31996L0037



Official Journal L 186 , 25/07/1996 P. 0028 - 0071


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/37/KE

tas-17 ta’ Ġunju 1996

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar il-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (is-saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA’ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u ta’ l-ankoraġġi tagħhom) [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 81/577/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-Direttiva 74/408/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li ġiet stabbilità bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jikkonċernaw is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ta’ vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, partikolarment, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, jeħtieġu li kull direttiva separata jkollha mehmuża magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti relevanti tal-Anness I għal dik id-Direttiva kif ukoll ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip bbażat fuq l-Anness VI tagħha biex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata;

Billi huwa possibbli li din id-Direttiva tkun adatta iktar fid-dawl tal-progress tekniku biex titjieb il-protezzjoni provduta lill-passiġġieri li jkunu f’vetturi bil-mutur fejn tidħol is-saħħa tas-sedili u t-twaħħil ta’ restraints għar-ras, billi tkun meħtieġa l-konformità mad-dispożizzjonijiet tekniċi tar-Regolament 17.04 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u, partikolarment, l-għoli ta’ restraints għar-ras kif kontemplat għas-serje 05 tal-emendi għal dak ir-Regolament;

Billi huwa wkoll possibbli li restraints għar-ras jkunu mwaħħla mas-sedili tan-naħa ta’ barra ta’ quddiem f’vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 b’piż gross li ma jkunx jeċċedi it-3500 kg sabiex ikun imminimizzat ir-riskju ta’ xi korriment fl-għonq meta jkun hemm ħabtiet min-naħa ta’ wara tal-vettura;

Billi l-proċedura biex ikun stabbilit il-punt-H tas-sedil jidher fl-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE [5], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/630/KEE [6], u bħala konsegwenza mhuwiex meħtieġ li jingħata darb’oħra f’din id-Direttiva; billi ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE [7], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/632/KEE [8], u għad-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE [9];

Billi fil-futur għandha tingħata konsiderazzjoni lill-iżvilupp tal-ħtiġiet tas-saħħa tas-sedil li huma speċifiċi għall-vetturi tal-kategorija M2, ibbażati fuq l-esperjenza u r-riċerka dwar inċidenti. Billi fil-futur għandha tingħata konsiderazzjoni lill-prestazzjoni tas-sedili suġġetti għat-tagħbija kombinata ta’ okkupant li jkollu restraint għar-ras u passiġġier wara li ma jkollux restraint għar-ras; billi għandu jsir programm ta’ riċerka fis-sentejn li ġejjin bil-ħsieb li tkun żviluppata proċedura ġdida ta’ test għal sedil statiku li jipprovdi livell ekwivalenti ta’ sigurtà meta mqabbel mat-test dinamiku li hemm bħalissa;

Billi fil-futur għandha tingħata konsiderazzjoni għal aktar titjib fil-protezzjoni provduta bis-restraint għar-ras, ibbażat fuq studju ta’ mudelli ta’ korrimenti, inkluża l-introduzzjoni possibbli ta’ korriment fl-għonq bħala kriterju tal-prestazzjoni, ibbażat fuq l-użu tal-manikin tat-test Ibridu III;

Billi d-dħul fis-seħħ ta’ emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE [10], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/628/KEE [11], biex ikun hemm ċinturini tas-sigurtà fil-vetturi tal-kategorija M2 u M3 jiddependi fuq l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE [12], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/629/KEE [13], fuq l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà u ta’ din id-Direttiva fuq is-saħħa tas-sedili;

Billi l-miżuri li hemm f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku mwaqqaf bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. It-titolu tad-Direttiva 74/408/KEE għandu jkun emendat biex jaqra kif ġej: ‘Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE dwar vetturi bil-mutur li tikkonċerna s-sedili, l-ankoraġġi u restraints għar-ras tagħhom.’

2. L-Artikoli tad-Direttiva 74/408/KEE huma emendati kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 għandu jinqara fl-aħħar:‘…bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu.’;

(2) L-Artikolu 2 għandu jaqra:minħabba raġunijiet marbuta mas-saħħa tas-sedili jew l-ankoraġġi tagħhom, jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal sedil minħabba raġunijiet marbuta mas-saħħa tiegħu u l-kapaċità tal-protezzjoni tal-okkupant, jekk dawn ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi II jew III, skond kif japplika, meta l-vettura tkun tal-kategorija M u tkun mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà, u l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV meta l-vettura tkun tal-kategorija M2 jew M3 mingħajr ċinturini tas-sigurtà jew għall-kategorija N. Il-kategoriji tal-vetturi huma definiti fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE.’;

(3) L-Artikolu 3 għandu jaqra:raġunijiet marbuta mas-saħħa tas-sedili jew l-ankoraġġi tagħhom, jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe sedil għal raġunijiet marbuta mas-saħħa tiegħu u l-kapaċità tal-protezzjoni tal-okkupant, jekk dawn ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Annessi relevanti, skond il-kategorija tal-vettura kif stabbilit fl-Artikolu 2.’;

(4) Fl-Artikolu 4, ibdel ‘l-Anness I, 2.2’ b’‘l-Anness II, 2.2, l-Anness III, 2.3 jew l-Anness III, 2.4, skond kif japplika’;

(5) Fl-Artikolu 5, ibdel ‘l-Annessi I sa IV’ b’‘l-Annessi’.

3. L-Annessi għad-Direttiva 74/408/KEE huma hawnhekk emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997 l-ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li jikkoċernaw is-sedili, l-ankoraġġi u r-restraint għar-ras:

- jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur jew tip ta’ sedil, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ sedili,

jekk is-sedili, l-ankoraġġi u r-restraint għar-ras tagħhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1999 għall-vetturi tal-kategorija M2 li jkollhom massa massima li ma teċċedix it-3500 kg u l-vetturi l-oħra kollha mill-1 ta’ Ottubru 1997, l-Istati Membri:

- m’għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sedili, l-ankoraġġi u r-restraint għar-ras tagħhom, u għal tip ta’ sedil, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2001 għal vetturi tal-kategorija M2 li jkollhom massa massima li ma teċċedix it- 3500 kg u l-vetturi l-oħra kollha fil-kategoriji M u N1 mill-1 ta’ Ottubru 1999, l-Istati Membri:

- għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, u

- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, u

- jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ sedili ġodda,

għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sedili, l-ankoraġġi u r-restraint għar-ras tagħhom jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux ġew mwettqa.

4. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 74/408/KEE li jirrelataw mas-sedili bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, huma applikabbli għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 3

Fi żmien sentejn mid-data msemmija fl-Artikolu 4, għandha ssir reviżjoni mill-Kummissjoni tal-punti li ġejjin:

- l-ekwivalenza ta’ ttestjar ta’ sedil statiku għall-iskopijiet tal-Anness III,

- il-ħtiġiet għar-restraint għar-ras għall-iskopijiet tal-Anness II,

- ħtiġiet speċifiċi dwar is-saħħa tas-sedil għall-vetturi tal-kategorija M2,

- ħtiġiet ta’ saħħa meta dawn ikunu suġġetti għal tagħbija kumbinata,

- l-applikabilita taċ-ċinturini ta’ sigurtà għal sedili li jħarsu lejn il-ġenb.

Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din ir-reviżjoni, emenda oħra tad-Direttiva tista’ tiġi proposta f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1996 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1.

[3] ĠU L 221, tat-12.8.1974, p. 1.

[4] ĠU L 209, tad-29.7.1981, p. 34.

[5] ĠU L 267, tad-19.10.1977, p. 1.

[6] ĠU L 341, tas-6.12.1990, p. 20.

[7] ĠU L 38, tal-11.2.1974, p. 2.

[8] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 26.

[9] ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 1

[10] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 95.

[11] ĠU L 341, tas-6.12.1990, p. 1.

[12] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.

[13] ĠU L 341, tas-6.12.1990, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista ta’ l-Annessi hi inserita bejn l-Artikoli u l-Anness I biex taqra kif ġej:

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. |

| Appendiċi 1: Dokument ta’ informazzjoni (vettura) |

| Appendiċi 2: Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE (vettura) |

| Appendiċi 3: Dokument ta’ informazzjoni (komponent) |

| Appendiċi 4: Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE (komponent) |

| Appendiċi 5: Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE |

L-ANNESS II: | Il-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjonijiet u l-ħtiġiet għall-vetturi tal-kategorija M1. |

| Appendiċi 1: Testijiet u struzzjonijiet dwar l-użu |

| Appendiċi 2: Il-proċedura tat-test biex tkun verifikata d-dissipazzjoni tal- enerġija |

| Appendiċi 3: Metodu għall-ittestjar tal-ankoraġġi tas-sedil |

L-ANNESS III: | Il-kamp ta’ applikazzjoni, id-definizzjonijiet u l-ħtiġiet għal ċertu vetturi tal-kategoriji M2 u M3 |

| Appendiċi 1: Il-proċeduri tat-test għas-sedili u/jew l-ankoraġġi |

| Appendiċi 2: Il-proċedura tat-test għall-ankoraġġi fil-vettura |

| Appendiċi 3: Il-kejl li għandu jittieħed |

| Appendiċi 4: Determinazzjoni ta’ kriterji ta’ aċċettabilità |

| Appendiċi 5: Il-ħtiġiet ta’ sedil statiku |

| Appendiċi 6: Il-ħtiġiet tal-assorbiment tal-enerġija |

L-ANNESS IV: | Speċifikazzjonijiet ġenerali għal vetturi mhux koperti bl-Annessi II u III. |

"

L-Anness I ġdid qed ikun inkluż kif ġej:"

L-ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura tal-kategorija M jew N fejn huma konċernati s-sedili, l-ankoraġġi u r-restraint għar-ras tagħhom, jew vettura tal-kategorija M2 jew M3 fejn huma konċernati l-ankoraġġi, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura.

1.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni qed jingħata fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

1.3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Vettura rappresentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata u, jekk ikun meħtieġ, parti relevanti mill-istruttura tal-vettura;

1.3.2. għal vetturi koperti mill-Anness II jew III, sett addizzjonali tas-sedili tat-tip li bihom il-vettura hija mgħammra, flimkien mal-ankoraġġi tagħhom;

1.3.3. għall-vetturi tal-kategorija M1, tal-kategorija M2 b’massa massima li ma tkunx teċċedi aktar minn 3500 kg u tal-kategorija N1, b’sedili imwaħħla jew li kapaċi jkunu mwaħħla b’restraint għar-ras, barra mill-ħtiġiet stabbiliti fil-Paragrafi 1.3.1 u 1.3.2:

1.3.3.1. fil-każ ta’ restraint għar-ras li jkun jinqala’: sett addizzjonali ta’ sedili, imwaħħla bir-restraint għar-ras, tat-tip li bihom il-vettura hija mgħammra, flimkien ma’ l-ankoraġġi tagħhom;

1.3.3.2. fil-każ ta’ restraint għar-ras separati: sett addizzjonali ta’ sedili tat-tip li l-vettura hija mgħammra bihom, bl-ankoraġġi tagħhom, sett addizzjonali tar-restraint għar-ras li jikkorrispondi u parti mill-istruttura tal-vettura li magħha r-restraint għar-ras ikun imwaħħal, jew inkella l-istruttura kompluta.

2. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ sedil

2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent ta’ sedil skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tkun sottomessa mill-manifattur tas-sedili.

2.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni qed jingħata fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness:

2.3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal- approvazzjoni tat-tip:

2.3.1. Tliet kampjuni tas-sedil tat-tip li għandu jkun approvat. Kull sedil għandu ikun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur u l-isem tat-tip.

3. L-Għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti jkunu ntlaħqu, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(3) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

3.2. Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jidher:

3.2.1. Appendiċi 2 għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1;

3.2.2. Appendiċi 4 għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2;

3.3. In-numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata jew kull tip ta’ sedil approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ vettura jew għal tip ieħor ta’ sedil.

4. Modifiki tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet

4.1. Fil-każ li jkun hemm xi modifikazzjonijiet tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu japplikaw.

5. Konformità tal-produzzjoni

5.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu meħuda skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6. IMMARKAR

6.1. Kull sedil li jikkonforma mat-tip approvat taħt din id-Direttiva bħala komponent għandu jkollu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

6.2. Din il-marka għandha tkun tikkonsisti f’:

6.2.1. Rettangolu li jdawwar l-ittra “e”, segwita min-numru jew ittra distintiv/a tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1. għall-Ġermanja ja

2. għall-Franza

3. għall-Italja

4. għall-Olanda

5. għal Svezja

6. għall-Belġju

9. għall-Spanja

10. għar-Renju Unit

12. għall-Awstri

13. għal-Lussemburgu

17. għall-Finlandja

18. għad-Danimarka

21. għall-Portugall

23. għall-Greċja

IRL. għall-Irlanda.

6.2.2. viċin ir-rettangolu “n-numru bażi tal-approvazzjoni” li hemm fis-Sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip msemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ figuri li juru n-numru tas-sekwenza assenjat lill- emenda teknika maġġuri l-iktar reċenti għad-Direttiva 74/408/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE kienet ġiet approvata.F’din id-Direttiva n-numru tas-sekwenza huwa 00;

6.2.3. is-simbolu addizzjonali “D” impoġġi fuq ir-rettangolu li jindika li t-test(ijiet) dinamiku(ċi) skond l-Appendiċi 1 tal-Anness III sar(u) għall-approvazzjoni tas-sedil.

6.3. Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandha titwaħħal mas-sedil jew sedili b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar u tkun tista’ tinqara b’mod ċar.

