas-sajd, in-natura tal-kontrolli stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE u l-importanza tat-twaqqif ta’ miżati Komunitarji f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli tal-kompetizzjoni; Billi dawn l-arranġamenti m’għandhomx jinkludu l-prodotti tas-sajd li t-tqegħid fis-suq tagħhom m’hux kopert mir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE; Billi, għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi, għandu jitwaqqaf kollegament mad-data li minnha l-ftehim fuq l-ekwivalenza tal-garanziji veterinarji għandhom ikun konklużi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 It-Titolu, l-Artikoli u l-Annessi għad-Direttiva 85/73/KEE għandhom jiġu ssostitwiti mit-test dispost fl-Anness għall-din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Fl-Artikolu 3 (ii) tad-Direttiva 90/675/KEE it-termini "stipulati fid-Direttiva 96/23/KE [13]" għandhom jiġu miżjuda wara "(ii) li l-kontrolli veterinarji" u qabel "… ikunu ġew imħallsa u li …". 2. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 91/496/KEE għandhu jaqra kif ġej: "L- Artikolu 15 L-Istati Membri għandhom jiġbru miżata għall-kontrolli veterinarji u tas-saħħa meta l-annimali li ssir referenza dwarhom f’din id-Direttiva ikunu impurtati, bi qbil mad-Direttiva 96/23/KE [*] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.." Artikolu 3 Qabel l-1 ta’ Jannar 1999 il-Kunsill għandu jirrevedi din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni flimkien ma’ proposti jekk ikun xieraq. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’: (i) d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 u tal-Kapitolu I (1) (e) ta’ l-Anness A sa l-1 ta’ Lulju 1996; (ii) d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, is-Sezzjoni II tal-Kapitolu III ta’ l-Anness A u tal-Kapitolu II ta’ l-Anness Ċ sa l-1 ta’ Jannar 1997; (iii) l-emendi l-oħrajn sa l-1 ta’ Lulju 1997. L-Istati Membri għandhom ikollhom perjodu ulterjuri li jista’ jestendi sa l-1 ta’ Lulju 1999 li fih ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu III ta’ l-Anness A. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza ta’ dan it-tip għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1996. Għall-Kunsill Il-President M. Pinto [1] ĠU C 219, tat-3.8.1993, p. 15. [2] ĠU C 315, tat-22.11.1993, p. 630. [3] ĠU C 34, tat-2.4.1994, p. 23. [4] ĠU L 32, tal-5.2.1985, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/17/KE (ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 30). [5] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49). [6] ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/52/KE (ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 16). [7] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. If-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 92/438/KEE (ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27). [8] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. [9] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/5/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 1). [10] ĠU L 55, 8.3.1971, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/116/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1). [11] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13). [12] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [13] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. -------------------------------------------------- ANNESS ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 85/73/KEE tad-29 ta’ Jannar 1985 dwar il-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet veterinarji u l-kontrolli koperti mid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE (emendati u kkonsolidati) Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jassiguraw, skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness A, li l-miżata Komunitarja tkun miġbura sabiex tkopri l-ispejjeż okkażjonati mill-ispezzjonijiet tal-, u l-kontrolli fuq il-prodotti elenkati f’dak l-Anness, inklużi dawk immirati biex tkun assigurata l-produzzjoni ta’ l-annimali fil-biċċeriji, bi qbil mal-ħtiġiet tad-Direttiva 93/119/KEE. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jassiguraw, skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness B, li tinġabar miżata Komunitarja sabiex tkopri l-ispejjeż okkażjonati mill-ispezzjonijiet u l-kontrolli stipulati mid-Direttiva 96/23/KE [1]. