31996L0005



Official Journal L 049 , 28/02/1996 P. 0017 - 0028


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE

tas-16 ta’ Frar 1996

dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar oġġetti ta’ l-ikel intenzjonati għal użu nutrizzjonali partikolari [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi l-miżuri tal-Komunità kkunsidrati b’din id-Direttiva ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet li hemm diġà pprovdut għalihom bid-Direttiva 89/398/KEE;

Billi ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar huwa wżat bħala parti minn dieta diversifikata u ma jikkostitwixxix is-sors uniku ta’ nutriment tat-trabi u t-tfal żgħar;

Billi hemm varjetà kbira ta’ prodotti in kwistjoni li jirriflettu dieta varjata ħafna ta’ trabi li jkunu qegħdin jiġu miftuma u ta’ tfal żgħar minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u kulturali li jeżistu fil-Komunità;

Billi l-kompożizzjoni essenzjali tal-prodotti in kwistjoni għandha tkun addattata għall-kondizzjonijiet nutrittivi tat-trabi u tat-tfal żgħar f’kondizzjoni ta’ saħħa tajba hekk kif stabbilit bid-data xjentifika aċċettata b’mod ġenerali, waqt li jingħata kas tal-fatturi msemmija hawn fuq;

Billi għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet nutrittivi essenzjali għall-kompożizzjoni taż-żewġ kategoriji wesgħin ta’ dawn il-prodotti, jiġifieri l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u l-ikel tat-trabi;

Billi għakemm, minħabba in-natura ta’ prodotti bħal dawn, għandhom jiġu mposti numru ta’ ħtiġiet mandatarji u restrizzjonijiet oħra fuq il-livell ta’ vitamini, minerali, u nutrijenti oħra, nutrijenti bħal dawn jistgħu jiġu miżjudin b’mod volontarju mill-fabbrikanti sakemm huma jużaw esklussivament is-sustanzi elenkati fl-Anness IV għal din id-Direttiva;

Billi l-użu tal-prodotti li magħhom ġew miżjuda b’mod voluntarju nutrijenti bħal dawn f’livelli osservati bħalissa fil-Komunità ma jidhrux li jirriżultaw f’teħid eċċessiv ta’ dawk in-nutrijenti minn trabi u tfal żgħar; billi se tingħata attenzjoni għal kwalunkwe żviluppi futuri tas-sitwazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn, jittieħdu l-miżuri xierqa;

Billi d-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-użu ta’ addittivi fil-manifattura ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi ser jiġu stabbiliti f’Direttiva tal-Kunsill;

Billi l-użu ta’ ingredjenti ta’ l-ikel ġodda sejjer jiġi ttrattat b’mod orizzontali għal kull tip ta’ oġġetti ta’ l-ikel f’miżura separata;

Billi din id-Direttiva tirrifletti l-għarfien kurrenti dwar dawn il-prodotti; billi kwalunkwe emenda, li tippermetti għal innovazzjoni bbażata fuq il-progress xjentifiku u tekniku, sejra tkun deċiża bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/398/KEE;

Billi, minħabba l-persuni li għalihom huma ntenzjonati dawn il-prodotti, għandhom jiġu stabbiliti l-kriterji mikrobijoloġiċi meħtieġa u l-livelli massimi ta’ kontaminanti, bla telf ta’ żmien;

Billi bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/398/KEE il-prodotti koperti b’din id-Direttiva huma soġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/102/KE [3];

Billi f’din id-Direttiva ż-żidiet u l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-regoli ġenerali huma adottati u mfissra aktar, fejn meħtieġ;

Billi, b’mod partikolari, in-natura u d-destinazzjoni tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva jeħtieġu ttikkettjar nutrizzjonali li juri l-valur ta’ l-enerġija u n-nutrijenti prinċipali li jkun fihom; billi, mill-banda l-oħra, għandu jiġi speċifikat il-metodu wżat skond il-punt 8 ta’ l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 79/112/KEE, sabiex ma jkunx hemm użu mhux xieraq li jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa tat-trabi;

Billi, waqt li talbiet mhux speċifikament projbiti jistgħu ġeneralment isiru għall-prodotti in kwistjoni f’konformità mar-regoli applikabbli għal kull xorta ta’ oġġetti ta’ l-ikel, talbiet bħal dawn għandhom, fejn xieraq, jagħtu kas tal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati f’din id-Direttiva;

Billi l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ġie, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/398/KEE, ikkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-saħħa pubblika;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva hija ‘Direttiva speċifika’ fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/398/KEE.

