31996F0196



Official Journal L 063 , 13/03/1996 P. 0002 - 0007


Pożizzjoni konġunta

ta' l-4 ta' Marzu 1996

definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea rigward l-applikazzjoni armonizzata tad-definizzjoni tat-terminu "refuġjat" fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 li tirrigwardja l-istatus tar-refuġjati

(96/196/AĠI)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu K.3(2) (a) tiegħu,

Billi permezz ta' l-Artikolu K.1 tat-Trattat, il-politika ta' l-ażilju hija meqjusa bħala materja ta' interess komuni;

Billi l-Kunsill Ewropew, li ltaqgħa fi Strasbourg fit-8 u fid-9 ta' Diċembru 1990, stabbilixxa l-għan tal-armonizzazzjoni tal-politika tal-Istati Membri rigward l-ażilju, li kienet aktar żviluppata mill-Kunsill Ewropew f'Maastricht fid-9 u l-10 ta' Diċembru 1991 u fi Brussel fl-10 u l-11 ta' Diċembru 1993, u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' l-immigrazzjoni u ta' l-ażilju tat-23 ta' Frar 1994;

Filwaqt illi jenfasizza, skond it-tradizzjoni umanitarja komuni tal-Istati Membri, l-importanza ta' garanzija xierqa ta' protezzjoni għar-refuġjati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 li tirrigwardja l-Istatus ta' Refuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, minn hawn il-quddiem referuta bħala il-"Konvenzjoni ta' Ġinevra";

Wara li stabbilixxa li l-Manwal tal-Kummissarju Għoli tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) huwa ta' għajnuna utili għall-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-istatus ta' refuġjat;

Billi l-applikazzjoni armonizzata tal-kriterja għad-determinazzjoni tal-istatus ta' refuġjat hija essenzjali għall-armonizzazzjoni tal-politika ta' l-ażilju mill-Istati Membri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KONĠUNTA:

- Il-Linji ta' Gwida stabbiliti hawn taħt għall-applikazzjoni ta' kriterja għar-rikonoxximent u l-ammissjoni bħala refuġjat huma b'dan approvati.

- Dawn il-Linji ta' Gwida għandhom ikunu nnotifikati lill-korpi amministrattivi responsabbli għar-rikonoxximent tal-istatus ta' refuġjat, li b'dan huma mitluba li jeħduhom bħala bażi, mingħajr preġudizju għall-ġurispridenza tal-Istati Membri dwar materji ta' l-ażilju u l-pożizzjonijiet kostituzzjonali relevanti tagħhom.

- Din il-pożizzjoni konġunta hija adottata fi ħdan il-limiti tal-poteri kostituzzjonali tal-Gvernijiet tal-Istati Membri; din m'għandhiex torbot lill-awtoritajiet leġislattivi jew taffettwa d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri.

- Il-Kunsill għandu jirrevedi l-applikazzjoni ta' dawn il-linji ta' gwida darba fis-sena u, jekk xieraq, jadotthom għall-iżviluppi fl-applikazzjoni ta' l-ażilju.

1. Ir-Rikonoxximent bħala refuġjat

Id-determinazzjoni tal-istatus ta' refuġjat hija bbażata fuq kriterja li permezz tagħha il-korpi nazzjonali kompetenti jiddieċedu li jagħtu lil min ifittex l-ażilju il-protezzjoni li hemm provvediment dwarha fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Dan id-dokument jirrigwardja l-implementazzjoni tal-kriterja definita fl-Artikolu 1 ta' dik il-Konvenzjoni. Bl-ebda mod ma jaffettwa l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jista, skond il-liġi domestika tiegħu, jippermetti persuna li tibqa fit-territorju tiegħu jekk is-sigurtà jew l-integrità fiżika tiegħu tkun ipperikolata jekk hu kellu jmur lura lejn il-pajjiż tiegħu minħabba ċirkostanzi li ma humiex koperti bil-Konvenzjoni ta' Ġinevra imma li jikkostitwixxu raġuni għala dan m'għandux ikun mibgħut lura lejn il-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini.

2. Id-determinazzjoni ndividwali jew kollettiva tal-istatus ta' refuġjat

Kull applikazzjoni għall-ażilju hija eżaminata fuq il-bażi tal-fatti u ċ-ċirkostanżi mressqa f'kull każ individwali u billi titqies is-sitwazzjoni objettiva li tkun prevalenti fil-pajjiż ta' l-oriġini.