6.4. Eżempju tal-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE huwa mogħti fl-Appendiċi 5.

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni nru…

skond l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE [1] li jeralata ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura fejn huma konċernati s-sedili, l-ankoraġġi u r-restraints għar-ras tagħha, Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. Ġenerali

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip. Jekk immarkati fuq il-vettura (b):

0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Il-kategorija tal-vettura (ċ):

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. Karatteristiċi ġenerali tal-istruttura tal-vettura

1.1. Ritratti u/jew tpinġijijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

9. Karozzerija

9.1. It-tip ta’ karozzerija:

9.2. Materjali wżati u metodi ta’ kostruzzjoni:

9.10. Il-muntaġġi nterni

9.10.3. Is-sedili

9.10.3.1. Numru:

9.10.3.2. Pożizzjoni u arranġamenti:

9.10.3.3. Massa:

9.10.3.4. Karatteristiċi: Għal sedili mhux approvati bħala komponenti, deskrizzjoni u tpinġijiet ta’

9.10.3.4.1. sedili u l-ankoraġġi tagħhom:

9.10.3.4.2. sistema tal-aġġustament:

9.10.3.4.3. sistemi ta’ spostament u ta’ qfil:

9.10.3.4.4. l-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà (jekk inkorporati fl-istruttura tas-sedil):

9.10.3.4.5. il-partijiet tal-vettura wżati bħala ankoraġġi:

9.10.3.5. Il-koordinati jew tpinġija tal-punt R (x)

9.10.3.5.1. Is-sedil tas-sewwieq:

9.10.3.5.2. Il-pożizzjonijiet l-oħra kollha fejn tpoġġi bil-qiegħda:

9.10.3.6. Disinn tal-angolu tat-torso

9.10.3.6.1. Is-sedil tas-sewwieq:

9.10.3.6.2. Il-pożizzjonijiet l-oħra kollha fejn tpoġġi bil-qiegħda:

9.10.3.7. Il-medda ta’ aġġustament tas-sedil

9.10.3.7.1. Is-sedil tas-sewwieq:

9.10.3.7.2. Il-pożizzjonijiet l-oħra kollha fejn tpoġġi bil-qiegħda:

9.10.4. Ir-restraint għar-ras

9.10.4.1. Tip(i) ta’ restraint għar-ras: integrati/jinqalgħu/separati (1)

9.10.4.2. In-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:

9.10.4.3. Għal restraint għar-ras li għadhom mhux approvati

9.10.4.3.1. Deskrizzjoni ddettaljata tar-restraint għar-ras, li tispeċifika b’mod partikolari n-natura tal-materjal jew materjal tal-kisi u, fejn applikabbli, il-pożizzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-braces u l-partijiet tal-ankoraġġi għat-tip jew tipi ta’ sedili li għalihom tkun qed tintalab l-approvazzjoni:

9.10.4.3.2. Fil-każ ta’ restraint għar-ras “separat”

9.10.4.3.2.1. Deskrizzjoni dettaljata taż-żona strutturali li għaliha huwa maħsub ir-restraint għar-ras:

9.10.4.3.2.2. Tpinġijiet bil-qisien tal-partijiet karatteristiċi tal-istruttura tar-restraint għar-ras:

Data, file

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet fejn huma konċernati sedili, l-ankoraġġi tagħhom u, jekk japplika, r-restraint għar-ras tagħhom, il-punti kollha mniżżla barra l-punt 9.10.3.4.5 għandhom ikunu indikati.

Fil-każ ta’ applikazzjonijiet fejn huma konċernati l-ankoraġġi ta’ sedili ta’ vetturi tal-kategorija M2 jew M3, il-punti 0 sa 0.8, 1, 1.1, 9 sa 9.2, 9.10.3.4 u 9.10.3.4.5 għandhom ikunu indikati.

Appendiċi 2

MUDELL

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

+++++ TIFF +++++

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-:

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fejn hi konċernata d-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni 1

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni ta’ l-għamla, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]:

0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Il-kategorija tal-vettura [8]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

Sezzjoni II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli) (ara l-Addendum)

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm) (ara l-Addendum)

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru.

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam id-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Għamla u tip ta’ sedili li għandhom l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE (jekk hemm):

1.2. Għal kull filliera ta’ sedili:individwali/bank, fiss/aġġustabbli, dahar fiss/dahar aġġustabbli, dahar imil lura/jinklina lura [1].

1.3. Pożizzjoni u arranġament tas-sedili (sedili bl-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u oħrajn):

1.4. Sedili, jekk ikun hemm, li jinkorporaw l-ankoraġġ ta’ ċinturin tas-sigurtà:

1.5. Għal kull sedil: tip ta’ restraint għar-ras, jekk ikun hemm, integrati/jinqalgħu/separati [2].

1.6. Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura fejn huma konċernati l-ankoraġġi tas-sedil u l-valur minimu tad-distanza bejn l-ankoraġġi (fil-każ ta’ approvazzjonijiet mogħtija fejn huma konċernati l-ankoraġġi tas-sedili ta’ vetturi tal-kategorija M2 jew M3):

5. Rimarki:

Appendiċi 3

Dokument ta’ informazzjoni nru…

dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tas-sedili bħala komponenti,

Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew il-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE:

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. Deskrizzjoni tal-mezz

1.1. Karatteristiċi: Deskrizzjoni u tpinġija ta’

1.1.1. Is-sedil u t-tagħmir ta’ twaħħil tiegħu:

1.1.2. Is-sistema tal-aġġustament:

1.1.3. Is-sistemi ta’spostament u ta’ qfil:

1.1.4. L-ankoraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà (jekk inkorporati fl-istruttura tas-sedil):

1.1.5. Id-distanza minima bejn il-punti tat-twaħħil:

1.1.6. Restraints għar-ras, jekk ikun hemm:

1.2. Il-koordinati jew tpinġija tal-punt R (x):

1.3. Il-medda tal-aġġustament tas-sedil:

Data, file

Appendiċi 4

MUDELL

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI DAWR TIP TAL-KEE

+++++ TIFF +++++

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

- l-approvazzjoni tat-tip [1]

- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]

- ir-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip [3]

- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [5] fejn hi konċernata d-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE.

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni I

0.1. Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3 Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [6] [7]:

0.3.1. Il-lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Il-kategorija tal-vettura [8]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE:

0.8. Indirizz(i) tal-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

Sezzjoni II

1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli) (ara l-Addendum)

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm) (ara l-Addendum)

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru…..

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ sedil bħala komponent fejn għandha x’taqsam Id-Direttiva 74/408/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/37/KE

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip tas-sedil, it-tagħmir ta’ twaħħil u l-aġġustament tiegħu, is-sistemi ta’ spostament u tal-qfil inkluża d-distanza minima bejn il-punti tat-twaħħil:

1.3. Pożizzjoni u arranġament tas-sedili:

1.4. Sedili, jekk ikun hemm, li jinkorporaw l-ankoraġġ ta’ ċinturin tas-sigurtà:

1.5. Tip ta’ restraint għar-ras, jekk ikun hemm: integrat/jinqala’/separat [1]

5. Rimarki:

5.1. It-test tal-assorbiment tal-enerġija tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil: iva/le [2]

5.1.2. Tpinġijiet li juru ż-żona tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil li kienet ġiet verifikata għad-dissipazzjoni tal-enerġija:

5.2. Sedil approvat skond il-Paragrafu 3.2.1 tal-Anness III (test dinamiku): iva/le [3]

5.2.1. Test 1: iva/le [4]

5.2.2. Test 2:iva/le [5]

5.2.3. Deskrizzjoni taċ-ċinturini u l-ankoraġġi wżati għall-għan tat-Test 2:

5.2.4. Tip ta’ sedil awżiljarju wżat għat-Test 2 (jekk differenti mit-tip ta’ sedil approvat):

5.3. Sedil approvat skond il-Paragrafu 3.2.2 tal-Anness III (test statiku): iva/le [6]

5.3.1 Test skond l-Appendiċi 5:iva/le [7]

5.3.2. Test skond l-Appendiċi 6:iva/le [8]

Appendiċi 5

Mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE

+++++ TIFF +++++

Is-sedil li jkollu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE murija fuq huwa mezz li kien ġie approvat fi Spanja (e9) taħt in-numru ta’ bażi tal-approvazzjoni 0148 fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva (00).Il-figuri wżati huma indikattivi biss.

" L-Anness II ġdid qed ikun inkluż kif ġej:"

L-ANNESS II

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ĦTIĠIET GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJA M1.

1. Kamp ta’ applikazzjoni

1.0. Il-ħtiġiet f’dan l-Anness japplikaw għal vetturi tal-kategorija M1.

1.1. Il-ħtiġiet ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal sedili li jingħalqu, iħarsu lejn il-ġenb jew lura, jew għal kwalunkwe restraint għar-ras imwaħħla fuq sedili bħal dawn.

1.2. Restraints għar-ras approvati skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 78/392/KEE għandhom ikunu meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet applikabbli ta’ din id-Direttiva.

1.3. Il-partijiet ta’ wara tas-sedil li hemm fiż-Żona 1, jew il-partijiet ta’ wara tar-restraint għar-ras li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Paragrafu 5.7 tal-Anness I tad-Direttiva 74/60/KEE (li tittratta fuq il-muntaġġi nterni), għandhom ikunu meqjusa li jikkonformaw mal-ħtiġiet korrispondenti ta’ din id-Direttiva.

2. Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness

2.1. “Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn huma konċernati s-saħħa tas-sedili u l-ankoraġġi tagħhom, id-disinn tal-partijiet ta’ wara tad-dahar tas-sedil u l-karatteristiċi tar-restraint għar-ras;

2.2. “Tip ta’ vettura” tfisser vetturi bil-mutur li ma jkunux jinbidlu wisq fejn għandhom x’jaqsmu:

2.2.1. l-istruttura, il-forma, il-qisien, il-materjali u l-massa tas-sedili, għalkemm is-sedili jistgħu jvarjaw f’dawk li huma kisi u l-kulur; differenzi li ma jeċċedux il-5 % fil-massa tat-tip tas-sedil approvat m’għandhomx jitqiesu bħala sinjifikanti;

2.2.2. it-tip u l-qisien tas-sistemi tal-aġġustament, ta’ l-ispostament u l-qfil tad-dahar tas-sedil u l-partijiet tagħhom;

2.2.3. it-tip u qisien tal-ankoraġġi tas-sedil;

2.2.4. il-qisien, il-qafas, il-materjali u l-padding tar-restraint għar-ras, għalkemm dawn jistgħu jvarjaw f’dak li huma kuluri u għata tas-sedil;

2.2.5. it-tip u l-qisien tat-tagħmir tar-restraint għar-ras u l-karatteristiċi tal-parti tal-vettura li magħha din tkun imwaħħla, fil-każ ta’ restraint għar-ras separat;

2.3. “Sedil” tfisser struttura kompoluta b’kollox li tista’ tkun jew tista’ ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, u li hija maħsuba biex ipoġġi fuqha persuna adulta waħda.It-terminu jkopri sedil individwali jew parti minn sedil f’forma ta’ bank maħsub biex fuqu tpoġġi persuna waħda;

2.4. “Sedil f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta b’kollox, maħsuba biex fuqha jpoġġu aktar minn persuna adulta waħda;

2.5. “Ankoraġġ” tfisser is-sistema li biha l-assemblaġġ tas-sedil ikun żgurat mal-istruttura tal-vettura, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura;

2.6. “Sistema ta’ aġġustament” tfisser il-mezz li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni adatta għall-morfoloġija tal-okkupant li hemm bilqiegħda. Dan il-mezz jista’, partikolarment, jippermetti:

2.6.1. aġġustament lonġitudinali;

2.6.2. aġġustament vertikali;

2.6.3. aġġustament angolari;

2.7. “Sistema ta’ spostamenti minn pożizzjoni għall-oħra” tfisser mezz li s-sedil jew waħda mill-partijiet tiegħu ikunu jistgħu jiċċaqalqu jew iduru, mingħajr l-ebda pożizzjoni intermedja fissa, biex jippermetti aċċess ħafif għall-ispazju ta’ wara s-sedil konċernat;

2.8. “Sistema ta’ qfil” tfisser mezz li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu ikunu miżmuma fil-pożizzjoni tal-użu;

2.9. “Sedil li jingħalaq” tfisser sedil awżiljarju maħsub għal użu okkażjonali u li normalment ikun magħluq;

2.10. “Pjan trasvers” tfisser pjan vertikali li jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.1. “Pjan lonġitudinali” tfisser pjan parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura;

2.12. “Restraint għar-ras” tfisser mezz li l-funzjoni tiegħu huwa li jillimita l-ispostament lura tar-ras ta’ okkupant adult f’relazzjoni mat-torso tiegħu biex inaqqas il-periklu ta’ korriment lill-vertibra ċervikali ta’ dak l-okkupant f’każ ta’ xi inċident;

2.12.1. “Restraint għar-ras integrat” tfisser restraint għar-ras iffurmat mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sedil.Restraint għar-ras li jilħqu d-definizzjonijiet tal-paragrafi 2.12.2 u 2.12.3 taħt, iżda li jistgħu jinqalgħu biss mis-sedil jew mill-istruttura tal-vettura permezz ta’ għodda jew bit-tneħħija parzjali jew sħiħa tal-għata tas-sedil, jilħqu d-definizzjoni preżenti;

2.12.2. “Restraint għar-ras li jinqala’" tfisser restraint għar-ras magħmula minn komponent separabbli mis-sedil, iddisinjat biex jidħol u jinżamm fl-istruttura tad-dahar tas-sedil;

2.12.3. “Restraint għar-ras separat” tfisser restraint għar-ras magħmula minn komponent separat mis-sedil, iddisinjat biex jidħol u/jew jinżamm fl-istruttura tal-vettura;

2.13. “Il-punt R” tfisser il-punt tar-referenza tas-sedil kif mfisser fl-Anness III tad-Direttiva 77/649/KEE;

2.14. “Il-linja tar-referenza” tfisser il-linja fuq il-manikin riprodotta fil-Figura 1.

3. Ħtiġiet:

3.1. Restraint għar-ras għandu jkun armat fuq kull sedil laterali ta’ quddiem f’kull vettura tal-kategorija M1.(Sedili li jkollhom restraint għar-ras, maħsuba biex jitwaħħlu f’pożizzjoniet oħra ta’ kif toqgħod bilqiegħda u f’kategoriji oħra ta’ vetturi, jistgħu jkunu approvati wkoll f’dan l-Anness).

3.2. Ħtiġiet ġenerali applikabbli għas-sedili kollha

3.2.1. Kull sistema ta’ aġġustament u ta’ spostament minn post għall-ieħor għandha tinkorpora sistema ta’ qfil, li għandha tkun topera awtomatikament. Sistemi ta’ qfil għar-restraint ta’ l-idejn jew mezzi oħra ta’ kumdità mhumiex meħtieġa sakemm il-preżenza ta’ mezzi bħal dawn tkun tikkawża riskju addizzjonali ta’ korriment lill-okkupanti ta’ vettura fil-każ ta’ xi ħabta.