2. Din id-Direttiva tkopri l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu nutrittiv partikolari li jissodisfa l-ħtiġiet partikolari tat-trabi u t-tfal żgħar b’saħħithom fil-Komunità u li huma ntenzjonati sabiex jintużaw minn trabi waqt li jkunu qegħdin jiġu miftuma, u minn tfal żgħar bħala suppliment għad-dieta tagħhom u/jew għall-addattament progressiv tagħhom għall-ikel ordinarju. Dawn jikkomprendu:

(a) ‘Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċerejali’ li huwa diviż fl-erba’ kategoriji li ġejjin:

(i) ċereali sempliċi li huma jew li jridu jkunu kostitwiti mill-ġdid bil-ħalib jew b’likwidi nutrittivi xierqa oħra;

(ii) ċereali b’ikel b’ammont għoli ta’ proteini miżjud li huma jew li jridu jkunu kostitwiti mill-ġdid bl-ilma jew b’likwidu ieħor ħieles mill-proteini;

(iii) għaġin li għandu jintuża wara li jissajjar fl-ilma jagħli jew f’likwidi xierqa oħra;

(iv) biskuttini u gallettini li għandhom jintużaw jew direttament jew, wara li jitfarrku, biż-żieda ta’ l-ilma, ħalib jew likwidi oħra addatti.

(b) ‘Ikel tat-trabi’ għajr l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċerejali.

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal ħalib intenzjonat għat-tfal żgħar.

4. Għall-għan ta’ din id-Direttiva:

- ‘trabi’ għandha tfisser tfal taħt l-età ta’ tnax-il xahar,

- ‘tfal żgħar’ għandha tfisser tfal ta’età ta’ bejn sena u 3 snin.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 jiġu mqiegħda fis-suq fil-Komunità biss kemm-il darba jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għandu jiġu ffabbrikat minn ingredjenti li l-konvenjenza tagħhom għal użu nutrittiv partikolari mit-trabi u t-tfal żgħar kienet ġiet stabbilita minn data xjentifika aċċettata b’mod ġenerali.

L-Artikolu 4

1. Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għandu jikkonforma mal-kriterji ta’ kompożizzjoni speċifikati fl-Anness I.

2. Ikel tat-trabi li huwa deskritt fl-Anness II għandu jikkonforma mal-kriterja ta’ kompożizzjoni speċifikati fih.

L-Artikolu 5

Dawk is-sustanzi nutrittivi biss elenkati fl-Anness IV jistgħu jiġu miżjuda fil-manifattura ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ta’ ikel tat-trabi. Fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi, fejn ikun hemm bżonn, flimkien ma’ dawk diġà stipulati.

Il-kriterji ta’ purità ta’ dawk is-sustanzi għandhom jiġu stabbiliti f’fażi aktar tard

L-Artikolu 6

Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi ma għandu jkun fih ebda sustanzi fi kwantità tali li tista’ tipperikola s-saħħa tat-trabi u tat-tfal żgħar. Għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi meħtieġa bla telf ta’ żmien.

Għandhom jiġu stabbiliti kriterji mikrobijoloġiċi kif meħtieġ.