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jassiguraw, skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness Ċ, li tinġabar miżata Komunitarja sabiex tkopri l-ispejjeż okkażjonati mill-ispezzjonijiet tal-, u l-kontrolli fuq l-annimali ħajjin elenkati f’dak l-Anness. Artikolu 4 1. Matul l-adozzjoni tad-disposizzjonijiet li jirregolaw il-miżati Komunitarji, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-finanzjament ta’ l-ispezzjonijiet u l-kontrolli mhux koperti mill-Artikoli 1, 2 u 3. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu miżati nazzjonali bi qbil mal-prinċipji adottati għall-miżati Komunitarji. Artikolu 5 1. Il-miżati Komunitarji għandhom jiġu ffissati f-livell li jkopri l-ispejjeż sostenuti mill-awtorità kompetenti fir-rigward ta’: - l-ispejjeż tas-salarji u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali involuti fis-servizz ta’ l-ispezzjoni, - l-ispejjeż amministrattivi li jkunu ntefqu fit-twettiq tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, li jistgħu jinkludu n-nefqa li hemm bżonn għat-taħriġ matul is-servizz ta’ l-ispetturi, għall-kontrolli u l-ispezzjonijiet li ssir referenza dwarhom fl-Artikoli 1, 2 u 3. 2. L-ebda rimbors dirett jew indirett tal-miżati stipulati f’din id-Direttiva m’għandu jkun permissibbli B’dana kollu l-applikazzjoni possibbli minn Stat Membru tal-medja tan-normi stipulata fl-Annessi A, B u Ċ m’għandhiex tiġi kkunsidrata rimbors indirett fl-estimi tal-każi individwali. 3. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jitolbu ammont li jeċċedi l-livelli tal-miżati Komunitarji bil-kondizzjoni li l-miżati totali mitluba minn kull Stat Membru ma jeċċedux l-ispiża reali ta’ l-ispezzjoni. 4. Mingħajr preġudizzju għall-għażla ta’ l-awtorità awtorizzata sabiex titlob il-miżati Komunitarji, il-miżati Komunitarji għandhom jissostitwixxu t-tariffi l-oħra kollha ta’ l-ispezzjonijiet sanitarji jew il-miżati mitluba mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, jew lokali ta’ l-Istati Membri għall-ispezzjonijiet u l-kontrolli li ssir referenza dwarhom fl-Artikoli 1, 2 u 3 u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom. Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jitolbu miżati għall-ġlieda kkontra l-mard epiżootiċi u enżootiċi. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw regolarment lejn il-Kummissjoni - id-dati li jikkonċernaw id-distribuzzjoni u l-użu tal-miżati Komunitarji; għandhom ikunu kapaċi jiġġustifikaw il-metodi tal-kalkolazzjoni tagħhom, - ir-rati tal-kambju adottati kull sena bi qbil ma’ l-Artikolu 7, - il-post jew postijiet meta l-miżati Komunitarji jkunu mitluba, u jagħtu l-ispjegazzjonijiet neċessarji. 2. Bħala parti mill-kontrolli fuq il-post li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tivverifika jekk id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ikunux qed jiġu applikati. 3. Meta l-Istat Membru jikkunsidra li l-kontrolli fi Stat Membru ieħor m’humiex imwettqa b’mod sodisfaċenti u li l-miżati stipulati f’din id-Direttiva ma jkoprux l-ispejjeż tal-kontrolli, jew ma jkopruhomx b’mod adegwat, għandu jirrikorri għad-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 89/608/KEE u b’mod partikolari l-Artikolu 10 u 11 tagħha. Artikolu 7 1. Ir-rata tal-kambju fil-munita nazzjonali ta’ l-ammonti f’eku speċifikati f’din id-Direttiva għandu jkun dak ippubblikat ta’ kull sena fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Settembru fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rata għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Jannar fis-sena ta’ wara. 2. Bħala deroga mill-paragrafu 1: - għall-1994, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-rata tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Settembru 1992, - għas-snin 1995 sa1998 l-Istati Membri għandhom jużaw il-medja tar-rati tal-kambju ppubblikata bi qbil mal-paragrafu 1 għat-tliet snin preċedenti. Artikolu 8 Billi jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jemenda l-Annessi A, B u Ċ għal din id-Direttiva bil-ħsieb, b’mod partikolari, li jistabbilixxi livelli normali għall-miżati Komunitarji, u jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom u jaħseb għall-eċċezzjonijiet. Artikolu 9 1. Ir-Repubblika Ellenika għandha tkun awtorizzata li tidderoga mill-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva meta, minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi, l-ispejjeż tat-talb ta’ miżata f’reġjuni ġeografikament remoti huma akbar mill-qligħ mill-miżata. L-awtoritajiet Griegi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-estensjoni territorjali tad-derogi mogħtija. Dik l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ispjegazzjonijiet neċessarji. 