3.2.2. Il-kontroll li jiftaħ il-qfil għal mezz partikolari kif imsemmi fil-Paragrafu 2.7 għandu jkun poġġut fuq in-naħa ta’ barra tas-sedil ħdejn il-bieba. Dan għandu jkun aċċessibbli sew, anki għall-okkupant tas-sedil immedjatment wara ta’ dak konċernat.

3.2.3. Il-partijiet ta’ wara tas-sedili mpoġġija fiż-Żona 1, mfissra fil-Paragrafu 8.1.1 tal-Appendiċi 1, għandhom jgħaddu mit-test tad-dissipazzjoni tal-enerġija f’konformità mal-ħtiġiet tal-Appendiċi 2 [1].

3.2.3.1. Dan il-kriterju jkun meqjus bħala wieħed milħuq jekk, fit-testijiet li jkunu saru skond il-proċedura speċifikata fl-Appendiċi 2, id-deċelerazzjoni tal-forma tar-ras ma tkunx teċċedi aktar minn 80g kontinwament għal aktar minn 3 ms. Barra minnhekk, l-ebda xifer perikoluż m’għandu jkun hemm jew jibqa’ wara t-test.

3.2.3.2. Dawn il-ħtiġiet tal-paragrafu 3.2.3 m’għandhomx japplikaw għas-sedili ta’ wara jew dawk li jkunu jmissu dahar ma’ dahar.

3.2.4. Il-wiċċ tal-partijiet ta’ wara tas-sedili m’għandu juri l-ebda ebusija perikoluża jew xfar jaqtgħu li jistgħu jżidu r-riskju ta’ severità ta’ korriment lill-okkupanti [2]. Dan il-kriterju huwa kkunsidrat bħala milħuq jekk il-wiċċ tal-partijiet ta’ wara tas-sedili ittestjati fil-kondizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 juru radius ta’ kurvatura ta’ mhux anqas minn:

- 2,5 mm fiż-żona 1,

- 5,0 mm fiż-żona 2,

- 3,2 mm fiż-żona 3,

Dawn iż-żoni huma mfissra fil-Paragrafu 8.1 tal-Appendiċi 1.

3.2.4.1. Dan il-kriterju ma japplikax għal:

- partijiet taż-żoni differenti li juru projezzjoni ta’ inqas minn 3.2 mm mill-wiċċ li jdur magħhom, li għandhom juru truf bla xfar, sakemm l-għoli tal-projezzjoni ma jkunx aktar min-nofs il-wisa’ tagħha,

- is-sedili ta’ wara u dawk li jmissu dahar ma’ dahar,

- il-partijiet ta’ wara tas-sedili poġġuti taħt il-pjan orizzontali li jgħaddi minn ġol-punt R l-aktar baxx f’kull filliera tas-sedili.(Fejn fillieri ta’ sedili ikollhom għoli differenti, tibda minn wara, il-pjan għandu jiddawwar ’il fuq jew l-isfel waqt li jifforma tarġa vertikali li tgħaddi minn ġol-punt R tal-filliera tas-sedili immedjatament fuq quddiem),

- partijiet bħalma huma “wire mesh flessibbli”.

3.2.4.2. Fiż-Żona 2, mfissra fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, l-uċuħ jistgħu juru radius ta’ inqas minn 5 mm, iżda mhux inqas minn 2.5 mm, sakemm dawn jgħaddu mit-test tad-dissipazzjoni tal-enerġija preskritt fl-Appendiċi 2. Barra minnhekk, dawn l-uċuħ għandhom ikunu miksija biex jevitaw kuntatt dirett tar-ras mal-qafas tal-istruttura tas-sedil.

3.2.4.3. Jekk iż-żoni ta’ fuq ikollhom partijiet koperti b’materjal iktar artab minn ebusija Shore 50, il-ħtiġiet t’hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mat-test tad-dissipazzjoni tal-enerġija skond il-ħtiġiet tal-Appendiċi 2, għandhom japplikaw biss għall-partijiet l-ebsin.

3.2.5. M’għandu jintwera l-ebda nuqqas fil-qafas tas-sedil jew fl-ankoraġġ tas-sedil, fis-sistemi ta’ aġġustament jew ta’ l-ispostament minn pożizzjoni għall-oħra jew fil-mezzi tal-qfil matul u wara t-test preskritt fil-Paragrafi 2 u 3 tal-Appendiċi 1.Deformazzjonijiet permanenti, inkluż qsim, jistgħu jkunu aċċettati sakemm dawn ma jżidux ir-riskju ta’ korriment fil-każ ta’ ħabta u t-tagħbiji preskritti jkunu miżmuma.

3.2.6. M’għandha sseħħ l-ebda ċessjoni tas-sistemi ta’ qfil matul it-testijiet deskritti fil-Paragrafu 3 tal-Appendiċi 1.

3.2.7. Wara t-testijiet, is-sistemi ta’ spostament minn pożizzjoni għall-oħra maħsuba biex iħallu jew jiffaċilitaw l-aċċess tal-okkupanti għandhom ikunu jaħdmu; dawn għandhom ikunu jistgħu, almenu darba, jiġu maħlula u għandhom jippermettu wkoll l-ispostament tas-sedil jew il-parti tas-sedil li għaliha dawn kienu maħsuba.

3.2.8. Kwalunkwe sistemi oħra ta’ spostament tal-pożizzjoni, kif ukoll ta’ sistemi ta’ aġġustament u ta’ qfil tagħhom mhumiex meħtieġa li jkunu qed jaħdmu.

3.2.9. Fil-każ ta’ sedili provduti b’sedil għar-ras, is-saħħa tad-dahar tas-sedil u l-mezzi ta’ qfil tiegħu jitqiesu li jkunu laħqu l-ħtiġiet stabbiliti fil-Paragrafu 2 meta, wara t-test skond il-Paragrafu 4.3.6, ma jkun hemm l-ebda ksur fis-sedil jew fid-dahar tiegħu; inkella, għandu jintwera li s-sedil huwa kapaċi jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fil-Paragrafu 2.

3.2.10. Fil-każ ta’ sedili f’forma ta’ bankijiet b’aktar postijiet fejn tpoġġi bilqiegħda milli b’restraint għar-ras, għandu jsir it-test deskritt fil-Paragrafu 2.

3.3. Ħtiġiet speċjali għal sedili mgħammra jew li kapaċi jkunu mgħammra b’restraint għar-ras.

3.3.1. Il-preżenza tas-restraint għar-ras m’għandhiex tkun kawża addizzjonali ta’ periklu lill-okkupanti tal-vettura. B’mod partikolari, din m’għandha fl-ebda pożizzjoni ta’ użu turi xi ebusija perikoluża jew xfar li jaqtgħu li jistgħu jżidu r-riskju jew is-serjetà ta’ korriment lill-okkupanti.

3.3.2. Il-partijiet tal-wiċċ ta’ quddiem u ta’ wara tas-restraint għar-ras mpoġġija fiż-Żona 1, kif mfisser fil-Paragrafu 8.1.1.3 tal-Appendiċi 1, għandhom jgħaddu mit-test tal-assorbiment tal-enerġija.

3.3.2.1. Din il-ħtieġa tkun meqjusa bħala waħda milħuqa jekk, fit-testijiet li jkunu saru skond il-proċedura speċifikata fl-Appendiċi 2, id-deċelerazzjoni tal-forma tar-ras ma tkunx teċċedi aktar minn 80g kontinwament għal aktar minn 3 ms. Barra minn hekk, l-ebda xifer perikoluż m’għandu jkun hemm jew jibqa’ wara t-test.

3.3.3. Il-partijiet tal-wiċċ ta’ quddiem u ta’ wara tas-restraint għar-ras mpoġġija fiż-Żona 2, kif mfisser fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, għandhom ikunu miksija b’tali mod li dawn ikunu jipprevjenu kuntatt dirett tar-ras mal-komponenti tal-istruttura u għandhom jilħqu wkoll il-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.2.4 applikabbli għall-partijiet ta’ wara tas-sedili mpoġġija fiż-Żona 2.

3.3.4. Il-ħtiġiet tal-Paragrafi 3.3.2 u 3.3.3 m’għandhomx japplikaw għal partijiet tal-uċuh ta’ wara tar-restraint għar-ras disinjat biex jitwaħħal f’sedili li warajhom ma jkun hemm l-ebda sedil.

3.3.5. Ir-restraint għar-ras għandu jkun żgurat mas-sedil jew mal-istruttura tal-vettura b’tali mod li l-ebda partijiet riġidi u perikolużi ma jkunu joħorġu ’l barra mill-kisi tar-restraint għar-ras jew mit-tagħmir tiegħu għal ġod-dahar tas-sedil bħala riżultat tal-pressjoni eżerċitata mill-forma tar-ras matul it-test.

3.3.6. Fil-każ ta’ sedil li jkollu restraint għar-ras, id-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 3.2.3 jistgħu, wara l-ftehim tas-servizz tekniku, ikunu kkunsidrati li ġew milħuqa jekk is-sedil li jkollu r-restraint għar-ras ikun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 3.3.2.

3.4. L-għoli tar-restraint għar-ras

3.4.1. L-għoli tar-restraint għar-ras għandu jkun imkejjel kif deskritt fil-Paragrafu 5 tal-Appendiċi 1.

3.4.2. Għal restraint tar-ras li ma jkunx aġġustabbli għall-għoli, l-għoli m’għandux ikun anqas minn 800 mm [3] għal sedili ta’ quddiem u mhux anqas minn 750 mm [4] għal pożizzjonijiet oħra ta’ li fihom toqgħod bilqiegħda.

3.4.3. Għal restraint għar-ras aġġustabbli għall-għoli:

3.4.3.1. L-għoli m’għandux ikun inqas minn 800 mm [5] għal sedili ta’ quddiem u mhux inqas minn 750 mm [6] għal pożizzjonijiet oħra li fihom tpoġġi bilqiegħda; dan il-valur għandu jinkiseb f’pożizzjoni bejn l-iktar pożizzjonijiet għolja u dawk l-iktar baxxi li għalihom l-aġġustament huwa possibbli;

3.4.3.2. m’għandu jkun hemm l-ebda pożizzjoni ta’ użu li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm

3.4.3.3. fil-każ ta’ sedili għajr dawk ta’ quddiem, ir-restraint għar-ras jistgħu jkunu tali li dawn jistgħu jiċċaqalqu għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm [7], sakemm pożizzjoni bħal din tkun ċara kemm jista’ jkun għall-okkupant li din mhix maħsuba għall-użu tar-restraint għar-ras;

3.4.3.4. fil-każ ta’ restraint għar-ras tas-sedili ta’ quddiem jistgħu jkunu tali li dawn jistgħu jiċċaqalqu awtomatikament meta s-sedil ma jkunx okkupat, għal pożizzjoni li tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 750 mm [8], sakemm dawn imorru lura awtomatikament għal pożizzjoni tal-użu meta s-sedil kien okkupat.

3.4.4. Il-qisien imsemmija fil-paragrafi 3.4.2 u 3.4.3.1 fuq jistgħu jitnaqqsu biex iħallu vojt adekwat bejn ir-restraint għar-ras u l-wiċċ ta’ ġewwa tas-saqaf, it-twieqi jew kwalunkwe parti tal-istruttura tal-vettura; iżda, dan il-vojt m’għandux ikun jeċċedi aktar minn 25 mm. Fil-każ ta’ sedili li jkollhom sistemi ta’ spostamenti tal-pożizzjoni u/jew ta’ aġġustament, dan għandu jkun japplika għall-posizzjonijiet kollha tas-sedil.Barra minn hekk, b’deroga mill-paragrafu 3.4.3.2, m’għandu jkun hemm l-ebda pożizzjoni ta’ użu li tkun tirriżulta f’għoli ta’ inqas minn 700 mm.

3.4.5. B’deroga lejn il-ħtiġiet tal-għoli msemmija fil-Paragrafi 3.4.2, 3.4.3.1 u 3.4.3.2, l-għoli ta’ kwalunkwe restraint għar-ras iddisinjat biex ikun fiċ-ċentru tas-sedili jew f’posizzjonijiet ta’ li fihom tpoġġi bilqiegħda fuq wara m’għandux ikun inqas minn 700 mm.

3.5. Fil-każ ta’ sedil li jista’ jkollu restraint għar-ras, id-dispożizzjonijiet tal-Paragrafi 3.2.3 u 3.3.2 għandhom ikunu verifikati.

3.5.1. L-għoli tal-parti tal-mezz li fuqu jkun hemm restraint għar-ras aġġustabbli għall-għoli, imkejjel kif deskritt fil-Paragrafu 5 tal-Appendiċi 1, m’għandux ikun inqas minn 100 mm.

3.6. M’għandu jkun hemm l-ebda vojt ta’ iktar minn 60 mm bejn id-dahar tas-sedil u r-restraint għar-ras, fil-każ ta’ mezz li ma jkunx aġġustabbli għall-għoli. Jekk ir-restraint għar-ras ikun aġġustabbli għall-għoli dan m’għandux, fil-pożizzjoni l-iktar baxxa tiegħu, ikun aktar minn 25 mm minn fuq tad-dahar tas-sedil. Fil-każ ta’ sedili jew sedili f’forma ta’ bank aġġustabbli fl-għoli li jkollhom restraint għar-ras separati, dan il-kriterju għandu jkun verifikat għall-posizzjonijiet kollha tas-sedil jew tas-sedil f’forma ta’ bank.

3.7. Fil-każ ta’ restraint għar-ras integrat mad-dahar tas-sedil, iż-żona li għandha tkun kunsidrata hija:

- fuq pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza f’540 mm mill-punt R;

- bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali li jgħaddu f’85 mm minn fuq kull naħa tal-linja ta’ referenza.F’din iż-żona, fetħa jew aktar ta’ għoli, li minkejja l-għamla tagħhom jistgħu juru distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-Paragrafu 7 tal-Appendiċi 1, għandhom jitħallew, sakemm, wara test addizzjonali taħt il-Paragrafu 4.3.3.2 tal-Appendiċi 1, il-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.10 ikunu għadhom milħuqa xorta waħda.