L-Artikolu 7

1. L-ittikkettjar tal-prodotti konċernati għandu jkollu flimkien mad-dettalji li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 79/112/KEE, id-dettalji mandatarji li ġejjin:

(a) Dikjarazzjoni dwar l-età xierqa li minnha jista’ jibda jintuża l-prodott, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kompożizzjoni tiegħu, għall-palat u għal karatteristiċi partikulari oħra. L-età mistqarra ma tridtx tkun ta’ inqas minn erba’ xhur għal kwalunkwe prodott. Prodotti rakkomandati għall-użu mill-età ta’ erba’ xhur jistgħu jindikaw li huma xierqa minn dik l-età sakemm persuni indipendenti li għandhom kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmakoloġija, jew professjonisti oħra responsabbli għall-maternità u l-kura tat-tfal, ma jagħtux parir ieħor.

(b) Informazzjoni rigward il-preżenza jew in-nuqqas ta’ glutina jekk l-età indikata li minnha jista’ jibda jintuża l-prodott hija taħt is-sitt xhur.

(ċ) Il-valur ta’ l-enerġija disponibbli espressi f’kJ u kcal, u l-kontenut ta’ proteini, ta’ karboidrati u ta’ lipidi espressi f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn xieraq, għall-kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum;

(d) Il-kwantità medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull vitamina rregolata b’livell speċifiku fl-Anness I u fl-Anness II rispettivament, espressi f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn xieraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum;

(e) Istruzzjonijiet għall-preparazzjoni xierqa, fejn meħtieġ, u dikjarazzjoni dwar l-importanza li wieħed isegwi dawk l-istruzzjonijiet.

2. L-ittikkettjar jista’ jkollu:

(a) il-kwantità medja tan-nutrijenti msemmija fl-Anness IV meta tali dikjarazzjoni ma tkunx koperta bid-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, espressa f’forma numerika, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u, fejn xieraq, għal kull kwantità speċifika tal-prodott kif propost għall-konsum;

(b) b’żieda ma’ l-informazzjoni numerika, informazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali murija fl-Anness V, espressa bħala persentaġġ tal-valuri ta’ riferenza mogħtija hemm, għal kull 100 g jew 100 ml tal-prodott kif mibjugħ, u fejn xieraq, għal kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum, sakemm il-kwantitajiet preżenti huma ta’ l-inqas ugwali għal 15 % tal-valuri ta’ riferenza.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Settembru 1997. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għandhom jiġu applikati b’tali mod li:

- jippermettu l-kummerċ fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, sa l-1 ta’Ottubru 1997,

- jipprojbixxu l-kummerċ ta’ prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, b’effett mill-31 ta’ Marzu 1999.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal riferenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27.

[2] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

[3] ĠU L 291, tal-25.11.1993, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA’ IKEL IPPROĊESSAT IBBAŻAT FUQ IĊ-ĊEREALI GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR

Il-ħtiġiet dwar in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu mqiegħda fis-suq bħala tali jew kostitwiti mill-ġdid kif avżat mill-fabbrikant.

1. Kontenut ta’ ċereali

Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali huwa mħejji primarjament minn ċerejali wieħed mitħun jew iktar u/jew minn prodotti b’għeruq li fihom il-lamtu.

L-ammont ta’ ċereali u/jew ta’ għerq li fih il-lamtu ma għandux ikun inqas minn 25 % tat-taħlita aħħarija fuq il-piż xott għall-bażi tal-piż.

2. Proteini

2.1. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a) (ii) u (a) (iv) ta’ l-Artikolu 1(2), il-kontenut tal-proteini ma għandux jaqbeż il-1,3 g/100 kJ (5,5 g/100 kcal).

2.2. Għall-prodotti msemmija fil-punt (a) (ii) ta’ l-Artikolu 1(2), il-proteini miżjuda ma għandhomx ikunu inqas minn 0,48 g/100 kJ (2 g/100 kcal).

2.3. Għal gallettini msemmija fil-punt (a) (iv) ta’ l-Artikolu 1(2), magħmulin biż-żieda ta’ ikel li fih ammont għoli ta’ proteini, u ppreżentati bħala tali, il-proteini miżjuda ma għandhomx ikunu inqas minn 0,36 g/100 kJ (1,5/100 kcal).