2. Fil-każ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, Istati Membri l-oħra jistgħu jkunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE, li jibbenefikaw mill-istess derogi. [1] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. -------------------------------------------------- Anness A KAPITOLU I Il-miżati applikabbli għal-laħam kopert mid-Direttivi 64/433/KEE, 71/118/KEE, 91/495/KEE u 92/45/KEE Il-miżata li ssir referenza dwarha fl-Artikolu 1 hija ffissata bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1), kif ġej: 1. Mingħajr preġudizzju għall-punti 4 u 5, l-Istati Membri għandhom jiġbru għall-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-qatla, l-ammonti normali li ġejjin: (a) iċ-ċanga u l-vitella: - l-annimali ta’ l-ifrat adulti: ECU 4,5 kull annimal, - l-annimali ta’ l-ifrat żgħar: ECU 2,5 kull annimal; (b) l-annimali b’difer wieħed/tar-razza taż-żwiemel: ECU 4,4 kull annimal; (ċ) il-laħam tal-majjal: annimali bil-piż tal-karkassa - ta’ anqas minn 25 kg: ECU 0,5 kull annimal, - egwali għal, jew aktar minn 25 kg: ECU 1,30 kull annimal; (d) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż: annimali bil-piż tal-karkassa - ta’ anqas minn 12-il kg: ECU 0,175 kull annimal, - ta’ bejn 12 u 18-il kg: ECU 0,35 kull annimal, - ta’ aktar minn 18-il kg: ECU 0,5 kull annimal; (e) il-laħam tat-tjur: (i) jew b’rata normali kif ġej: - għall-kapuċċelli, tjur oħra żgħar għas-simna li jkunu jiżnu anqas minn 2 kg u għat-tiġieġ imsawra: ECU 0,01 kull annimal, - tjur żgħar oħra għas-simna bil-piż tal-karkassa egwali għal jew akbar minn 2 kg: ECU 0,02 kull annimal, - tjur adulti tqal oħra li jkunu jiżnu 5 kg jew aktar: ECU 0,04 kull annimal; (ii) jew, meta l-Istat Membru jiddeċiedi li ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kategoriji tat-tjur kif fi (i), ta’ ECU 0,03 kull għasfur; (f) il-laħam tal-fniek u l-laħam ta’ tjur tal-kaċċa żgħar jew l-anniamli tal-kaċċa ma’ l-art: - għall-fniek jew tjur tal-kaċċa żgħar u l-annimali tal-kaċċa ma’ l-art, ir-rati normali stabbiliti f’(e); - għall-annimali ta’ l-art li ġejjin: - il-ħanżir selvaġġ: ir-rati stabbiliti fi (ċ), miżjuda jekk il-livelli ma jkunux suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż, l-ispejjeż ta’ l-eżami trikinoskopiku stipulat fid-Direttiva 92/45/KEE, - annimali li jixtrarru: ir-rati stabbiliti f’(d). 2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet konnessi ma’ l-operazzjonijiet tat-tqattiegħ li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(1)(B) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 3(1)(B) tad-Direttiva 71/118/KEE għandhom ikunu koperti (a) jew: f’rata normali biż-żieda ta’ l-ammont normali ta’ ECU 3 kull tunnellata fuq il-laħam li jidħol fl-impjant tat-tqattiegħ. Dak l-ammont huwa miżjud ma’ l-ammonti li hemm referenza dwarhom fi 1 hawn fuq; (b) jew: billi jintalbu l-ispejjeż reali ta’ l-ispezzjoni kull siegħa maħduma. Meta l-operazzjonijiet tat-tqattiegħ ikunu mwettqa fl-istabbiliment fejn il-laħam ikun miksub, l-ammonti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitnaqqsu sa massimu ta’ 55 %. L-Istat Membru li jagħżel li jimponi miżati kull siegħa maħduma għandhu jkun kapaċi juri lill-Kummissjoni li l-ispejjeż reali ma jistgħux jiġu koperti billi jintalbu miżati bi qbil ma’ (a). 3. L-Istati Membri għandhom jitolbu ammont korrispondenti man-nefqa reali meħtieġa għall-kontrolli jew l-ispezzjonijiet tal-laħam li jkun qiegħed jinħażen b’mod konformi ma’, inter alia, l-Artikolu 3(1)(D) tad-Direttiva 64/433/KEE u l-Artikolu 3(1)(Ċ) tad-Direttiva 71/118/KEE. Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/433/KEE jew l-Artikolu 21 tad-Direttiva 71/118/KEE bil-ħsieb li b’mod partikolari jiġu deċiżi l-każi tal-laħam ta’ l-intervent u tal-laħam soġġett għall-ħażna għal żmien qasir fi mħażen imkessħa suċċessivi. 4. Sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jkunu żdiedu, l-Istati Membri jistgħu: (a) jew iżidu l-ammonti normali tal-miżati kif stabbilit fil-punti 1 u 2 (a) għall-istabbilimenti individwali. Minbarra minn dak stabbilit fil-punt 5 (a), il-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu jistgħu jkunu dawn li ġejjin: - l-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni ogħla minħabba nuqqas partikolari ta’ uniformità fl-annimali għall-qatla f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-età, daqs, piż u stat tas-saħħa, - perjodi ta’ stennija jew inkella perjodi mhux produttivi għall-personal ta’ l-ispezzjoni minħabba ppjanar bil-quddiem mhux adegwat mill-istabbiliment tal-kunsinni ta’ l-annimali jew tan-nuqqasijiet tekniċi jew tal-fallimenti, per eżempju fi stabbilimenti aktar qodma, - dewmien frekwenti fil-proċess tal-qatla, e.g. bħala riżultat ta’ nuqqas fil-personal tal-qatla u minħabba f’hekk it-tħaddim ta’ anqas personal ta’ l-spezzjoni milli jkun hemm bżonn, - spejjeż akbar minħabba ħinijiet ta’ l-ivjaġġar speċjali, - aktar ħin meħud mill-ispezzjonijiet minħabba l-perjodu tal-qatla li jinbidlu spiss li ma jkunux fil-kontroll tal-personal ta’ l-ispezzjoni, - interruzzjonijiet frekwenti fil-proċess tal-qatla sabiex jintlaħqu l-obbligi tat-tindif u diżinfettazzjoni, - l-ispezzjonijiet ta’ l-annimali li, fuq talba tas-sid, ikunu maqtula ’l barra mis-sigħat tal-qatla normali. L-ammont taż-żidiet fir-rata normali ċentrali għall-miżati jiddependi fuq il-livell ta’ l-ispejjeż li jkunu jridu jiġu koperti; (b) jew tintalab miżata speċjali li tkopri l-ispejjeż reali. 5. L-Istati Membri li fihom l-ispejjeż tas-salarji, l-istruttura ta’ l-istabbilimenti u r-relazzjoni bejn il-veterinarji u l-ispetturi jvarjaw mill-medja Komunitarja meħuda bħala bażi għall-kalkolazzjoni ta’ l-ammonti normali ffissati fil-punti 1u 2 (a) jistgħu b’mod eċċezzjonali jnaqqsuhom sabiex jintlaħqu l-ispejjeż reali ta’ l-ispezzjoni: (a) b’mod ġenerali, billi hemm differenzi sostanzjali fl-għoli tal-ħajja u l-ispejjeż tas-salarji; (b) għall-istabbilimenti individwali, fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin: - ir-rata tal-qatla minima kull jum li tippermetti li l-użu tal-personal ta’ l-ispezzjoni relevanti jiġi ppjanat bil-quddiem, - in-numru ta’ l-annimali maqtula jkun kostanti, sabiex il-kunsinni ta’ l-annimali jkunu jistgħu jiġu ppjanati bil-quddiem, b’hekk ikun permissibbli li jsir użu razzjonali mill-personal ta’ l-ispezzjoni, - organizzazzjoni stretta u ppjanar fi ħdan l-istabbiliment flimkien mar-rata tal-qtil ta’ malajr, li jippermettu l-aħjar użu tal-personal ta’ l-ispezzjoni, - l-ebda perjodi ta’ stennija jew perjodi mhux produttivi għall-personal ta’ l-ispezzjoni; - l-annimali għall-qatla jkunu uniformi kemm jista’ jkun fl-età, fid-daqs, fil-piż u fl-istat tas-saħħa. Fl-ebda każ l-applikazzjoni ta’ dawn l-eżenzjonijiet ma għandha tirriżulta fi tnaqqis ta’ aktar minn 55 % tal-livelli indikati fil-punti 1 u 2 (a). 6. (a) Il-miżati li ssir referenza dwarhom fil-punti 1, 2 u 3 għandhom jinġabru, kif xieraq, fil-biċċerija, fl-impjant tat-tqattiegħ jew fil-maħżen imkessaħ. Għandhom ikunu dovuti mill-operatur jew mis-sid li jkun qiegħed iwettaq l-operazzjonijiet imsemmija qabel, li jista’, b’dana kollu, jgħaddi l-miżata imposta għall-operazzjoni kkonċernata lill-persuna naturali jew legali li akkont tagħha l-operazzjoni tkun ġiet imwettqa. Billi l-ispezzjoni sanitarja tat-tjur ħajjin titwettaq fir-razzett ta’ l-oriġini, bi qbil mad-Direttiva 1/118/KEE, ammont sa 20 % tar-rati normali stabbiliti fil-punt 1 (e) jistgħu jiġu imposti fir-razzett ta’ l-oriġini. (b) Bħala deroga mill-kunċett ta’ post ta’ l-impożizzjoni li ssir referenza dwaru fl-ewwel sentenza ta’ (a), fil-każ ta’ stabbilimenti li jwettqu aktar minn operazzjoni waħda u tal-ktajjen tal-produzzjoni li jkopru aktar minn operazzjoni waħda, l-Istati Membri jistgħu jimponu miżata komplessiva totali li tinkludi d-diversi ammonti simultanjament f’post wieħed. (ċ) Jekk il-miżata imposta f’biċċerija tkun tkopri l-ispezzjonijiet kollha li ssir referenza dwarhom f’(a), l-Istati Membri m’għandhom jimponu l-ebda miżata fl-impjant tat-tqattiegħ jew fil-maħżen imkessaħ. KAPITOLU II Il-miżati applikabbli għal-laħam koperti mid-Direttiva 72/462/KEE, il-Kapitolu III tad-Direttiva 71/118/KEE, il-Kapitolu III tad-Direttiva 92/45/KEE u l-Kapitolu 11 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE 1. Il-miżata li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 1 hija ffissata fil-livell normali minimu ta’ ECU 5 kull tunnellata (bl-għadam), b’ammont minimu ta’ ECU 30 kull kunsinna. L-Istati Membri jistgħu, b’dana kollu, iżidu dak l-ammont b’mod eċċezzjonali sabiex jifdu l-ispejjeż reali. 