3.8. Fil-każ ta’ restraint għar-ras aġġustabbli għall-għoli wieħed jew għoli b’fetħiet differenti, li minkejja l-għamla tagħhom jistgħu juru distanza “a” ta’ aktar minn 60 mm meta mkejla kif deskritt fil-Paragrafu 7 tal-Appendiċi 1, għandhom jitħallew fuq il-parti tal-mezz li jservi bħala restraint għar-ras sakemm, wara t-test addizzjonali taħt il-Paragrafu 4.3.3.2 tal-Appendiċi 1, il-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.10 ikunu għadhom milħuqa xorta waħda.

3.9. Il-wisa’ tar-restraint għar-ras għandu jkun tali li jipprovdi restraint xieraq lil ras ta’ persuna li tkun normalment bilqiegħda. Kif stabbilit skond il-proċedura deskritta fil-Paragrafu 6 tal-Appendiċi 1, ir-restraint għar-ras għandu jkopri area li testendi mhux inqas minn 85 mm fuq kull naħa tal-pjan medjan vertikali tas-sedil li għalih ir-restraint għar-ras huwa maħsub.

3.10. Ir-restraint għar-ras u l-ankoraġġ tiegħu għandhom ikunu tali li l-ispostament lura massimu X tar-ras awtorizzat mir-restraint għar-ras u mkejjel f’konformità mal-proċedura statika stabbilità fil-Paragrafu 4.3 tal-Appendiċi 1, ikun inqas minn 102 mm.

3.11. Ir-restraint għar-ras u l-ankoraġġ tiegħu għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed li jkunu jifilħu mingħajr ma jinkisru għat-toqol speċifikat fil-Paragrafu 4.3.6 tal-Appendiċi 1.Fil-każ ta’ restraint għar-ras integrat maċ-ċinturin tas-sigurtà, il-ħtiġiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu japplikaw għall-partijiet tal-istruttura tad-dahar tas-sedil li jkun fuq il-pjan perpendikolari għal-linja ta’ referenza f’540 mm mill-punt R.

3.12. Jekk ir-restraint għar-ras ikun aġġustabbli, m’għandux ikun possibbli li dan jogħla ’l fuq aktar mill-għoli tat-tħaddim massimu, b’eċċezzjoni għal xi azzjoni deliberata mill-utent li tkun distinta minn kwalunkwe att meħtieġ għall-aġġustament tiegħu.

3.13. Is-saħħa tad-dahar tas-sedil u tal-mezzi ta’ qfil tiegħu tkun meqjusa li tkun laħqet il-ħtiġiet stabbiliti fil-Paragrafu 2 meta, wara t-test skond il-Paragrafu 4.3.6 tal-Appendiċi 1, ma jkun hemm l-ebda ksur fis-sedil jew fid-dahar tiegħu; inkella, għandu jintwera li s-sedil ikun kapaċi jilħaq il-ħtiġiet tat-test stabbiliti fil-Paragrafu 2 tal-Appendiċi 1.

Appendiċi 1

Testijiet u struzzjonijiet dwar l-użu

1. Speċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għat-testijiet kollha

1.1. Id-dahar tas-sedil, jekk ikun aġġustabbli, għandu jinqafel f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-inklinazzjoni lura kemm jista’ jkun viċin il-25º mill-pożizzjoni vertikali tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin kif muri fil-Figura 1, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-manifattur.

1.2. Meta sedil, il-mekkaniżmu ta’ qfil tiegħu u l-istallazzjoni ta’ dan ikunu identiċi jew simetriċi fejn għandu x’jaqsam sedil ieħor fil-vettura, is-servizz tekniku jista’ jittestja sedil wieħed biss.

1.3. Fil-każ ta’ sedili b’restraint għar-ras aġġustabbli, it-testijiet għandhom ikunu mwettqa bir-restraint għar-ras mqiegħed fl-iktar pożizzjoni skomda possibbli (ġeneralment l-iktar pożizzjoni għolja) awtorizzata mis-sistema ta’ aġġustament tiegħu.

2. It-test tas-saħħa tad-dahar tas-sedil u s-sistemi ta’ aġġustament tiegħu

2.1. Forza li tipproduċi mument ta’ 530 Nm f’relazzjoni mal-punt R għandha tkun applikata lonġitudinalemnt u lura lejn il-parti ta’ fuq tal-qafas tad-dahar tas-sedil minn ġo komponent li jistimula d-dahar tal-manikin.Fil-każ ta’ sedil f’forma ta’ bank, fejn parti jew il-qafas tar-restraint kollu (inkluż dak tar-restraint għar-ras) ikun komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda ta’ kif tpoġġi bilqiegħda, it-test għandu jsir simultanjament għal dawk il-posizzjonijiet kollha ta’ kif tpoġġi bilqiegħda.

3. It-test tas-saħħa tal-ankoraġġ tas-sedil u s-sistemi tal-aġġustament, l-qfil u l-ispostament tal-pożizzjoni

3.1. Deċelerazzjoni orizzontali lonġitudinali ta’ mhux inqas minn 20g għandha tkun applikata għal 30 ms fid-direzzjoni ’il quddiem lill-qoxra sħiħa, jew parti rappreżentattiva tal-qoxra, tal-vettura, f’konformità mal-ħtiġiet tal-Paragrafu 1 tal-Appendiċi 3.

3.2. Deċelerazzjoni lonġitudinali f’konformità mal-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.1 għandha tkun applikata fid-direzzjoni lura.

3.3. Il-ħtiġiet tal-Paragrafi 3.1 u 3.2 għandhom ikunu verifikati għall-pożizzjonijiet kollha tas-sedil.Fil-każ ta’ sedili b’restraint għar-ras aġġustabbli, it-test għandu jsir bir-restraint għar-ras mqiegħed fl-iktar pożizzjoni skomda possibbli (ġeneralment l-iktar pożizzjoni għolja) awtorizzata mis-sistema ta’ aġġustament tiegħu.Matul it-test is-sedil għandu jkun f’pożizzjoni li l-ebda fattur estern ma jkun jista’ jipprevjeni t-tħollija tas-sistemi ta’ qfil.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu kunsidrati bħala milħuqa jekk is-sedil ikun ittestjat wara li jkun ġie aġġustat fil-posizzjonijiet li ġejjin:

- l-aġġustament lonġitudinali huwa fiss b’darsa waħda jew 10 mm lura tal-iktar pożizzjoni jew pożizzjonijiet ta’ sewqan normali ’il quddiem kif indikat mill-manifattur (għal sedili b’aġġustament vertikali indipendenti, il-kuxxin għandu jkun fl-iktar pożizzjoni għolja tiegħu);

- l-aġġustament lonġitudinali huwa fiss b’darsa waħda jew 10 mm ’il quddiem tal-iktar pożizzjoni jew posizzjonijiet ta’ sewqan normali lura kif indikat mill-manifattur (għal sedili b’aġġustament vertikali indipendenti, il-kuxxin għandu jkun fl-iktar pożizzjoni baxxa tiegħu), u fejn ikun xieraq, f’konformità mal-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.4.

3.4. Fil-każijiet fejn l-arranġament tas-sistemi ta’ qfil ikunu tali li, f’pożizzjoni ta’ sedil għajr dawk mfissra fil-Paragrafu 3.3 id-distribuzzjoni tal-forzi fuq il-mezzi ta’ qfil u l-ankoraġġi tas-sedil jistgħu jkunu anqas favorevoli minn kwalunkwe konfigurazzjoni mfissra fil-Paragrafu 3.3, it-testijiet għandhom isiru għal dawk il-pożizzjonijiet li fihom tpoġġi bilqiegħda li huma l-inqas favorevoli.

3.5. Il-kondizzjonijiet tat-test tal-paragrafu 3.1 għandhom ikunu kkunsidrati li jkunu ġew milħuqa jekk, fuq it-talba tal-manifattur, dawn jinbidlu b’test ta’ ħabta tal-vettura kompluta li tkun taħdem kontra barrikata riġida kif stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ l-Appendiċi 3 għal dan l-Anness. F’dan il-każ, is-sedil għandu jkun aġġustat għall-inqas kondizzjonijiet favorevoli ta’ distribuzzjoni ta’ stress fis-sistema tal-ankoraġġ kif provdut fil-paragrafi 1.1, 3.3 u 3.4.

4. It-test tal-imġieba tar-restraintgħar-ras

4.1. Jekk ir-restraint għar-ras ikun aġġustabbli, dan għandu jkun mqiegħed fl-inqas pożizzjoni favorevoli (ġeneralment l-ogħla pożizzjoni) awtorizzata mis-sistema ta’ aġġustament tiegħu.

4.2. Fil-każ ta’ sedil f’forma ta’ bank, fejn parti jew il-qafas tar-restraint kollu (inkluż dak tar-restraint għar-ras) ikun komuni għal aktar minn pożizzjoni waħda li fihom tpoġġi bilqiegħda, it-test għandu jsir simultanjament għal dawk il-posizzjonijiet kollha li fihom tpoġġi bilqiegħda.

4.3. Test

4.3.1. Il-linji kollha, inkluż il-projezzjonijiet tal-linja ta’ referenza, għandhom ikunu fil-pjan medjan vertikali tas-sedil jew tal-pożizzjoni konċernata li fiha tpoġġi bilqiegħda (ara l-Figura 2).

4.3.2. Il-linja ta’ referenza ta’ l-ispostament tiġi stabbilità billi tkun applikata għall-parti li tistimula d-dahar tal-manikin imsemmi fil-Figura 2 forza inizjali li tipproduċi mument lura ta’ 373 Nm madwar il-punt R.

4.3.3. Permezz ta’ forma tar-ras sferika b’dijametru ta’ 165 mm, forza inizjali li tipproduċi mument ta’ 373 Nm madwar il-punt R tiġi applikata f’angoli perpendikolari għal-linja ta’ referenza ta’ spostament f’distanza ta’ 65 mm taħt in-naħa ta’ fuq tar-restraint għar-ras, waqt li l-linja ta’ referenza tinżamm fil-pożizzjoni ta’ spostament tagħha kif stabbilit f’konformità mal-ħtiġiet tal-Paragrafu

4.3.3.1. Jekk il-preżenza ta’ ftuħ tipprevjeni l-applikazzjoni tal-forza preskritta fil-Paragrafu 4.3.3 f’65 mm min-naħa ta’ fuq tar-restraint għar-ras, id-distanza tista’ titnaqqas sabiex l-assi tal-forza tkun tista’ tgħaddi minn ġol-linja taċ-ċentru tal-element tal-qafas l-iktar viċin il-qasma.

4.3.3.2. Fil-każ deskritt fil-paragrafi 3.7 u 3.8 tal-Anness II, it-test għandu jiġi ripetut billi tkun applikata għal kull qasma, bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 165 mm, forza:

- li tgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-gravità tal-iżgħar minn fost is-sezzjonijiet tal-qasma, tul pjani trasversi paralleli għal-linja ta’ referenza,

u

- li tirriproduċi mument ta’ 373 Nm madwar il-punt R.

4.3.4. It-tanġent Y għall-forma tar-ras sferika, parallel għal-linja tar-referenza ta’ spostament, tiġi stabbilità.

4.3.5. Id-distanza X mogħtija fil-Paragrafu 3.10 tal-Anness II, bejn it-tanġent Y u l-linja tar-referenza ta’ spostament, tiġi mkejla.

4.3.6. Biex tiċċekkja l-effettività tar-restraint għar-ras, it-tagħbija inizjali speċifikata fil-Paragrafi 4.3.3 u 4.3.3.2 għandha tiżdied għal 890 N sakemm il-ksur tas-sedil jew tad-dahar tiegħu ma jseħħx qabel.

5. Id-determinazzjoni tal-għoli tar-restraintgħar-ras

5.1. Il-linji kollha, inkluż il-projezzjoni tal-linja tar-referenza, għandhom ikunu fil-pjan medjan vertikali tas-sedil jew tal-pożizzjoni konċernata li fiha tpoġġi bilqiegħda, fejn l-intersezzjoni ta’ pjan bħal dan mas-sedil tistabbilixxi kontorn tar-restraint tar-ras u tad-dahar tas-sedil (ara l-Figura 1a).

5.2. Il-manikin deskritt fl-Anness III għad-Direttiva 77/649/KEE għandu jitpoġġa f’pożizzjoni normali fuq is-sedil.

5.3. Il-projezzjoni tal-linja ta’ referenza tal-manikin imbagħad, fis-sedil konċernat, titpinġa fil-pjan speċifikat fil-Paragrafu 4.3.1.

It-tanġent S għan-naħa ta’ fuq tar-restraint għar-ras titpinġa b’mod perpendikulari għal-linja ta’ referenza.

5.4. Id-distanza “h” mill-punt R għat-tanġent S huwa l-għoli li għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni tal-Paragrafu 3.4 tal-Anness II.

6. Id-determinazzjoni tal-wisa’ tar-restraintgħar-ras (ara l-Figura 1b)

6.1. Il-pjan S1, perpendikulari għal-linja ta’ referenza u sitwat 65 mm taħt it-tanġent S mfisser fil-Paragrafu 5.3, jistabbilixxi sezzjoni fir-restraint għar-ras mdawra bil-kontorn Ċ.

6.2. Il-wisa’ tar-restraint għar-ras li għandu jiġi kkunsidrat fl-implimentazzjoni tal-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.9 tal-Anness II hija d-distanza “L” imkejla fil-pjan S1 bejn il-pjani lonġitudinali vertikali p u p’.

6.3. Il-wisa’ tar-restraint għar-ras għandu jekk ikun hemm bżonn jkun stabbilit wkoll fil-pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza 635 mm ’il fuq mill-punt R tas-sedil, din id-distanza tkun imkejla tul il-linja ta’ referenza.

7. Id-determinazzjoni tad-distanza “a” tar-restraint għar-ras (ara l-Figura 3)

7.1. Id-distanza “a” għandha tkun stabbilità għal kull qasma u f’relazzjoni mal-wiċċ ta’ quddiem tar-restraint għar-ras, permezz ta’ sfera li jkollha dijametru ta’ 165 mm.

7.2. L-isfera għandha titppoġġa f’kuntatt mal-qasma f’punt tal-area tal-qasma li tippermetti d-dħul massimu tal-isfera, waqt li jkun kunsidrat li ma jkun hemm l-ebda tagħbija.