2.4. L-indiċi kimiku tal-proteini miżjuda għandu jkun ugwali għallinqas għal 80 % ta’ dak tal-proteini ta’ riferenza (kaseina kif definit fl-Anness III), jew il-proporzjon ta’ enerġija tal-proteini (PER) tal-proteini fit-taħlita għandu jkun ugwali għallinqas għal 70 % ta’ dak tal-proteini ta’ riferenza. Fil-każijiet kollha, iż-żjieda ta’ aċidi amminiċi hija permessa biss għall-għan li jittejjeb il-valur nutrittiv tat-taħlita tal-proteini, u fil-proporzjonijiet meħtieġa biss għal dak il-għan.

3. Karboidrati

3.1. Jekk jiġi miżjud is-sucrose, il-fructose, il-glukożju, xiroppi tal-glukożju jew l-għasel mal-prodotti msemmija fil-punti (a) (i) u (a) (iv) ta’ l-Artikolu 1(2):

- l-ammont ta’ karboidrati miżjud minn dawn is-sorsi ma għandux ikun aktar minn 1,8 g/100 kJ (7,5 g/100 kcal),

- l-ammont ta’ fructose miżjud ma għandux ikun aktar minn 0,9 g/100 kJ (3,75 g/100 kcal),

3.2. Jekk jiġi miżjud is-sucrose, il-fructose, il-glukożju, xiroppi tal-glukożju jew l-għasel mal-prodotti msemmija fil-punti (a) (ii) ta’ l-Artikolu 1(2):

- l-ammont ta’ karboidrati miżjud minn dawn is-sorsi ma għandux ikun aktar minn 1,2 g/100 kJ (5 g/100 kcal),

- l-ammont ta’ fructose miżjud ma għandux ikun aktar minn 0,6 g/100 kJ (2,5 g/100 kcal),

4. Lipidi

4.1. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a) (i) u (a) (iv) ta’ l-Artikolu 1(2), il-kontenut lipidu ma għandux ikun aktar minn 0,8 g/100 kJ (3,3 g/100 kcal).

4.2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a) (ii) ta’ l-Artikolu 1(2), il-kontenut lipidu ma għandux ikun aktar minn 1,1 g/100 kJ (4,5 g/100 kcal). Jekk il-kontenut lipidu jkun aktar minn 0,8 g/100 kJ (3,3 g/100 kcal):

(a) l-ammont ta’ aċidu lauric ma għandux ikun aktar minn 15 % tal-kontenut lipidu totali;

(b) l-ammont ta’ aċidu myristic ma għandux ikun aktar minn 15 % tal-kontenut lipidu totali;

(ċ) l-ammont ta’ aċidu linoleiku (fil-forma ta’ gliċeridi = linoleates) ma għandux ikun inqas minn 70 mg/100 kJ (300 mg/100 kcal) u ma għandux ikun aktar minn 285 mg/100 kJ (1200 mg/100 kcal).

5. Minerali

5.1. Sodju

- il-melħ tas-sodju jista’ jiġi miżjud biss ma’ l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għal għanijiet teknoloġiċi,

- il-kontenut ta’ sodju fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċerejali ma għandux ikun aktar minn 25 mg/100 kJ (100 mg/100 kcal).

5.2. Kalċju

5.2.1. Għal prodotti msemmija fil-punt (a) (ii) ta’ l-Artikolu 1(2), l-ammont ta’ kalċju ma għandux ikun inqas minn 20 mg/100 kJ (80 mg/100 kcal).

5.2.2. Għal prodotti msemmija fil-punt (a) (iv) ta’ l-Artikolu 1(2), mmanifatturati biż-żjieda ta’ ħalib (gallettini tal-ħalib) u ppreżentati bħala tali, l-ammont ta’ kalċju ma għandux ikun inqas minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal).

6. Vitamini

6.1. Għal ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali l-ammont ta’ thiamin ma għandux ikun inqas minn 25 μg/100 kJ (100 μg/100 kcal.