Fil-prattika tista' tkun li grupp sħiħ ta' persuni huma esposti għal persekuzzjoni. F'każi bħal dawn, ukoll, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu eżaminati individwalment, għalkemm f'każi speċifiċi din l-eżaminazzjoni tista' tkun limitata għad-determinar ta' jekk individwu jkunx jappartieni għall-grupp f'dak il-każ.

3. L-istabbeliment ta' l-evidenża meħtieġa għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat

Il-fattur determinanti għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat b'konformità mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra hija l-eżistenza ta' biza bbażata-sewwa tal-biża' ta' persekużjoni għal raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità opinjonijiet politiċi jew sħubija fi grupp soċjali partikolari. Il-kwistjoni dwar jekk il-biża' ta' persekuzzjoni tkunx ibbażata-sewwa għandha tkun apprezzata fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta' kull każ. Hija għal dak li jfittex l-ażilju li għandu jippreżenta l-evidenza meħtieġa sabiex tkun assessjata l-veraċità tal-fatti u ċ-ċirkostanzi mressqa minnu. Għandu jkun mifhum li la darba l-kredibilità ta' l-istqarrijiet ta' dak li jitlob l-ażilju tkun ġiet suffeċjentamnt stabbilita, ma jkunx meħtieġ li tintalab konferma dettaljata tal-fatti mresqa u dak li jitlob l-ażilju għandu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajba bil-kuntrarju, jingħata l-benefiċju tad-dubbju.

Il-fatt li individwu jkun diġa kien suġġett għal persekuzzjoni jew għal thedid dirett ta' persekuzzjoni hija ndikazzjoni serja tar-riskju ta' persekuzzjoni, sakemm kambjament radikali tal-kondizzjonijiet ma jkunx seħħ sa minn dak iż-żmien fil-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini jew fir-relazzjonijiet tiegħu mal-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini.

Il-fatt li individwu, qabel it-tluq tiegħu mill-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini, ma kienx suġġett għal persekuzzjoni jew mhedded direttament b'persekuzzjoni ma tkunx per se tfisser li hu ma jkunx jista' waqt il-proċedimenti għall-ażilju jiddikjara biża' bbażata-sewwa tal-persekuzzjoni.

4. "Persekuzzjoni" fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1o tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra

It-terminu "persekuzzjoni" u l-użu tagħha f'dan id-dokument hija meħudha mill-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

It-terminu mhux definit fil-Konvenzjoni. L-anqas ma hija d-definizzjoni universalment aċċettata li tinsab la fil-konklużjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv UNCHR jew fil-letteratura legali dwar is-suġġett. Il-linji ta' gwida ta' dan id-dokument ma jikkostitwux definizzjoni.

B'dana kollu, huwa ġeneralment miftiehem li, sabiex tikkostitwixxi "persekuzzjoni" fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1A, atti soffruti jew li jkun hemm il-biża' tagħhom għandhom:

- ikunu suffiċjentament serji, bin-natura jew ir-repetizzjoni tagħhom:

għandhom jew jikkostitwixxu attakk bażiku fuq id-drittijiet umani, per eżempju, il-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika, jew, fid-dawl tal-fatti kollha tal-każ, bl-akbar mod jipprekludu lill-persuna li tkun soffriet minħabba fihom milli tkompli tgħix fil-pajjiż ta' l-oriġina tagħha [1] u [2], u

- ikunu bbażati fuq wieħed mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1A:

razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari jew opinjonijiet politiċi. Il-bażi tal-persekuzzjoni jistgħu ixaqilbu fuq xulxin u diversi ta' spiss jistgħu jkunu applikabbli għall-istess persuna. Il-fatt li dawn ir-raġunijiet huma ġenwini jew sempliċement attribbwiti għall-persuna kkonċernata mill-persekutur huma mmaterjali.

Diversi tipi ta' persekuzzjoni jistgħu iseħħu flimkien u l-ġemgħa ta' l-avvenimenti li kull wieħed minnhom, meħud separatament, ma jikkostitwix persekuzzjoni jistgħu, jiddependi miċ-ċirkostanti, jammontaw għal persekuzzjoni attwali jew li jkunu meqjusa bħala bażi serja għall-biża' ta' persekuzzjoni.

Fil-prinċipji ta' gwida li ġejjin, it-terminu "persekuzzjoni" għandu jkun mifhum b'referenza għal din is-sezzjoni.