2. B’dana kollu, għall-importazzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li fl-20 ta’ Frar 1995 ikunu bdew in-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim komprensiv dwar l-ekwivalenza tal-garanziji veterinarji (is-saħħa ta’ l-annnimali u s-saħħa pubblika) ibbażati fuq il-prinċipju tat-trattamement reċiproku u li bih il-ftehim ta’ dan it-tip ikun ġie konkluż qabel il-31 ta’ Diċembru 1996, l-Istati Membri jistgħu, sat-30 ta’ Ġunju 1997 iżommu dan il-livell imnaqqas ta’ miżati. L-ammont tal-miżata li għandha tiġi imposta fuq l-importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż terz li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi ffissat, wara l-konklużjoni tal-ftehim komprensiv ta’ l-ekwivalenza ma’ l-imsemmi pajjiż terz, permezz tal-proċedura li hemm referenza dwarha fil-paragraph 3, wara li jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin: - il-frekwenza tal-kontrolli, - il-livell tal-miżata applikata mill-imsemmi pajjiż terz għall-importazzjoni li toriġina fl-Unjoni Ewropea, - l-abolizzjoni ta’ tariffi oħrajn imposti mill-pajjiż terz, bħalma hi l-preżentazzjoni jew il-ġabra obbligatorja ta’ l-obbligazzjoni tas-saħħa. 3. Meta d-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE jkunu adottati bi qbil ma’ l-istess proċedura li hemm referenza dwarha fil-punt 1 għandhom ikunu aġġustati fid-dawl tal-frekwenza mnaqqsa tal-kontrolli li tkun saret deċiżjoni dwarhom. Meta tieħu dawn id-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tieħu akkont b’mod partikolari tal-garanziji mogħtija minn pajjiżi terzi rigward l-aċċettazzjoni tal-prinċipji tar-reġjonalizzazjoni u tal-prinċipji Komunitarji l-oħra. 4. Il-miżata li hemm referenza dwarha fil-punt 1 hija dovuta mill-importatur jew mill-aġent doganali tiegħu u imposta fl-uffiċċju doganali responsabbli mill-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera jew direttament fil-post ta’ l-ispezzjoni. 5. L-Istati Membri jistgħu jallokaw parti mill-qligħ tal-miżati stipulati f’dan il-Kapitolu għall-fond ta’ solidarjetà sanitarja intiż sabiex isaħħaħ is-servizzi veterinarji sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu b’mod aktar effettiv għal kull ħjiel ta’ mard eżotiku. KAPITOLU III Il-miżati applikabbli għall-prodotti tas-sajd koperti mid-Direttiva 91/493/KEE Sezzjoni I Il-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-Kapitolu I tad-Direttiva 91/493/KEE Il-miżata li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 1 għandha tiġi ffissata bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1) kif ġej: 1. (a) L-Istati Membri għandhom jiġbru l-miżata għall-ispejjeż ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontrolli uffiċjali stipulati fil-Kapitolu V (II) ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE; (b) il-miżata stipulata fi (a) għandha tiġi ffissata fi ECU 1 kull tunnellata tal-prodotti tas-sajd għall-ewwel 50 tunnellata u f’ECU 0,5 kull tunnellata segwenti. Għandha tinġabar fi żmien l-ewwel tqegħid fis-suq, kemm-il darba ma tkunx diġà nġabret ma’ l-inżul, u għandha, f’kull każ, tiġi imposta fuq l-ewwel xerrej. L-Istati Membri għandhom jistipulaw sistema li tippermetti l-ġmigħ tal-kwantitajiet tal-prodotti tas-sajd fuq ċertu perjodu u l-arranġamenti għall-ġbir ċentralizzat fiż-żmien ta’ l-ewwel bejgħ; (ċ) bħala deroga minn (b), il-miżati miġbura fuq l-ispeċi li hemm referenza dwarhom fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3703/85 m’għandhomx jeċċedu ECU 50 kull kunsinna maħtuta jekk l-ispejjeż reali ma jeċċedux dak l-ammont; (d) il-ġbir tal-miżata stipulata f’(a) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ġbir ta’ dik stipulata fil-punt 2 fil-każ ta’ l-ipproċessar sussegwenti tal-prodotti tas-sajd, mingħajr preġudizzju għall-punt 7 (b). 2. (a) L-Istati Membri għandhom jiġbru l-miżata għall-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni f’dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari mal-kontrolli uffiċjali mwettqa bi qbil mal-punt I tal-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE u l-kontrolli uffiċjali stipulati fil-punt II ta’ l-imsemmi Kapitolu V. (b) Il-miżata stipulata f’(a) għandha tiġi ffissata f’ECU 1 u għandha tiġi imposta fuq kull tunnellata tal-prodotti tas-sajd li jidħlu fi stabbiliment tal-preparazzjoni u/jew ta’ l-ipproċessar jew li jkunu ġejjin minn vapur fabbrika. Barra minn hekk, fil-każ ta’ l-ispezzjoni fuq vapur fabbrika barra mill-pajjiż, l-Istati Membri għandhom jimponu l-ispiża reali ta’ l-ispezzjoni msemmija. (ċ) Fuq talba ta’ l-Istat Membru, akkumpanjata mid-dokumenti ta’ appoġġ neċessarji, jista’ jiġi ffissat livell aktar baxx ta’ miżati li hemm referenza dwarhom fil-punt 1 (ċ) bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE. 3. (a) Meta, wara eżami ddettaljat ta’ l-ispejjeż tal-kontrolli li hemm referenza dwarhom fil-punt 1 (a) għal ċerti prodott fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru li jikkunsidra li l-ispejjeż