7.3. Id-distanza bejn iż-żewġ punti ta’ kuntatt tal-isfera mal-qasma tikkostitwixxi id-distanza “a” li għandha tkun kunsidrata għall-evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet taħt il-Paragrafi 3.7 u 3.8 tal-Anness II.

8. Testijiet biex jivverifikaw id-dissipazzjoni tal-enerġija fuq id-dahar tas-sedil u r-restraintgħar-ras

8.1. L-uċuħ tal-partijiet ta’ wara tas-sedili li għandhom ikunu verifikati huma dawk impoġġija fiż-żoni mfissra hawn taħt li jistgħu jintmessu bi sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm meta s-sedil ikun armat fil-vettura.

8.1.1. Żona 1

8.1.1.1. Fil-każ ta’ sedili separati mingħajr restraint għar-ras, din iż-żona għandha tinkludi l-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil bejn il-pjani vertikali lonġitudinali mqegħda f’100 mm fuq kull naħa tal-pjan medjan lonġitudinali ta’ kull pożizzjoni laterali tas-sedil proposta li fiha tpoġġi bil-qiegħda definita mill-manifattur, u fuq pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza 100 mm taħt il-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sedil.

8.1.1.2. Fil-każ ta’ sedili separati mingħajr restraint għar-ras, din iż-żona għandha testendi bejn il-pjani vertikali lonġitudinali mqegħda f’100 mm fuq kull naħa tal-pjan medjan lonġitudinali ta’ kull pożizzjoni laterali tas-sedil proposta li fiha tpoġġi bil-qiegħda definita mill-manifattur u fuq pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza 100 mm taħt il-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sedil.

8.1.1.3. Fil-każ ta’ sedili jew sedili f’forma ta’ bank b’restraint għar-ras, din iż-żona għandha testendi bejn il-pjani vertikali lonġitudinali, fuq kull naħa ta’, u 70 mm mill-pjan medjan lonġitudinali tas-sedil jew tal-pożizzjoni konċernata li fiha tpoġġi bilqiegħda u mqegħda fuq il-pjan perpendikulari għal-linja ta’ referenza 635 mm mill-punt R. Għat-test, ir-restraint għar-ras, jekk ikun aġġustabbli, dan għandu jkun poġġut fl-inqas pożizzjoni favorevoli (ġeneralment fl-ogħla pożizzjoni) awtorizzata mis-sistema ta’ aġġustament tagħha.

8.1.2. Żona 2

8.1.2.1. Fil-każ ta’ sedili jew sedili f’forma ta’ bank mingħajr restraint għar-ras u sedili jew sedili f’forma ta’ bank b’restraint għar-ras li jinqala’ jew separat, iż-Żona 2 għandha testendi fuq pjan perpendikolari għal-linja ta’ referenza 100 mm ’il bogħod min-naħa ta’ fuq tad-dahar tas-sedil, għajr partijiet taż-Żona 1.

8.1.2.2. Fil-każ ta’ sedili jew sedili f’forma ta’ bank b’restraint għar-ras integrat, iż-Żona 2 għandha testendi fuq pjan perpendikolari għal-linja ta’ referenza 440 mm ’il bogħod mill-punt R tas-sedil jew tal-pożizzjoni konċernata li fiha tpoġġi bilqiegħda, għajr partijiet taż-Żona 1.

8.1.3. Żona 3

8.1.3.1. Iż-Żona 3 hija definita bħala l-parti tad-dahar tas-sedil jew tas-sedili f’forma ta’ bank li jinsabu fuq il-pjani orizzontali definiti fit-tielet vers tal-Paragrafu 3.2.4.1 ta’ dan l-Anness, esklużi partijiet li jinsabu fiż-Żoni 1 u 2.

9. Metodi ta’ testijiet ekwivalenti

Jekk jintuża xi metodu ieħor barra minn dak speċifikat fil-paragrafi 2, 3, 4 fuq u l-Appendiċi 2, l-ekwivalenza tiegħu għandha tkun murija.

ISTRUZZJONIJIET TAL-UŻU

Għal sedili li għandhom restraint għar-ras aġġustabbli, il-manifatturi għandhom jipprovdu istruzzjonijiet ta’ kif iħaddmu, jaġġustaw, jaqflu u, fejn meħtieġ, ineħħu r-restraint għar-ras.

Appendiċi 2

Il-proċedura tat-test biex tkun verifikata d-dissipazzjoni ta’ l-enerġija

1. Stallazzjoni, l-apparat tat-test, l-istrumenti li jirreġistraw u l-proċedura

1.1. L-istallazzjoni

1.1.1. Is-sedil, kif armat fil-vettura, għandu jkun marbut tajjeb mal-bank tat-test bil-partijiet tat-twaħħil provduti mill-manifattur, biex dan jibqa’ stazzjonarju meta ssir il-ħabta.

1.1.2. Id-dahar tas-sedil, jekk ikun aġġustabbli, għandu jkun maqful fil-pożizzjoni speċifikata fil-Paragrafu 1.1 tal-Appendiċi 1.

1.1.3. Jekk is-sedil ikollu restraint għar-ras, dan tal-aħħar għandu jkun armat fuq id-dahar tas-sedil kif ikun fil-vettura. Fejn ir-restraint għar-ras ikun wieħed separat, dan għandu jkun marbut mal-parti tal-vettura li għaliha dan ikun normalment marbut.

1.1.4. Jekk ir-restraint għar-ras ikun aġġustabbli, dan għandu jkun poġġut fl-inqas pożizzjoni favorevoli li l-mezz ta’ aġġustament tiegħu jkun jippermetti.

1.2. L-apparat tat-test

1.2.1. Dan l-apparat jikkonsisti minn pendlu li l-pivot tiegħu jkun sostnut minn ball-bearings u li l-massa mnaqqsa tiegħu [1] fiċ-ċentru tal-perkussjoni tkun ta’ 6,8 kg. L-estremità t’isfel tal-pendlu tikkonsisti minn forma tar-ras riġida b’dijametru ta’ 165 mm li ċ-ċentru tagħha huwa identiku għaċ-ċentru ta’ perkussjoni tal-pendlu.

1.2.2. Il-forma tar-ras għandha jkollha mwaħħal magħha żewġ accelerometers u mezz li jkejjel il-veloċità, li dawn għandhom ikejlu valuri fid-direzzjoni tal-impatt.

1.3. L-istrumenti tar-reġistrar

L-istrumenti tar-reġistrar użati għandhom ikunu tali li jieħdu kejl b’dawn il-gradi ta’ eżattezza li ġejjin:

1.3.1. Aċċelerazzjoni

akkuratezza:±5 % tal-valur attwali

klassi ta’ frekwenza tal-kanal tad-data:klassi 600 li tikkorrispondi għall-grad tal-ISO 6487 (1987);

sensittivita cross-axis: <5 % tal-iktar punt baxx tal-iskala.

1.3.2. Veloċità

akkuratezza: ±2.5 % tal-valur reali;

sensittivita:0,5 km/h

1.3.3. Reġistrar tal-ħin

l-istrumentazzjoni għandha twassal biex l-azzjoni tkun reġistrata matul il-perjodu ta’ dewmien kollu tagħha u li jittieħed il-qari f’elf parti ta’ sekonda;

il-bidu ta’ l-impatt fil-mument tal-ewwel kuntatt bejn il-forma tar-ras u l-punt li qed ikun ttestjat għandu jiġi identifikat fuq ir-reġistrazzjonjiet użati għall-analiżi tat-test.

1.4. Il-proċedura tat-test

1.4.1. It-testijiet fuq id-dahar tas-sedil

Bis-sedil imwaħħal kif indikat fil-Paragrafu 1.1 ta’ dan l-Appendiċi, id-direzzjoni tal-impatt min-naħa ta’ wara lejn in-naħa ta’ quddiem għandha tkun fi pjan lonġitudinali f’angolu ta’ 45° mill-vertikali.

Il-punti tal-impatt għandhom ikunu magħżula mil-laboratorju tat-test fiż-Żona 1 kif definit fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, jew jekk ikun meħtieġ fiż-Żona 2 kif definit fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, fuq uċuħ li juru radius ta’ kurvatura inqas minn 5 mm.

1.4.2. It-testijiet fuq ir-restraint għar-ras

Ir-restraint għar-ras għandu jkun imwaħħal u aġġustat kif indikat fil-Paragrafu 1.1 ta’ dan l-Appendiċi. L-impatti għandhom isiru fuq punti magħżula mil-laboratorju tat-test fiż-Żona 1 kif definit fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, jew jekk ikun meħtieġ fiż-Żona 2 kif definit fil-Paragrafu 8.1.2 tal-Appendiċi 1, fuq uċuħ li juru radius ta’ kurvatura inqas minn 5 mm.

1.4.2.1. Għall-wiċċ ta’ wara, id-direzzjoni ta’ l-impatt minn wara għall-quddiem għandha tkun fi pjan lonġitudinali f’angolu ta’ 45° mill-vertikali.

1.4.2.2. Għall-wiċċ ta’ quddiem, id-direzzjoni tal-impatt minn quddiem għan-naħa ta’ wara għandha tkun orizzontali fi pjan lonġitudinali.

1.4.2.3. Iż-żoni ta’ quddiem u ta’ wara huma marbuta rispettivament bil-pjan orizzontali tanġenzjali għan-naħa ta’ fuq tar-restraint għar-ras kif stabbilit fil-Paragrafu 5 tal-Appendiċi 1.

1.4.3. Il-forma tar-ras għandha tolqot il-punt tat-test b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha tinkiseb b’sempliċiment enerġija ta’ propulsjoni jew inkella billi jintuża mezz addizzjonali ta’ propulsjoni.

2. Ir-riżultati

Ir-rata ta’ deċelerazzjoni għandha tittieħed bħala l-medja tal-qari fuq iż-żewġ deċelerometers.

3. Proċeduri ekwivalenti

(ara l-Paragrafu 9 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

Appendiċi 3

Il-metodu ta’ l-ittestjar tas-saħħa tal-ankoraġġ tas-sedil u s-sistemi ta’ l-aġġustament, l-qfil u l-ispostament tal-pożizzjoni tagħhom

1. It-test tar-reżistenza għall-effetti ta’ l-inerzja

1.1. Is-sedili li għandhom ikunu ttestjati għandhom ikunu armati fuq il-vettura li għalija ġew iddisinjati. Il-karozzerija tal-vettura għandha tkun marbuta sew fuq it-test trolley kif preskritt fil-paragrafi li ġejjin.

1.2. Il-metodu wżat għall-ankoraġġ tal-karozzerija tal-vettura fuq it-test trolley tat-test m’għandux jirriżulta f’rinforz tal-ankoraġġi tas-sedil.

1.3. Is-sedili u l-partijiet tagħhom għandhom ikunu aġġustati u maqfula kif preskritt fil-Paragrafu 1.1 u f’waħda mill-pożizzjonijiet deskritti fil-Paragrafu 3.3 jew 3.4 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

1.4. Jekk is-sedili ta’ grupp ma jippreżentawx differenzi essenzjali fis-sens tal-Paragrafu 2.2 ta’ dan l-Anness, it-testijiet preskritti fil-Paragrafi 3.1 u 3.2 tal-Appendiċi 1 jistgħu jsiru b’sedil wieħed aġġustat lejn l-iktar pożizzjoni ’il quddiem tiegħu u s-sett l-ieħor aġġustat lejn il-pożizzjoni l-aktar lura tiegħu.

1.5. Id-deċelerazzjoni tat-trolley tkun imkejla b’kanali ta’ data tal-klassi ta’ frekwenza (CFC) 60 li tikkorrispondi għall-karatteristiċi tal-grad internazzjonali ISO 6487 (1980).

2. It-test tal-kolliżjoni tal-vettura sħiħa kontra barrikata riġida

2.1. Il-barrikata għandha tkun tikkonsisti minn blokka ta’ konkrit rinforzat ta’ mhux anqas minn 3 m wisa’, mhux inqas minn 1.5 m tul u mhux inqas minn 0.6 m ħxuna.Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun perpendikulari għall-parti finali tat-trejqa tal-ġirja u dan għandu jkun miksi bi pjanċi tal-plywood 19 ± 1 mm fi ħxuna. Għal ta’ lanqas 90 tunnellata ta’ trab għandu jkun kompressat wara l-blokka tal-konkrit rinforzat.Il-barrikata tal-konkrit rinforzata u t-trab jistgħu jinbidlu b’ostakli li jkollhom l-istess wiċċ ta’ quddiem, sakemm dawn jagħtu riżultati ekwivalenti.

2.2. Fil-mument tal-impatt il-vettura għandha tkun miexja fuq il-free gear. Din għandha tilħaq l-ostaklu fuq kors perpendikulari għall-ħajt tal-kolliżjoni; il-misallinjament laterali massimu awtorizzat bejn il-linja medjana vertikali tan-naħa ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni għandu jkun ta’ ± 30 cm; fil-mument tal-impatt il-vettura m’għandhiex tkun aktar suġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe mezz addizzjonali ta’ sewqan jew propulsjoni. Il-veloċità tal-impatt għandha tkun bejn it-48.3 km/h u t-53.1 km/h.

2.3. Is-sistema li tiġbed il-karburant għandha tkun mimlija bl-ilma għal massa ugwali għal 90 % ta’ tank mimli kif speċifikat mill-manifattur.

2.3.1. Is-sistemi l-oħra kollha (brejk, kesħa, eċċ.) jistgħu jkunu vojta; f’dan il-każ il-massa tal-likwidi għandha tkun kompensata.

Figura 1a

+++++ TIFF +++++

Figura 1b

+++++ TIFF +++++

Figura 2

+++++ TIFF +++++

Figura 3

Determinazzjoni tad-Dimensjoni “a” tal-qasmiet tar-restraint għar-ras

+++++ TIFF +++++

Eżempju ta’ fetħiet orizzontali

Nota:

Is-Sezzjoni A-A għandha ssir f’punt taż-żona tal-qasma li tippermetti d-dħul massimu tal-isfera mingħajr ma jkun hemm l-ebda tagħbija eżerċitata.

+++++ TIFF +++++

Eżempju ta’ qasmiet vertikali

Nota:

Is-Sezzjoni A-A għandha ssir f’punt taż-żona tal-qasma li tippermetti d-dħul massimu tal-isfera mingħajr ma jkun hemm l-ebda tagħbija eżerċitata.