6.2. Għal prodotti msemmija fil-punt (a) (ii) ta’ l-Artikolu 1(2):

| Għal kull 100 kJ | Għal kull 100 kcal |

Minimu | Massimu | Minimu | Massimu |

Vitamina A (μg RE) | 14 | 43 | 60 | 180 |

Vitamina D (μg) | 0,25 | 0,75 | 1 | 3 |

Dawn il-limiti huma applikabbli wkoll jekk il-vitamini A u D jiġu miżjudin ma’ ikel ieħor ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċerejali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA’ IKEL TAT-TRABI GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR

Il-ħtiġiet dwar in-nutrijenti jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu, mqiegħda fis-suq bħala tali jew kostitwiti mill-ġdid kif avżat mill-fabbrikant.

1. Proteini

1.1. Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini huma l-uniċi ingredjenti msemmija fl-isem tal-prodott, allura:

- il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni u s-sorsi l-oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmija, fit-total, għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 40 % tal-piż tal-prodott kollu,

- kull laħam, tajra, ħut, ġewwieni u sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmi għandu jikkostitwixxi mhux inqas minn 25 % fil-piż, tat-total tas-sorsi tal-proteini msemmija,

- il-proteini totali mis-sorsi msemmija ma għandhomx ikunu inqas minn 1,7 g/100 kJ (7 g/100 kcal),

1.2. Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini, weħidhom jew ikkombinati, huma msemmija l-ewwel fl-isem tal-prodott, kemm jekk il-prodott jiġi ppreżentat bħala ikla kif ukoll jekk le, allura:

- il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni u s-sorsi l-oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmija, fit-total, għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 10 % tal-piż tal-prodott kollu,

- kull laħam, tajr, ħut, ġewwieni u sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmi għandu jikkostitwixxi mhux inqas minn 25 % fil-piż, tat-total tas-sorsi tal-proteini msemmija,

- il-proteini mis-sorsi msemmija ma għandhomx ikunux inqas minn 1 g/100 kJ (4 g/100 kcal),

1.3. Jekk il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni jew sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini, weħidhom jew ikkombinati jissemmew, imma mhux l-ewwel, fl-isem tal-prodott, kemm jekk il-prodott jiġi ppreżentat bħala ikla kif ukoll jekk le, allura:

- il-laħam, it-tajr, il-ħut, il-ġewwieni u s-sorsi l-oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmija, fit-total, għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 8 % tal-piż tal-prodott kollu,

- kull laħam, tajr, ħut, ġewwieni u sorsi oħra tradizzjonali ta’ proteini msemmija għandhom jikkostitwixxu mhux inqas minn 25 % fil-piż, tat-total tas-sorsi tal-proteini msemmija,

- il-proteini mis-sorsi msemmija ma għandhomx ikunu inqas minn 0,5 g/100 kJ (2,2 g/100 kcal),

- il-proteini totali fil-prodott mis-sorsi kollha ma għandhomx ikunu inqas minn 0,7 g/100 kJ (3 g/100 kcal),

1.4. Jekk il-prodott huwa nnominat fuq it-tikketta bħala ikla, imma ma jsemmix laħam, tajr, ħut, ġewwieni jew sorsi tradizzjonali oħra ta’ proteini fl-isem tal-prodott, allura:

- il-proteini totali fil-prodott mis-sorsi kollha ma għandhomx ikunu inqas minn 0,7 g/100 kJ (3 g/100 kcal),

1.5. Iż-żieda ta’ aċidi amminiċi hija permessa biss għall-għan ta’ titjib tal-valur nutrittiv tal-proteini preżenti, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

2. Karboidrati

Il-kwantitajiet tal-karboidrati totali preżenti fil-meraq u n-nettari tal-frott u l-ħxejjex, fil-platti bi frott biss u fid-diżerti jew fil-pudini ma għandhomx jaqbżu:

- 10 g/100 ml għal meraq tal-ħxejjex u xorb ibbażat fuqhom,

- 15 g/100 ml għal meraq u nettari tal-frott u xorb ibbażat fuqhom,

- 20 g/100 g għal platti bil-frott biss,

- 25 g/100 g għal diżerti u pudini,

- 5 g/100 g għal xorb ieħor li mhuwiex ibbażat fuq il-ħalib.