reali ma jistgħux ikunu koperti permezz tal-ġbir tal-miżati bi qbil mal-punt 1 (b), huwa għandu jkun awtorizzat li jistabbilixxi arranġamenti għall-impożizzjoni ta’ miżati fuq kull siegħa maħduma għal dak il-prodott. (b) Meta, wara l-eżami ddettaljat ta’ l-ispejjeż tal-kontrolli li hemm referenza dwarhom fil-punt 2 (a) għall-ċerti prodott fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru jikkunsidra li l-ispejjeż reali ma jistgħux jiġu koperti permezz tal-ġbir tal-miżati bi qbil mal-punt 2 (b) f’ċertu stabbiliment, huwa għandu jkun awtorizzat li jistabbilixxi arranġamenti għall-impożizzjoni tal-miżati fuq kull siegħa maħduma għall-istabbilimenti li jieħdu ħsieb dak il-prodott. L-Istat Membru li jagħżel li jimponi miżati kull siegħa maħduma għandu jkun kapaċi juri lill-Kummissjoni li l-ispejjeż reali ma jistgħux jiġu koperti permezz tal-ġbir ta’ miżati bi qbil mal-punti 1 (b) u 2 (b). 4. (a) L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jnaqqsu l-ammont tal-miżata stipulata fil-punt 1 (b) meta l-kontrolli stipulati fil-punt 1 ikunu ffaċilitati bil-fatt li: - il-ħut huma kklassifikati għall-freskezza u/jew id-daqs bi qbil mar-Regolamenti (KEE) Nru 103/76 u Nru 104/76, jew irrikonoxxuti bi qbil mar-regoli nazzjonali, u/jew - it-tranżazzjonijiet ta’ l-ewwel bejgħ huma kklassifikati flimkien, b’mod partikolari f’irkant tal-ħut jew fis-suq bl-ingrossa. Taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq twassal għall-tnaqqis ta’ aktar minn 55 %. B’dana kollu, fuq talba ta’ Stat Membru, akkumpanjata mid-dokumenti ta’ l-appoġġ addattati, jista’ jkun deċiż tnaqqis addizzjonali bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE. (b) L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jnaqqsu l-ammont tal-miżata stipulata fil-punt 2 meta: - il-preparazzjoni jew l-ipproċessar ikun imwettaq fuq l-istess sit ta’ l-ewwel bejgħ jew l-ipproċessar, u/jew - f’ċertu stabbiliment, il-kondizzjonijiet ta’ l-operazzjoni u l-garanziji tal-kontrolli ta’ l-istabbiliment innifsu huma tali li l-personal ta’ l-ispezzjoni jkun jista’ jiġi mnaqqas. Taħt l-ebda ċirkustanza ma tista l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet msemmija hawn fuq ma’ twassal għall-tnaqqis ta’ aktar minn 55 %. B’dana kollu, fuq talba ta’ Stat Membru, akkumpanjati minn dokumenti ta’ appoġġ addattati, jista’ jiġi deċiż tnaqqis addizzjonali bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE. 5. L-Istati Membri għandhom jiġbru ammont korrispondenti għall-ispiża reali tal-kontrolli fuq il-prodotti tas-sajd fl-istabbilimenti li jkessħu, jiffriżaw, jippakkjaw jew jaħżnu biss. B’dana kollu, jekk il-miżata miġbura bi qbil mal-punti 1 u 2 tkopri l-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni kollha fir-rigward tal-kontrolli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, l-Istat Membru m’għandux jiġbor il-miżata li hemm referenza dwarha f’dan il-punt. 6. (a) Il-miżati stipulati fil-punti 2 u 5 għandhom ikunu dovuti mill-operatur jew mis-sid ta’ l-istabbiliment li jkun qiegħed iwettaq l-operazzjonijiet imsemmija qabel, li jista’, b’dana kollu, jgħaddi l-miżata imposta għall-operazzjoni kkonċernata lill-persuna naturali jew legali li akkont tagħha l-operazzjoni tkun twettqet. (b) Fil-każ tal-prodotti tas-sajd intiżi għall-preparazzjoni sussegwenti u/jew l-ipproċessar fi ħdan it-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jiġbru l-miżata totali li tkopri l-ammonti differenti f’okkażjoni waħda u f’post wieħed. L-Istati Membri li jkunu jixtiequ japprofittaw ruħhom minn din il-possibbiltà għandhom l-ewwel jinfurmaw lill-Kummissjoni. 7. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jikkontrollaw li l-miżati stipulati f’dan il-Kapitolu jkunu tħallsu mill-operaturi kkonċernati. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li, permezz tar-regoli nazzjonali tagħhom, li l-operaturi jirċievu attestazzjonijiet bil-miktub jew xi tip ta’ prova oħra ta’ ħlas individwali jew globali jew għall-ordni għall-ħlas stipulat fil-punt 1 (a) ta’ dan il-Kapitolu, kemm-il darba l-prodotti tas-sajd kkonċernati jkunu intiżi għall-preparazzjoni jew għall-ipproċessar fi ħdan it-territorju ta’ l-Istat Membru fejn ikunu tniżżlu, u bil-kondizzjoni li l-ammont kollhu tal-miżata tkun ġiet imħallsa fl-istabbiliment ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-istabbiliment tal-preparazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati ta’ l-implimentazzjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. 