" L-Anness III ġdid qed ikun inkluż kif ġej:"

L-ANNESS III

IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-ĦTIĠIET GĦAL ĊERTU VETTURI TAL-KATEGORIJA M2 U M3.

1. Kamp ta’ applikazzjoni

1.1. Dan l-Anness japplika għal sedili f’vetturi tal-kategoriji M2 u M3, barra dawk il-vetturi f’dawn il-kategoriji li huma mfassla għall-użu urban u għal passiġġieri li jkunu bil-wieqfa, dwar:

1.1.1. Kull sedil ta’ passiġġier maħsub li jkun imwaħħal iħares ’il quddiem;

1.1.2. L-ankoraġġi tas-sedil li jkun hemm fil-vettura u maħsuba li jkunu mwaħħla mas-sedili indikati fil-Paragrafu 1.1 jew kwalunkwe tip ieħor ta’ sedil li jista’ jkun imwaħħal fuq dawn l-ankoraġġi.

1.2. Vetturi tal-kategorija M2 jistgħu jkunu approvati għall-Anness II bħala alternattiva għal dan l-Anness.

1.3. Vetturi fejn xi sedili jibbenefikaw mid-deroga provduta fil-Punt 5.5.4 tal-Anness I għad-Direttiva 76/115/KEE għandhom ikunu approvati għal dan l-Anness.

1.4. It-testijiet deskritti f’dan l-Anness jistgħu jkunu applikati wkoll għal partijiet ta’ vetturi oħra (inkluż is-sedili li jħarsu lura), kif imsemmi fil-Paragrafu 3.1.10 tal-Anness I tad-Direttiva 77/541/KEE u fil-Paragrafu 4.3.7 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/115/KEE.

2. Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:

2.1. “Approvazzjoni ta’ sedil” tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ sedil bħala komponent f’relazzjoni mal-protezzjoni tal-okkupanti ta’ sedili li jħarsu ’il quddiem, fejn għandhom x’jaqsmu s-saħħa u d-disinn tad-dahar tas-sedili;

2.2. “Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn huma konċernati s-saħħa tal-partijiet ta’ l-istruttura tal-vettura li magħhom is-sedili jkunu mwaħħla, kif ukoll l-istallazzjoni tas-sedili;

2.3. “Tip ta’ sedil” tfisser sedili li ma jkunux ivarjaw wisq fil-karatteristiċi li ġejjin, li x’aktarx ikunu jistgħu jaffettwaw is-saħħa u l-aggressività tagħhom:

2.3.1. L-istruttura, l-għamla, il-qisien u l-materjali tal-partijiet li jġorru t-tagħbija;

2.3.2. Tipi u qisien tas-sistemi ta’ aġġustament u qfil tad-dahar tas-sedil;

2.3.3. Il-qisien, l-istruttura u l-materjali tat-tagħmir u r-restraint (eż. saqajn);

2.4. “Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jkunux jinbidlu wisq fejn għandhom x’jaqsmu:

- il-fatturi strutturali relevanti għal din id-Direttiva, u

- it-tip jew it-tipi ta’ sedili ta’ għamla komponenti approvati mill-KE imwaħħla f’vettura, jekk ikun hemm.

2.5. “Sedil” tfisser struttura li tista’ titwaħħal ma’ struttura ta’ vettura, inkluż id-dettalji ornamentali u t-tagħmir tat-twaħħil tiegħu, maħsub biex jintuża f’vettura, u biex jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar;

2.6. “Sedil individwali” tfisser sedil maħsub u mibni sabiex jakkomoda persuna waħda bilqiegħda;

2.7. “Sedil doppju” tfisser sedil maħsub u mibni biex jakkomoda żewġ persuni bilqiegħda waħda ħdejn l-oħra; żewġ sedili ħdejn xulxin u li ma jkollhom l-ebda interkonnezzjoni għandhom jitqiesu bħala żewġ sedili individwali;

2.8. “Filliera ta’ sedili” tfisser sedil maħsub u mibni biex jakkomoda tliet persuni bilqiegħda jew aktar waħda ħdejn l-oħra; diversi sedili individwali jew sedili doppji ħdejn xulxin m’għandhomx jitqiesu bħala filliera ta’ sedili;

2.9. “Il-kuxxin tas-sedil” tfisser il-parti tas-sedil li tkun kważi orrizzontali u maħsuba li żżomm passiġġier bilqiegħda;

2.10. “Id-dahar tas-sedil” tfisser il-parti tas-sedil li tkun kważi vertikali, maħsuba biex iżżomm id-dahar tal-passiġġier, spallejh u, possibilment, rasu;

2.11. “Sistema ta’ aġġustament” tfisser il-mezz li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jkunu jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni adatta għall-okkupant li hemm bilqiegħda.

2.12. “Sistema ta’ spostament tal-pożizzjoni” tfisser mezz li jippermetti l-angolu tas-sedil jew ta’ wieħed mill-partijiet tiegħu li jiċċaqlaq lateralment jew lonġitudinalment mingħajr l-ebda pożizzjoni intermedja fissa tas-sedil jew ta’ wieħed mill-partijiet tiegħu, biex iħaffef l-aċċess mill-passiġġieri;

2.13. “Sistema ta’ qfil” tfisser mezz li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu ikunu miżmuma fil-pożizzjoni tal-użu;

2.14. “Ankoraġġ” tfisser il-parti ta’ l-art jew tal-qafas tal-vettura li magħha s-sedil ikun imwaħħal;

2.15. “It-tagħmir tat-twaħħil” tfisser il-boltijiet jew komponenti oħra wżati biex is-sedil jitwaħħal mal-vettura;

2.16. “Trolley” tfisser it-tagħmir tat-test magħmul u wżat għar-riproduzzjoni dinamika tal-inċidenti tat-toroq li jinvolvu kolliżjoni minn quddiem;

2.17. “Sedil awżiljarju” tfisser sedil għall-manikin armat fuq it-trolley fuq in-naħa ta’ wara tas-sedil li se jkun ittestjat.Dan is-sedil għandu jkun mudell tas-sedil li se jintuża fil-vettura wara s-sedil li se jkun ittestjat;

2.18. “Pjan ta’ referenza” tfisser il-pjan li jgħaddi minn ġol-punti tal-kuntatt tal-għarqbejn tal-manikin, użat għad-determinazzjoni tal-punt H u l-angolu attwali tat-torso għall-pożizzjoni ta’ bilqiegħda ta’ vetturi bil-mutur;

2.19. “L-għoli ta’ referenza” tfisser l-għoli tan-naħa ta’ fuq tas-sedil fuq il-pjan ta’ referenza;

2.20. “Manikin”, manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Ibridu II jew III [1].

2.21. “Żona ta’ referenza” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali, 400 mm ’il bogħod minn xulxin u simmetriċi fejn hu konċernat il-punt H, u definita bir-rotazzjoni tal-apparat, deskritt fl-Anness II tad-Direttiva 74/60/KEE, mill-vertikali għall-orizzontali. L-apparat għandu jkun poġġut kif deskritt f’dak l-Anness u ssettjat għat-tul massimu ta’ 840 mm.

2.22. “ċinturin bi tliet punti” għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva jinkludi wkoll ċinturini b’aktar minn tliet punti ta’ ankoraġġi.

2.23. “spazju bejn is-sedil” tfisser id-distanza orizzontali bejn sedili suċċessivi imkejla min-naħa ta’ quddiem tad-dahar tas-sedil għan-naħa ta’ wara tad-dahar tas-sedil ta’ quddiem, f’għoli ta’ 620 mm ’il fuq mill-art.

3. Il-ħtiġiet għas-sedili

3.1. Kull tip ta’ sedil għandu jkun suġġett għall-ħtiġiet tat-test jew tal-Appendiċi 1 (test dinamiku) jew tal-Appendiċi 5 u 6 (test statiku), fuq it-talba tal-manifattur.

3.2. It-testijiet li t-tip ta’ sedil jkun issupera għandhom ikunu reġistrati fl-Addendum għaċ-ċertifikat tal-Approvazzjoni (Appendiċi 4 tal-Anness 1).

3.3. Kull sistema ta’ aġġustament u ta’ spostament minn post għall-ieħor għandha tinkorpora sistema ta’ qfil, li għandha tkun topera awtomatikament.

3.4. Is-sistemi tal-aġġustament u tal-qfil mhumiex meħtieġa li jkunu jaħdmu kompletament wara t-test.

3.5. Restraint għar-ras għandu jintrama fuq kull sedil laterali ta’ quddiem f’kull vettura tal-kategorija M2 b’massa massima li ma tkunx teċċedi aktar minn 3500 kg; restraint għar-ras armati f’vetturi bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dan l-Anness jew tad-Direttiva 78/932/KEE.

4. Ħtiġiet għall-ankoraġġi tas-sedil ta’ tip ta’ vettura

4.1. L-ankoraġġi għas-sedili fuq il-vettura għandhom ikunu jistgħu jilqgħu għal:

4.1.1. jew it-test deskritt fl-Appendiċi 2;

4.1.2. jew, jekk sedil ikun armat fuq il-parti tal-istruttura tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata, it-testijiet preskritti fl-Appendiċi 1. Is-sedil m’għandux għalfejn ikun wieħed approvat sakemm dan ikun jissodisfa l-ħtiġiet tal-Paragrafu 3.2.1 tal-Appendiċi msemmi fuq.

4.2. Deformazzjoni permanenti, inkluż ksur, ta’ ankoraġġ jew taż-żona tal-madwar għandha titħalla sakemm il-forza preskritta tkun ġiet sostenuta matul il-perjodu kollu preskritt.

4.3. Meta jkun hemm aktar minn tip wieħed ta’ ankoraġġ fuq vettura, kull varjant għandu jkun ittestjat biex jikseb l-approvazzjoni għall-vettura.

4.4. Test wieħed jista’ jintuża biex japprova simultanjament sedil u vettura.

4.5. Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M3, l-ankoraġġi tas-sedil għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Paragrafi 4.1 u 4.2 jekk l-ankoraġġi taċ-ċinturin tas-sigurtà tal-pożizzjonijiet li fihom toqgħod bilqiegħda li jikkorrispondu jkunu mwaħħla direttament mas-sedili li għandhom ikunu stallati u dawn l-ankoraġġi taċ-ċinturin ikunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, jekk hemm bżonn mad-deroga provduta fil-Punt 5.5.4 tal-Anness I miġjub fiha.

5. Ħtiġiet għall-istallazzjoni tas-sedili f’tip ta’ vettura

5.1. Is-sedili kollha li jħarsu ’il quddiem għandhom ikunu approvati għall-ħtiġiet tal-Paragrafu 3 ta’ dan l-Anness u suġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.1.1. is-sedil għandu jkollu għoli ta’ referenza ta’ minn lanqas 1m; u

5.1.2 il-punt H tas-sedil immedjatament wara għandu jkun inqas minn 72 mm ogħla mill-punt H tas-sedil in kwistjoni jew, jekk is-sedil wara jkun aktar minn 72 mm ogħla, dan għandu jkun ittestjat u approvat għall-istallazzjoni f’pożizzjoni bħal din.

5.2. Meta approvat għall-Appendiċi 1, it-Testijiet 1 u 2 għandhom ikunu japplikaw barra kif ġej:

5.2.1. It-Test 1 m’għandux japplika fejn in-naħa ta’ wara tas-sedil ma tkunx tista’ tintlaqat minn passiġġier li ma jkollux restraint (i.e. ma jkunx hemm sedili iħarsu ’il quddiem direttament wara s-sedil li se jkun ittestjat).

5.2.2. It-Test 2 m’għandux japplika

5.2.2.1. jekk in-naħa ta’ wara tas-sedil ma tkunx tista’ tintlaqat minn passiġġier li għandu r-restraint; jew

5.2.2.2. jekk is-sedil wara jkollu ċinturin bi tliet punti b’ankoraġġi li jkunu konformi b’mod sħiħ mad-Direttiva 76/115/KEE (mingħajr deroga); jew

5.2.2.3. jekk is-sedil jaqbel mall-ħtiġiet tal-Appendiċi 6 ta’ dan l-Anness.

5.3. Meta approvat għall-Appendiċi 5 u 6, it-testijiet kollha għandhom ikunu japplikaw barra kif ġej:

5.3.1. It-test tal-Appendiċi 5 m’għandux japplika jekk in-naħa ta’ wara tas-sedil ma tkunx tista’ tintlaqat minn passiġġier li ma jkollux ir-restraint (i.e. ma jkunx hemm sedil iħares ’il quddiem direttament wara s-sedil li se jkun ittestjat).

5.3.2. It-test tal-Appendiċi 6 ma japplikax

5.3.2.1. jekk in-naħa ta’ wara tas-sedil ma tkunx tista’ tintlaqat minn passiġġier li għandu r-restraint; jew

5.3.2.2. jekk is-sedil wara jkollu ċinturin bi tliet punti b’ankoraġġi li jkunu konformi b’mod sħiħ mad-Direttiva 76/115/KEE (mingħajr deroga).

Appendiċi 1

Il-proċeduri tat-test għas-sedili skond il-Paragrafu 3 u/jew l-ankoraġġi skond il-Paragrafu 4.1.2

1. Ħtiġiet:

1.1. It-testijiet għandhom jistabbilixxu:

1.1.1. Jekk l-okkupant(i) tas-sedil għandux (għandhomx) ir-restraint korrett bis-sedil(i) quddiemu (quddiemhom) u/jew bl-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà.

1.1.1.1. Dan il-kriterju għandu jkun kunsidrat bħala wieħed milħuq jekk il-moviment ’il quddiem ta’ kwalunkwe parti tal-korp u r-ras tal-manikin ma jgħaddux lil hinn mill-pjan vertikali trasvers sitwat 1.6 m mill-punt R tas-sedil awżiljarju;

1.1.2. Jekk l-okkupant(i) tas-sedil ma jkunx (ikunux) serjament imweġġa’.

1.1.2.1. Dan il-kriterju għandu jkun kunsidrat bħala wieħed milħuq jekk il-kriterji ta’ aċċettibilità biomekkanika għal manikin strumentat, stabbiliti f’konformità mal-Appendiċi 4, ikunu ntlaħqu; jiġifieri:

1.1.2.1.1. il-kriterju ta’ aċċettibilità tar-ras HAC ikun inqas minn 500;

1.1.2.1.2. il-kriterju tal-aċċettibilita tat-toraċi (ThAC) ikun inqas minn 30g, b’eċċezzjoni għal perjodi li laħħqu inqas minn 3ms (g = 9,81 m/s²);

1.1.2.1.3. il-kriterju tal-aċċettibilità tal-wirk (FAC) ikun inqas minn 10 kN u l-valur ta’ 8 kN ma jkunx iżjed għal perjodi li jlaħħqu aktar minn 20 ms.