3. Xaħam

3.1. Għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness:

Jekk il-laħam jew il-ġobon huma l-uniċi ingredjenti jew huma msemmija l-ewwel fl-isem ta’ prodott, allura:

- ix-xaħam totali fil-prodott mis-sorsi kollha ma għandux jaqbeż il-1,4 g/100 kJ (6 g/100 kcal),

3.2. Għall-prodotti l-oħra kollha:

ix-xaħam totali fil-prodott mis-sorsi kollha ma għandux jaqbeż il-1,1 g/100 kJ (4,5 g/100 kcal),

4. Sodju

4.1. Il-kontenut finali ta’ sodju fil-prodott għandu jkun jew mhux iktar minn 48 mg/100 kJ (200 mg/100 kcal) jew mhux iktar minn 200 mg għal kull 100 g. Madankollu jekk il-ġobon huwa l-uniku ingredjent imsemmi fl-isem tal-prodott, il-kontenut finali ta’ sodju fil-prodott ma għandux ikun iktar minn 70 mg/100 kJ (300 mg/100 kcal).

4.2. Il-melħ tas-sodju ma għandux jiġi miżjud ma’ prodotti bbażati fuq il-frott, lanqas ma’ diżerti, pudini għajr għal għanijiet teknoloġiċi.

5. Vitamini

Il-Vitamina Ċ

F’meraq tal-frott, nettaru tal-frott, jew meraq tal-ħxejjex il-kontenut finali tal-vitamina Ċ fil-prodott għandu jkun jew mhux inqas minn 6 mg/100 kJ (25 mg/100 kcal) jew mhux inqas minn 25 mg għal kull 100 g.

Il-Vitamina A

F’meraq tal-ħxejjex, il-kontenut finali tal-vitamina A fil-prodott m’għandux ikun inqas minn 25 μg RE/100 kJ (100 μg Re/100 kcal) [1].

Il-Vitamina A ma għandhiex tiġi miżjuda ma’ ikel ieħor tat-trabi.

Il-Vitamina D.

Il-Vitamina D ma għandhiex tiġi miżjuda ma’ ikel tat-trabi.

[1] RE = l-ekwivalenti kollha għal trans retinol.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KOMPOŻIZZJONI TA’ AĊIDI AMMINIĊI TAL-KASEINA

| (g għal kull 100 g ta’ proteina) |

Arginine | 3,7 |

Cystine | 0,3 |

Histidine | 2,9 |

Isoleucine | 5,4 |

Leucine | 9,5 |

Lysine | 8,1 |

Methionine | 2,8 |

Phenylalanine | 5,2 |

Threonine | 4,7 |

Trytophan | 1,6 |

Tyrosine | 5,8 |

Valine | 6,7 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

SUSTANZI NUTRITTIVI

1. Vitamini

Il-vitamina A

Retinol

Retinyl Acetate

Retinyl palmitate

beta carotene

Il-vitamina D.

Il-vitamina D2 (= ergocalciferol)

Il-vitamina D3 (= cholecalciferol)

Il-vitamina B1

Thiamin hydrochloride

Thiamin mononitrate

Il-vitamina B2

Riboflavin

Riboflavin-5’-phosphate, sodju

Niacin

Nicotinamide

Aċidu Nikotiniku

Il-vitamina B6

Pyridoxine hydrochloride

Pyridoxine-5-phosphate

Pyridoxine dipalmitate

Aċidu Pantoteniku

D-pantothenate, kalċju

D-pantothenate, sodju

Dexpanthenol

Folate

Aċidu foliku

Il-vitamina B12

Cyanocobalamine

Hydroxocobalamin

Biotin

D-biotin

Il-vitamina Ċ

aċidu L-assorbiku

Sodium L-ascorbate

Calcium L-ascorbate

6-Palmityl-L-ascorbic acid (ascorbyl palmitate)

potassium ascorbate

Il-vitamina K

Phylloquinone (Phytomenadione)