8. Meta jittieħed akkont tad-derogi strutturali konċessi lill-Finlandja u lill-Isvezja fil-kuntest ta’ l-organizzazjoni komuni tas-swieq permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, u mingħajr preġudizzju għall-konformità mal-livelli tal-miżati stipulati f’din is-Sezzjoni, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE, ikunu awtorizzati, fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ appoġġ addattati, japplikaw mezzi alternattivi ta’ ġbir sa kemm ikun hemm ir-riżultat tar-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/43/KE. Sezzjoni II Il-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-Kapitolu II tad-Direttiva 91/493/KEE 1. Fil-każ tal-prodotti tas-sajd li hemm referenza dwarhom fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/493/KEE, id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tas-Sezzjoni I ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw. L-Istati Membri għandhom ukoll jiġbru ammont addizzjonali sabiex ikopru l-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni inerenti f’dan it-tip ta’ bastiment u l-ħatt, b’minimu ta’ ECU 1 kull tunnellata maħtuta. 2. Għall-prodotti tas-sajd bl-eċċezzjoni ta’ dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt 1, jiġifieri l-prodotti tas-sajd kollha li jridu jgħaddu minn postijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntieri, il-miżata stipulata fl-Artikolu 1 għandha tiġi ffissata bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1) fil-livell normali minimu ta’ ECU 5 kull tunnellata, b’minimu ta’ ECU 30 kull kunsinna, għalkemm, ’il fuq minn 100 tunnellata, l-ammont minimu normali ta’ ECU 5 għandu jitnaqqas għal: - ECU 1,5 kull tunnellata addizzjonali għall-prodotti tas-sajd li ma jkunux għaddew mill-ebda preparazzjoni ħlief it-tindif mill-garġi; - ECU 2,5 kull tunnellata addizzjonali għall-prodotti l-oħra tas-sajd. 3. Meta d-deċiżjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 90/675/KEE jkunu adottati bi qbil ma’ l-istess proċedura, l-ammonti li hemm referenza dwarhom fil-punt 2 għandhom jiġu aġġustati fid-dawl tal-frekwenza mnaqqsa tal-kontrolli miftiehma. Meta d-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu, il-Kummissjoni għandha tieħu akkont tal-garanziji mogħtija minn pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni tal-prinċipji tar-reġjonalizzazzjoni, l-ekwivalenza, ir-reċiproċità u l-prinċipji Komunitarji l-oħra, b’mod partikolari billi dawn il-pajjiżi terzi huma koperti minn ftehim komprensiv mal-Komunità fuq l-ekwivalenza tal-garanziji veterinarji (is-saħħa ta’ l-animali u pubblika). Taħt l-ebda ċirkustanzi l-applikazzjoni ta’ din il-varjazzjoni ma tista’ twassal għall-miżati ta’ anqas mill-ammonti imposti bi qbil mas-Sezzjoni I (1) (b) u (2) (b) għall-prodotti maħtuta minn fuq bastimenti li jtajru l-bnadar tal-Komunità. Il-ġbir ta’ din il-miżata għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ġbir tal-miżata stipulata fil-punt 2 (b) tal-Kapitolu I fl-eventwalità ta’ proċessar ulterjuri. Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżati stipulati taħt is-Sezzjoni I għall-importazzjoni maħtuta minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Greenland. 4. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-punt 2 billi jiġbru l-miżati sal-livell reali ta’ l-ispejjeż. 5. Il-miżata stipulata fil-punt 2 għandha tkun dovuta mill-importatur, jew mill-aġent doganali tiegħu, u miġbura fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera jew direttament fil-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera. 6. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 1999 il-miżati stipulati permezz tas-Sezzjoni I għall-importazzjoni maħtuta minn fuq bastimenti tas-sajd li jappartjeni għal negozji konġunti rreġistrati bi qbil mad-disposizzjoni Komunitarja relevanti. -------------------------------------------------- ANNESS B IL-MIŻATI INTIŻI SABIEX JASSIGURAW LI L-KONTROLLI FUQ L-ANNIMALI ĦAJJIN U L-PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI LI HEMM PROVVEDIMNT DWARHOM FID-DIRETTIVA 96/23/KEE JKUNU MWETTQA 1. Il-miżata li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2 għandha tiġi ffissata kif ġej: (a) għall-annimali ħajjin għall-qatla u l-laħam kopert mill-Kapitolu I ta’ l-Anness A: ECU 1,35 kull tunnellata ta’ laħam maqtul; (b) għall-prodotti tal-biedja koperti mill-Kapitolu III ta’ l-Anness A: ECU 0,1 kull tunnellata ta’ prodott imqiegħed fil-kummerċ; (ċ) għall-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib: ECU 0,02 kull 1000 litru ta’ ħalib nej; (d) għall-prodotti magħmula mill-bajd: l-ammont korrispondenti għall-ispiża reali tal-kontroll; (e) għall-għasel: L-Istati Membri jistgħu jimponu ammont li jkopri l-ispiża reali ta’ l-ispezzjoni jew tal-kontroll. 