1.1.3. Is-sedil u l-armar tas-sedil huma b’saħħithom biżżejjed. Dan il-kriterju għandu jkun kunsidrat bħala milħuq jekk:

1.1.3.1. l-ebda parti tas-sedil, tal-armar tas-sedil jew tal-aċċessorji ma jkunu jistgħu jinqalgħu kompletament matul it-test;

1.1.3.2. is-sedil jibqa’ miżmum sew, anke jekk wieħed mill-ankoraġġi jew aktar jinqalgħu parzjalment, u s-sistemi kollha tal-qfil jibqgħu maqfula matul it-test kollu;

1.1.3.3. wara t-test l-ebda parti strutturali tas-sedil jew tal-aċċessorji ma jkollha qsim jew truf jew kantunieri ppuntati jew li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw xi korriment lill-persuna.

1.2. It-tagħmir kollu li jifforma parti mid-dahar tas-sedil jew l-aċċessorji ta’ dan għandhom ikunu tali li ma jkunux jistgħu jikkawżaw kwalunkwe korriment lill-passiġġier waqt l-impatt. Dan il-kriterju għandu jkun kunsidrat bħala wieħed milħuq jekk kwalunkwe parti li tagħmel kuntatt ma’ sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm tkun tippreżenta radius ta’ kurvatura ta’ minn lanqas 5 mm.

1.2.1. Jekk kwalunkwe parti tat-tagħmir u l-aċċessorji msemmija fuq tkun magħmula minn materjal ta’ ebusija inqas minn 50 shore A fuq dahar iebes, il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 3.3 għandhom ikunu applikati biss għad-dahar iebes.

1.2.2. Il-partijiet tad-dahar tas-sedil bħalma huma mezzi tal-aġġustament għas-sedil u l-aċċessorji m’għandhomx ikunu suġġetti għal kwalunkwe ħtiġiet tal-paragrafu 3.3 jekk fil-pożizzjoni ta’ mistrieħ dawn ikunu taħt pjan orizzontali 400 mm ’il fuq mill-pjan ta’ referenza, anke jekk l-okkupant jista’ jiġi f’kuntatt ma’ dawn.

2. Il-preparazzjoni tas-sedil għat-test

2.1. Is-sedil li se jkun ittestjat għandu jkun armat:

2.1.1. jew fuq pjattaforma tat-test li sservi bħala mudell tal-karozzerija ta’ vettura,

2.1.2. jew fuq pjattaforma riġida ta’ testjar.

2.2. L-ankoraġġ tal-pjattaforma tal-ittestjar għas-sedil(i) għandha tkun identika jew ikollha l-istess karatteristiċi bħal dik li tintuża fil-vettura(i) li fiha(hom) is-sedil huwa maħsub li jintuża.

2.3. Is-sedil li se jkun ittestjat għandu jkun komplut bit-tappizzerija u l-aċċessorji kollha. Jekk is-sedil ikollu xi mejda, din għandha tkun f’pożizzjoni magħluqa.

2.4. Jekk tkun aġġustabbli lateralment, is-sedil għandu jkun f’pożizzjoni ta’ estensjoni massima.

2.5. Jekk ikun aġġustabbli, id-dahar tas-sedil għandu jkun aġġustat biex l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin użat biex jistabbilixxi l-punt H u l-angolu tat-torso attwali għal posizzjonijiet ta’ bilqiegħda f’vetturi bil-mutur, tkun kemm jista’ jkun viċin dik rakkomandata mill-manifattur għal użu normali jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, kemm jista’ jkun viċin il-25° lejn in-naħa ta’ wara f’relazzjoni mal-vertikali.

2.6. Jekk id-dahar tas-sedil ikollu restraint għar-ras aġġustabbli għall-għoli, din għandha tkun fl-iktar pożizzjoni baxxa tagħha.

2.7. Ċinturini tas-sigurtà ta’ tip approvat, li jikkonformaw mad-Direttiva 77/541/KEE u armati fuq ankoraġġi mpoġġija skond id-Direttiva 76/115/KEE, għandhom ikunu mwaħħla kemm mas-sedil awżiljarju u kemm ma’ dak li se jkun ittestjat.

3. Testijiet dinamiċi

3.0. Test 1:

3.1. Il-pjattaforma għall-ittestjar għandha tkun armata fuq trolley.

3.2. Is-sedil awżiljarju

Is-sedil awżiljarju jista’ jkun ta’ l-istess tip bħas-sedil li qed ikun ittestjat u għandu jkun jinsab b’mod parallel għal u direttament wara s-sedil li qed ikun ittestjat; iż-żewġ sedili għandhom ikunu ta’ l-istess għoli, aġġustati l-istess u t-tnejn fuq distanza ta’ 750 mm.

3.2.1. Jekk jintuża sedil awżiljarju ta’ għamla differenti dan għandu jissemma fl-Addendum taċ-ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-tip (Appendiċi 4 għall-Anness I).

3.3. Il-manikin

Manikin għandu jkun mpoġġi wara kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil li qed ikun ittestjat kif ġej:

3.3.1. Il-manikin għandu jitpoġġa mingħajr restraint fuq is-sedil awżiljarju biex il-pjan ta’ simmetrija tiegħu ikun jikkorrispondi għall-pjan ta’ simmetrija tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda in kwistjoni.

3.3.2. L-idejn tal-manikin għandhom ikunu jistrieħu fuq il-koxox tiegħu bil-minkbejn imissu id-dahar tas-sedil; is-saqajn għandhom ikunu estiżi sa’ l-iktar livell massimu u għandhom, jekk ikun possibbli, ikunu paralleli; l-għarqbejn għandhom ikunu jmissu l-art.

3.3.3. Kull manikin meħtieġ għandu jitpoġġa fuq sedil f’konformità mal-proċedura li ġejja:

3.3.3.1. il-manikin għandu jkun poġġut fuq is-sedil kemm jista’ jkun viċin il-pożizzjoni mixtieqa.

3.3.3.2. wiċċ riġidu ċatt b’area ta’ 76 mm x 76 mm għandu jitpoġġa kemm jista’ jkun fil-baxx kontra n-naħa ta’ quddiem tat-torso tal-manikin.

3.3.3.3. il-wiċċ ċatt għandu jkun ippressat orizzontalment kontra t-torso tal-manikin b’tagħbija ta’ bejn il-25 u l-35 daN:

3.3.3.3.1. it-torso għandu jinġieb ’il quddiem mill-ispallejn għall-pożizzjoni vertikali, imbagħad jitpoġġa lura kontra d-dahar tas-sedil. Din l-operazzjoni għandha ssir darbtejn;

3.3.3.3.2. mingħajr mat-torso jiċċaqlaq, ir-ras għandha tkun poġġuta f’tali pożizzjoni li l-pjattaforma li ssostni l-istrumenti tal-kejl li jkun hemm fir-ras tkun orizzontali u l-pjan saġitali medjan tar-ras ikun parallel għal dak tal-vettura.

3.3.3.4. il-wiċċ ċatt jitneħħa b’attenzjoni,

3.3.3.5. il-manikin għandu jitmexxa ’l quddiem fuq is-sedil u l-proċedura ta’ tqegħid deskritta fuq tiġi ripetuta,

3.3.3.6. jekk ikun meħtieġ, il-pożizzjoni tal-iktar membri baxxi għandha tkun korretta,

3.3.3.7. l-istrumenti tal-kejl mpoġġija m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw il-moviment tal-manikin matul l-impatt,

3.3.3.8. it-temperatura tas-sistema tal-istrumenti tal-kejl għandha tkun stabbilità qabel it-test u tinżamm kemm jista’ jkun possibbli f’medda ta’ bejn id-19 u s-26 °C.

3.4. Simulazzjoni tal-impatt

3.4.1. Il-veloċità tal-impatt tat-trolley għandha tkun bejn it-30 u t-32 km/h.

3.4.2. Id-deċelerazzjoni tat-trolley waqt it-test tal-impatt għandha tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet murija fil-Figura 1 taħt. Bl-eċċezzjoni għal xi intervalli li jlaħħqu inqas minn 3 ms, l-istorja tal-ħin tad-deċelerazzjoni tat-trolley għandha tibqa’ bejn il-kurvi ta’ limitu murija fil-Figura 1.

3.4.3. Barra minnhekk, id-deċelerazzjoni medja għandha tkun bejn is-6,5 u t-8,5 g.

3.5. It-Test 2:

3.5.1. It-Test 1 għandu jkun ripetut b’manikin poġġut fuq is-sedil awżiljarju; il-manikin għandu jkollu r-restraint minn ċinturin tas-sigurtà mwaħħal u aġġustat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. In-numru tal-punti tal-ankoraġġ taċ-ċinturin tas-sigurtà għall-għan tat-Test 2 għandhom ikunu reġistrati fl-addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tas-sedil (l-Appendiċi 4 tal-Anness 1).

3.5.2. Is-sedil awżiljarju għandu jkun tal-istess tip bħas-sedil li jkun qed jiġi ttestjat jew ta’ tip differenti, li d-dettalji tiegħu għandhom jitniżżlu fl-Addendum għaċ-ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip (l-Appendiċi 4 tal-Anness I).

3.5.3. It-Test 2 jista’ jiġi applikat ukoll għal partijiet oħra tal-vettura barra minn sedil, kif imsemmi fil-Paragrafu 3.1.10 tad-Direttiva 77/541/KEE u fil-Paragrafu 4.3.7 tad-Direttiva 76/115/KEE.

3.5.4. Fil-każ fejn it-Test 2 isir bil-manikin miżmum b’ċinturin bi tliet ponot u l-kriterji ta’ korriment ma jkunux inqabżu, is-sedil awżiljarju għandu jkun kunsidrat li jkun laħaq il-ħtiġiet marbuta mat-tagħbija u l-moviment tat-test statiku tal-ankoraġġ ta’ fuq matul it-test speċifikat fid-Direttiva 76/115/KEE fejn għandha x’taqsam din l-istallazzjoni.

Figura 1

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

Il-proċedura tat-test għall-ankoraġġi ta’ vettura fl-applikazzjoni tal-Paragrafu 4.1.1

1. L-apparat tat-test

1.1. Struttura riġida li tirrappreżenta b’mod suffiċjenti s-sedil maħsub għall-użu fuq il-vettura titwaħħal permezz ta’ tagħmir apposta (boltijiet, viti, eċċ.) li jiġi provdut mill-manifattur.

1.2. Jekk diversi tipi ta’ sedili li jvarjaw minn wieħed għall-ieħor fid-distanza bejn it-trufijiet ta’ quddiem u wara tas-saqajn tagħhom ikunu jistgħu jintramaw fuq l-istess ankoraġġ, it-test għandu jsir bl-iqsar sieq. Din is-sieq għandha tkun deskritta fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

2. Il-proċedura tat-test

2.1. Għandha tiġi applikata forza F:

2.1.1. f’għoli ta’ 750 mm ’il fuq mill-pjan ta’ referenza u fuq il-linja vertikali li jkollha ċ-ċentru ġeometriku tal-wiċċ mdawwar bil-poligonu li jkollu punti differenti ta’ ankoraġġi jservu bħala truf jew, jekk ikun japplika, l-ankoraġġi estremi tas-sedil, bl-istruttura riġida kif definit fil-Paragrafu 1.1,

2.1.2. fid-direzzjoni orizzontali u diretta lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura,

2.1.3. f’dewmien kemm jista’ jkun qasir u għal perjodu ta inqas minn 0.2 s.

2.2. Il-forza F għandha tkun stabbilita jew

2.2.1. permezz tal-formula li ġejja: F = (5000 ± 50) x i

fejn: F tingħata f’N u i tirrappreżenta n-numru ta’ posizzjonijiet ta’ bilqiegħda tas-sedil li għalih l-ankoraġġi li għandhom ikunu ttestjati jeħtieġ ikunu approvati; jew, jekk meħtieġ mill-manifattur,

2.2.2. f’konformità mat-togħbija rappreżentattiva mkejla waqt it-testijiet dinamiċi kif deskritt fl-Appendiċi 1.

Appendiċi 3

Il-kejl li għandu jittieħed

1. Il-kejl meħtieġ kollu għandu jsir b’sistemi ta’ kejl li jikkorrispondu għall-ispeċifikazzjonijiet ta’l-Istandard Internazzjonali ISO 6487 intitolat ‘Teknika ta’ kejl f’testijiet ta’ impatt: Strumentazzjoni’ u pubblikat fl-1987.

2. It-test dinamiku

2.1. Il-kejl li għandu jittieħed fuq it-trolley

Il-karatteristiċi tad-deċelerazzjoni tat-trolley għandhom ikunu mkejla, mill-aċċelerazzjonijiet imkejla fuq il-qafas riġidu tat-trolley, b’sistemi ta’ kejl b’CFC ta’ 60.

2.2. Il-kejl li għandu jittieħed fuq il-manikin

Il-qari tal-mezzi tal-kejl għandu jkun reġistrat permezz ta’ kanali ta’ data indipendenti tas-CFC li ġej:

2.2.1. Il-kejl fir-ras tal-manikin

L-aċċelerazzjoni triassjali li tirriżulta u li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità (ãñ) (1) għandha tkun mkejla b’CFC ta’ 600.

2.2.2. Il-kejl fit-toraċi tal-manikin

L-aċċelerazzjoni li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità (ãñ) [1] għandha tkun mkejla b’CFC ta’ 180.

2.2.3. Il-kejl fil-wirk tal-manikin

Il-forza ta’ kompressjoni ta’ l-assi għandha tkun imkejla b’CFC ta’ 600.

