Official Journal C 313 , 23/10/1996 P. 0001 - 0001
Att tal-Kunsill tat-27 ta'Settembru 1996 li jfassal l-Protokoll dwar l-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (96/K 313/01) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu K.3(2)(c) tiegħu, Billi, sabiex ikunu miskuba l-għanijiet ta' l-Unjoni, l-Istati Membri jqisu l-ġlieda kontra l-kriminalità li tagħmel ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej bhala materja ta' interess komuni li tiġi taħt il-kooperazzjoni previst mit-Titolu V tat-Trattat Billi bl-Att tas-26 ta' Lulju 1995 il-Kunsill fassal bħala l-ewwel ftehim il-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej li hu maħsub iżjed speċifikament sabiex jikkumbatti l-frodi li jagħmel ħsara lil dawk l-interessi; Billi, fit-tieni stadju tagħha, din il-Konvenzjoni għandha tiġi supplimentata bi Protokoll dirett partikolarment lejn l-atti ta' korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali nazzjonali u tal-Komunità li jagħmlu ħsara jew x'aktarx jagħmlu ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej; IDDEĊIEDA li l-Protokoll, li t-test tiegħu maħruġ fl-Anness mehmuż u li gie ffirmat illum mir-Rappreżentanti Governattivi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni, ġie hawnhekk mfassal; JIRRAKKOMMANDA illi jiġi adottat mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 1996. F'isem il-Kunsill Il-President M. Lowry --------------------------------------------------