2. B’mod konformi mal-livelli ffissati fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-iskemi li ġejjin: (a) il-miżata li hemm referenza dwarha fil-punt 1 tkun miġbura kollha fl-istabbiliment li jifforma parti mill-katina tal-produzzjoni: - il-biċċeriji fil-każ tal-miżata stipulata fil-punt 1 (a), - l-istabbilimenti li jwettqu l-preparazzjoni u/jew l-ipproċessar fil-każ tal-miżata stipulata fil-punt 1 (b), - l-istabbiliment tal-ġbir tal-ħalib nej fil-każ tal-miżata stipulata fil-punt 1 (c); (b) parti mill-miżata li hemm referenza dwarha fil-punt 1 tkun miġbura f’kull stadju tal-katina tal-produzzjoni, inkluża l-fażi tat-trobbija, skond il-kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri. 3. Il-miżata li hemm referenza dwarha fil-punt 1 għandha tkun dovuta mill-operatur jew mis-sid ta’ l-istabbiliment jew ta’ l-istabbilimenti kkonċernati, li jistgħu, b’dana kollu, jgħaddu l-miżata mposta lill-persuna naturali jew legali li akkont tagħha l-operazzjonijiet ikkonċernati jkunu mwettqa. -------------------------------------------------- ANNESS Ċ IL-MIŻATI LI GĦANDHOM IKUNU IMPOSTI GĦALL-ANNIMALI ĦAJJIN KAPITOLU I L-annimali ħajjin u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mid-Direttiva 90/425/KEE 1. Sabiex jiġu ffinanzjati l-kontrollli fl-oriġini għandha tiġi imposta miżata. 2. L-ambitu u l-livell tal-miżata, r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tagħhom, inkluża b’mod partikolari d-determinazzjoni ta’ min għandu jħallas, u kull stennija għandha tiġi stabbilita bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 8. KAPITOLU II L-annimali ddestinati għall-importazzjoni koperti mid-Direttiva 91/496/KEE 1. Il-miżata li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 hija ffissata: (a) għall-annimali ta’ l-ispeċi li hemm referenza dwarhom fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A bir-rata normali ta’ ECU 5 kull tunnellata ta’ annimali ħajjin b’ammont minimu ta’ ECU 30 kull kunsinna; (b) għall-annimali ta’ speċi oħra fl-ispiża reali ta’ l-ispezzonijiet espressa jew għal kull annimal jew għal kull tunnellata importata, b’minimu ta’ ECU 30 kull kunsinna wara li jkun miftieħem li dan il-minimu ma japplikax għall-importazzjoni ta’ speċi li hemm referenza dwarhom fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/432/KEE. B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu bħala deroga jżidu dawn l-ammonti sal-livell ta’ l-ispejjeż reali. 2. Għall-importazzjoni minn kull wieħed mill-pajjiżi li fl-20 ta’ Frar 1995 ikunu bdew negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim komprensiv dwar l-ekwivalenza tal-garanziji veterinarji (is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika) ibbażati fuq il-prinċipju ta’ trattament reċiproku u li bih ftehim ta’ dan it-tip ikun ġie konkluż qabel il-31 ta’ Diċembru 1996, l-Istati Membri jistgħu, sat-30 ta’ Ġunju 1997, iżommu dan il-livell imnaqqas ta’ miżati. L-ammont tal-miżata li għandha tiġi imposta fuq l-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi terzi li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi ffissat fil-ftehim ta’ l-ekwivalenza komprensiv ma’ l-imsemmi pajjiż terz u għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin: - il-frekwenza tal-kontrolli, - il-livell tal-miżata applikata mill-imsemmi pajjiż terz għall-importazzjoni li toriġina fl-Unjoni Ewropea, - l-abolizzjoni tat-tariffi l-oħra imposti mill-pajjiz terz, bħalma hi l-akkomodazzjoni obbligatorja jew il-ġbir tal-garanzija tas-saħħa. 3. Il-miżata li hemm referenza dwarha fil-punt 1 hija dovuta mill-importatur jew mill-aġent doganali tiegħu u miġbura fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera, jew direttament fil-post ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera. 4. Fuq talba ta’ Stat Membru, akkumpanjata minn dokumenti ta’ appoġġ xierqa u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 89/662/KEE, jista’ jiġi applikat livell aktar baxx ta’ miżati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi. 5. L-Istati Membri jistgħu jallokaw parti mid-dħul mill-miżati stipulati f’dan il-Kapitolu għall-fond ta’ solidarjetà tas-saħħa intiż sabiex isaħħaħ is-servizzi veterinarji ħalli jkunu jistgħu jirreaġixxu b’mod aktar effettiv għal kull ħjiel ta’ mard eżotiku. --------------------------------------------------