Appendiċi 4

Determinazzjoni tal-kriterji ta’ aċċettibilità

1. Il-kriterju tal-aċċettibilità tar-ras (HAC)

1.1. Dan il-kriterju ta’ aċċettibilità (HAC) jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-aċċelerazzjoni triassjali li tirriżulta mkejla skond l-Appendiċi 3, il-Paragrafu 2.2.1 permezz tal-espressjoni li ġejja:

HAC =

1

t

t

1 γrdt2,5

li fiha t1 u t2 huma kwalunkwe valuri ta’ ħin matul it-test, waqt li l-HAC ikun il-valur massimu għall-intervalli t1 u t2. Il-valur t1 u t2 huma espressi f’sekondi.

2. Il-kriterju tal-aċċettibilità tat-toraċi (ThAC)

2.1. Dan il-kriterju jiġi stabbilit bil-valur assolut tal-aċċelerazzjoni li tirriżulta, espressa f’g u mkejla skond l-Appendiċi 3, Paragrafu 2.2.2, u bil-perjodu tal-aċċelerazzjoni, espressa f’ms.

3. Il-kriterju tal-aċċettibilità tal-wirk (FAC)

Dan il-kriterju jiġi stabbilit bit-tagħbija ta’ kompressjoni espressa f’kN, li tgħaddi f’forma ta’ assi fuq kull wirk tal-manikin u mkejla skond l-Appendiċi 3, Paragrafu 2.2.2, u bil-perjodu tat-tagħbija ta’ kompressjoni, espressa f’ms.

L-Appendiċi 5

Il-ħtiġiet u l-proċedura tat-test statiku

1. Il-ħtiġiet

1.1. Il-ħtiġiet għas-sedili ittestjati skond dan l-Appendiċi huma biex jistabbilixxu:

1.1.1. Jekk l-okkupanti tas-sedil humiex miżmuma tajjeb bis-sedili ta’ quddiemhom;

1.1.2. Jekk l-okkupanti tas-sedil ikunux serjament imweġġa’; u

1.1.3 Jekk is-sedil u l-armar tas-sedil humiex b’saħħithom biżżejjed.

1.2. Il-ħtiġiet tal-Paragrafu 1.1.1 għandhom ikunu kkunsidrati bħala milħuqa jekk l-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull forza preskritta fil-Paragrafu 2.2.1 imkejla fil-pjan orizzontali u fil-pjan medjan lonġitudinali tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda relevanti ma tkunx teċċedi aktar minn 400 mm.

1.3. Il-ħtiġiet tal-Paragrafu 1.1.2 għandhom ikunu kkunsidrati bħala milħuqa jekk ikunu ntlaħqu l-karatteristiċi li ġejjin:

1.3.1. L-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull waħda mill-forzi preskritti fil-paragrafu 2.2.1, imkejjel kif deskritt fil-Paragrafu 1.2, ma jkunx inqas minn 100 mm.

1.3.2. L-ispostament massimu tal-punt ċentrali tal-applikazzjoni ta’ kull waħda mill-forzi preskritti fil-paragrafu 2.2.2, imkejjel kif deskritt fil-Paragrafu 1.2, ma jkunx inqas minn 50 mm.

1.3.3. It-tagħmir kollu li jifforma parti mid-dahar tas-sedil jew l-aċċessorji ta’ dan għandhom ikunu tali li ma jkunux jistgħu jikkawżaw kwalunkwe korriment lill-passiġġier waqt l-impatt. Dan il-kriterju għandu jkun kunsidrat bħala wieħed milħuq jekk kwalunkwe parti li tagħmel kuntatt ma’ sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm tkun tippreżenta radius ta’ kurvatura ta’ minn lanqas 5 mm.

1.3.4. Jekk kwalunkwe parti tat-tagħmir u l-aċċessorji msemmija fuq tkun magħmula minn materjal ta’ ebusija inqas minn 50 shore A fuq dahar iebes, il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1.3.3 għandhom ikunu applikati biss għad-dahar iebes.

1.3.5. Il-partijiet tad-dahar tas-sedil bħalma huwa l-mezzi tal-aġġustament għas-sedil u l-aċċessorji m’għandhomx ikunu suġġetti għal kwalunkwe ħtiġiet tal-paragrafu 1.3 jekk fil-pożizzjoni ta’ mistrieħ dawn ikunu taħt pjan orizzontali 400 mm ’il fuq mill-pjan ta’ referenza, anke jekk l-okkupant jista’ jiġi f’kuntatt ma’ dawn.

1.4. Il-ħtiġiet tal-Paragrafu 1.1.3 għandhom ikunu kkunsidrati bħala milħuqa jekk:

1.4.1. l-ebda parti tas-sedil, tal-armar tas-sedil jew tal-aċċessorji ma jkunu jistgħu jinqalgħu kompletament matul it-test;

1.4.2. Is-sedil jibqa’ miżmum sew, anke jekk wieħed mill-ankoraġġi jew aktar jinqalgħu parzjalment, u s-sistemi kollha tal-qfil jibqgħu maqfula matul it-test kollu;

1.4.3. Wara t-test l-ebda parti strutturali tas-sedil jew tal-aċċessorji ma jkollha qsim jew truf jew kantunieri ppuntati jew li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw xi korriment lill-persuna.

2. It-testijiet statiċi

2.1. L-apparat tat-test

2.1.1. Dan jikkonsisti f’uċuħ ċilindiriċi b’radius ta’ kurvatura ugwali għal 82 (± 3 mm) u wisa’:

2.1.1.1. almenu ugwali għall-wisa’ tad-dahar ta’ kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil li se jkun ittestjat għall-forma ta’ fuq,

2.1.1.2. ugwali għal 320 (- 0 + 10 mm) għal forma ta’ taħt kif muri fil-Figura 1 ta’ dan l-Appendiċi.

2.1.2. Il-wiċċ li jistrieħ kontra l-partijiet tas-sedil għandu jkun magħmul minn materjal li l-ebusija tiegħu ma tkunx anqas minn 80 Shore A.

2.1.3. Kull wiċċ ċilindriku għandu jkun mgħammar b’minn ta’ lanqas b’transducer wieħed biex ikejjel il-forzi applikati fid-direzzjoni definita fil-Paragrafu 2.2.1.1.

2.2. Il-proċedura tat-test

2.2.1. Forza ta’ test għal

± 50 N

għandha tkun applikata billi jintuża mezz, konformanti mal-Paragrafu 2.1, għall-parti ta’ wara tas-sedil li jikkorrispondi għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil.

2.2.1.1. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-forza għandha tkun fil-pjan medjan vertikali tal-pożizzjoni ta’ bilqiegħda konċernata; din għandha tkun orizzontali u minn wara għan-naħa ta’ quddiem tas-sedil.

2.2.1.2. Id-direzzjoni għandha tkun sitwata f’għoli H1 li għandu jkun bejn 0,70 m u 0,80 m u fuq il-pjan tar-referenza. L-għoli eżatt għandu jkun stabbilit mill-manifattur.

2.2.2. Forza ta’ test għal

± 100 N

għandha tkun applikata simultanjament għall-parti ta’ wara tas-sedil li tikkorrispondi għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sedil fl-istess pjan vertikali u fl-istess direzzjoni f’għoli H2 li għandu jkun bejn 0,45 u 0,55 m ’il fuq mill-pjan tar-referenza, b’mezz li jikkonforma nal-Paragrafu 2.1. L-għoli eżatt għandu jkun stabbilit mill-manifattur.

2.2.3. Il-forom tat-test għandhom jinżammu kemm jista’ jkun possibbli f’kuntatt mal-parti ta’ wara tas-sedil matul l-applikazzjoni tal-forzi speċifikati fil-Paragrafi 2.2.1 u 2.2.2. Dawn għandhom ikunu jistgħu jimpernjaw fi pjan orizzontali.

2.2.4. Fejn sedil ikollu aktar minn pożizzjoni waħda ta’ bilqiegħda, il-forzi li jikkorrispondu għal kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda għandhom ikunu applikati simultanjament u għandu jkun hemm forom ’il fuq u l-isfel daqs kemm ikun hemm pożizzjonijiet ta’ bilqiegħda.

2.2.5. Il-pożizzjoni inizjali ta’ kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda ta’ kull waħda mill-forom għandha tkun stabbilita billi il-mezzi tat-test jinġiebu f’kuntatt mas-sedil b’forza ugwali għal ta’ lanqas 20 N.

2.2.6. Il-forzi indikati fil-Paragrafi 2.2.1 and 2.2.2 għandhom ikunu applikati kemm jista’ jkun malajr u għandhom jinżammu flimkien fil-valur speċifikat, minkejja d-deformazzjoni, għal ta’ lanqas 0,2 sekondi.

2.2.7. Jekk it-test ikun sar b’forza waħda jew aktar iżda mhux bil-forzi kollha ikbar minn dawk speċifikati fil-Paragrafi 2.2.1 u 2.2.2, u jekk is-sedil jikkonforma mal-ħtiġiet, it-test għandu jkun kunsidrat bħala wieħed milħuq.

Figura 1

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 6

Karatteristiċi tal-assorbiment tal-enerġija tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3

1. L-elementi tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil li jinsabu fiż-żona ta’ referenza, kif definita fil-Paragrafu 2.2.1 ta’ dan l-Anness, għandhom ikunu verifikati fuq talba tal-manifattur skond il-ħtiġiet tal-assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 74/60/KEE. Għal dan l-għan, l-aċċessorji kollha mwaħħla għandhom jiġu ttestjati fil-pożizzjoniet ta’ użu kollha, barra l-imwejjed li għandhom jiġu kkunsidrati fil-pożizzjoni magħluqa tagħhom.

2. Dan it-test għandu jissemma fl-Addendum għaċ-¬ertifikat tal-Approvazzjoni tas-sedil (Appendiċi 4 tal-Anness 1). Tpinġija li turi ż-żona tal-parti ta’ wara tad-dahar tas-sedil li kienet ġiet verifikata bit-test għad-dissipazzjoni tal-enerġija, għandha tkun mehmuża.

3. Dan it-test jista’ jkun applikat għal partijiet oħra tal-vettura għajr is-sedil (Paragrafu 3.5.3 tal-Appendiċi 1).

" L-Anness IV ġdid qed ikun inkluż kif ġej:

"

L-ANNESS IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL VETTURI MHUX KOPERTI BL-ANNESSI II U III

1. Ġenerali

1.1. Il-ħtiġiet stabbiliti f’dan l-Anness japplikaw għal vetturi fil-kategoriji N1, N2 jew N3 u dawk fil-kategoriji M2 u M3 li mhumiex koperti bl-Anness III.

2. Speċifikazzjonijiet Ġenerali

2.1. Is-sedili u s-sedili f’forma ta’ bank għandhom ikunu mwaħħla sew mal-vettura.

2.2. Sedili li jiżżerżqu u sedili f’forma ta’ bank għandhom ikunu maqfula awtomatikament fil-pożizzjonijiet kollha provduti.

2.3. Dahar tas-sedil aġġustabbli għandu jkun maqful fil-pożizzjonijet kollha provduti.

2.4. Is-sedili kollha li jistgħu jinklinaw ’il quddiem jew ikollhom dahar li jingħalaq għandhom ikunu maqfula awtomatikament fil-pożizzjoni normali.

2.5. Restraint għar-ras għandu jintrama fuq kull sedil laterali ta’ quddiem f’kull vettura tal-kategorija M2 b’massa massima li ma tkunx teċċedi aktar minn 3500 kg u tal-kategorija N1; restraint għar-ras armati f’vetturi bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II jew tad-Direttiva 78/932/KEE.’

"

[1] In-numri tal-punti u n-noti wżati f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex relevanti għall-għan ta’ din id-Direttiva jitħallew barra.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, komponent jew unit tekniku separat koperti b’dan iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?": (e.g. ABĊ??123??).

[8] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

[8] Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Ħassar fejn ma japplikax.

[3] Ħassar fejn ma japplikax.

[4] Ħassar fejn ma japplikax.

[5] Ħassar fejn ma japplikax.

[6] Ħassar fejn ma japplikax.

[7] Ħassar fejn ma japplikax.

[8] Ħassar fejn ma japplikax.

[1] Vetturi tal-kategorija M1 huma kkunsidrati bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.3 u 3.2.4 ta’ dan l-Anness sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

[2] Vetturi tal-kategorija M1 huma kkunsidrati bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.3 u 3.2.4 ta’ dan l-Anness sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

[3] Vetturi tal-kategorija M1 huma kkunsidrati bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.3 u 3.2.4 ta’ dan l-Anness sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

[4] Sal- 1.10.1999 għal tipi ta’ vetturi ġodda u sal- 1.10.2001 għal vetturi kollha, il-valur ta’ 700 mm għandu jkun japplika

[5] Vetturi tal-kategorija M1 huma kkunsidrati bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.3 u 3.2.4 ta’ dan l-Anness sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 74/60/KEE.

[6] Sal- 1.10.1999 għal tipi ta’ vetturi ġodda u sal- 1.10.2001 għal vetturi kollha, il-valur ta’ 700 mm għandu jkun japplika

[7] Sal- 1.10.1999 għal tipi ta’ vetturi ġodda u sal- 1.10.2001 għal vetturi kollha, il-valur ta’ 700 mm għandu jkun japplika

[8] Sal- 1.10.1999 għal tipi ta’ vetturi ġodda u sal- 1.10.2001 għal vetturi kollha, il-valur ta’ 700 mm għandu jkun japplika

[1] Ir-relazzjoni tal-massa mnaqqsa "mr" tal-pendlu mal-massa totali "m" tal-pendlu f’distanza "a" bejn iċ-ċentru ta’ perkussjoni u l-assi ta’ rotazzjoni u f’distanza "l" bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni qed tingħata f’din il-formula li ġejja:

[1] L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u t-tpinġija dettaljati tal-Ibridu II u III, li jikkorrispondu għall-qisien prinċipali ta’ wieħed minn ħamsin perċentili maskil fl-Istati Uniti tal-Amerika, u l-ispeċifikazzjoniet għall-aġġustament tiegħu għal dan it-test huma depożitati għand is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jiġu konsultati fuq talba lis-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, l-Isvizzera.

[1] Espressa f’g (= 9,81 m/sec²) li l-valur ta’ l-iskala tagħha jkun kalkulat skond il-formula li ġejja:γr2 = γl2 + γv2 + γt2

--------------------------------------------------