Il-vitamina E

D-alpha tocopherol

DL-alpha tocopherol

D-alpha tocopherol acetate

DL-alpha tocopherol acetate

2. Aċidi amminiċi

L-arginine | u l-idrokloridi tagħhom |

L-cystine |

L-histidine |

L-isoleucine |

L-leucine |

L-lysine |

L-cysteine |

L-methionine | |

L-phenylaline | |

L-threonine | |

L-tryptophan | |

L-tyrosine | |

L-valine | |

3. Oħrajn

Kolin

Klorur tal-kolin

Ċitrat tal-kolin

Bitartrat tal-kolin

Inositol

L-Carnitine

L-carnitine hydrochloride

4. Melħ ta’ minerali u elementi ta’ traċċi

Kalċju

Karbonat tal-kalċju

Klorur tal-kalċju

Melħ tal-kalċju u aċidu ċitriku

Glukonat tal-kalċju

Calcium glycerophosphate

Calcium lactate

Ossidu tal-kalċju

Idrossidu tal-kalċju

Melħ tal-kalċju ta’ aċidu ortofosforiku

Manjesju

Karbonat tal-manjesju

Klorur tal-manjesju

Melħ tal-manjesju ta’ aċidu ċitriku

Glukonat tal-manjesju

Ossidu tal-manjesju

Idrossidu tal-manjesju

Melħ tal-manjesju ta’ aċidu ortofosforiku

Sulfat tal-manjesju

Magnesium lactate

Magnesium glycerophosphate

Potassju

Klorur tal-potassju

Melħ tal-potassju ta’ aċidu ċitriku

Glukonat tal-potassju

Potassium lactate

Potassium glycerophosphate

Ħadid

Ċitrat tal-ħadid

Ferric ammonium citrate

Glukonat tal-ħadid

Ferrous lactate

Sulfat tal-ħadid

Fumarat tal-ħadid

Ferric diphosphate (Ferric pyrophosphate)

Ħadid elementali (carbonyl + electrolytic + idroġinu-mnaqqas)

Ferric saccharate

Sodium ferric diphosphate

Karbonat tal-ħadid

Ram

Copper-lysine complex

Karbonat tar-ram

Ċitrat tar-ram

Glukonat tar-ram

Sulfat tar-ram

Żingu

Aċetat taż-żingu

Klorur taż-żingu

Ċitrat taż-żingu

Zinc lactate

Sulfat taż-żingu

Ossidu taż-żingu

Glukonat taż-żingu

Manganiż

Karbonat tal-manganiż

Klorur tal-manganiż

Ċitrat tal-manganiż

Glukonat tal-manganiż

Sulfat tal-manganiż

Manganese glycerophosphate

Jodju

Jodju tas-sodju

Jodju tal-potassju

Potassium iodate

Sodium iodate.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

VALURI TA’ RIFERENZA GĦALL-ITTIKKETTJAR NUTRITTIV GĦAL IKEL INTENZJONAT GĦAL TRABI U TFAL ŻGĦAR

Nutrijent | Valur ta’ riferenza ta’ l-ittikkettjar |

Vitamina A | (μg) 400 |

Vitamina D | (μg) 10 |

Vitamina Ċ | (mg) 25 |

Thiamin | (mg) 0,5 |

Riboflavin | (mg) 0,8 |

Ekwivalenti tan-Niacin | (mg) 9 |

Vitamina B6 | (mg) 0,7 |

Folate | (μg) 100 |

Vitamina B12 | (μg) 0,7 |

Kalcju | (mg) 400 |

Ħadid | (mg) 6 |

Żingu | (mg) 4 |

Jodju | (μg) 70 |

Silenju | (μg) 10 |

Ram | (mg) 0,4 |

--------------------------------------------------