5. L-oriġini tal-persekuzzjoni

5.1. Persekuzzjoni mill-Istat

Persekuzzjoni hija ġeneralment att ta' organu ta' Stat (Stat ċentrali jew Stati federali, awtoritajiet reġjonali jew lokali) independentament xi tkun l-istatus tagħhom fil-liġi internazzjonali, jew ta' partijiet jew organizzazzjonijiet li jikkontrollaw l-Istat.

B'żieda mal-każi li fihom il-persekuzzjoni tieħu l-għamla ta' l-użu ta' forza brutali, din tista' wkoll tieħu l-għamla ta' miżuri amministrattivi u/jew ġudizjarji li jew ikollhom id-dehra ta' legalità u huma wżati ħażin għall-iskopijiet tal-persekuzzjoni, jew ikunu mwettqa bi ksur tal-liġi.

5.1.1. Miżuri legali, amministrattivi u tal-pulizija

(a) Miżuri ġenerali

L-awtoritajiet uffiċjali ta' pajjiż xi kulltant huma mġagħla jieħdu miżuri ġenerali ħalli jżommu l-ordni pubblika, jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-Istat, jippreservaw is-saħħa publika, eċċ. Kif meħtieġ, miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu restrizzjonijiet fuq l-eżerċitar ta' ċerti libertajiet. Dawn jistgħu wkoll ikunu akkumpanjati bl-użu ta' forza, imma restrizzjonijiet bħal dawn jew l-użu ta' forza ma jkunux minnhom infushom ikunu bażi suffiċjenti sabiex jikkonstitwixxu l-għoti tal-istatus ta' refuġjat għal individwi li kontra tagħhom il-miżuri huma diretti. B'dana kollu, jekk jirriżulta li miżuri bħal dawn ikunu jiġi mplementati b'mod diskriminatorju permezz ta' wieħed jew aktar mill-bażi msemmija fl-Artikolu 1o tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u jistgħu jkollhom konsegwenzi serji biż-żejjed, dawn jistgħu joħolqu l-bidu għal biża' seww fondata ta' persekuzzjoni minn naħa ta' individwi li huma vittmi ta' l-applikazzjoni mhux xierqa tagħhom. Dan huwa l-każ, partikolarment, meta miżuri ġenerali huma wżati sabiex jaħbu miżuri ndividwali meħudha kontra persuni li, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1A, pjuttost li jkunu mhedda mill-awtoritajiet tagħhom.

(b) Miżuri diretti kontra ċerti kategoriji

Miżuri diretti kontra waħda jew aktar kategoriji speċifiċi tal-popolazzjoni jistgħu jkunu leġittimi f'soċjetà, anki meta dawn jimponu limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet partikolari fuq ċerti libertajiet.

B'dana kollu, dawn jistgħu jkunu meqjusa bħala li jiġġustifikaw il-biża' ta' persekuzzjoni, partikolarment meta l-għan li huma jsegwu jkun ġie kkondannat mill-komunità internazzjonali, jew meta dawn ikunu manifestament mhux-proporzjonati ma l-għan imfittex, jew meta l-implementazzjoni tagħhom twasal għal abbużi serji immirati għat-trattament ta' ċerti gruppi, b'mod differenti u b'inqas rispett, milli għall-popolazzjoni kollha kemm hija.

(ċ) Miżuri ndividwali

Xi miżura amministrattiva meħuda kontra individwu, independentament minn xi konsiderazzjoni ta' l-interess ġenerali referut hawn fuq, fuq wieħed mill-bażi msemmija fl-Artikolu 1A, li hija suffeċjentament severa fid-dawl tal-kriterja definita fis-sezzjoni 4 ta' din il-Pożizzjoni Konġunta, tista' tkun meqjusa bħala persekuzzjoni, partikolarment meta din hija intenzjonata, sistematika u dewwimija.

Huwa mportanti, għalhekk, li jittieħed akkont taċ-ċirkostanzi kollha li jkunu madwar il-miżura ndividwali kif irraportata minn dak li jfittiex l-ażilju, sabiex iseħħ l-assess ta' jekk il-biża' li hu jkollu tal-persekuzzjoni tkunux seww fondata.

Fil-każi kollha referuti hawn fuq, konsiderazzjoni għandha tingħata għal jekk ikunx hemm rimedju jew rimedji effettivi li jkunu jwasslu għat-tmiem ta' dik is-sitwazzjoni ta' abbuż. Bħala regola ġenerali, persekuzzjoni għandha tkun indikata mill-fatt li l-ebda rimedju ma jkun jeżisti, jew, jekk ikun hemm mezzi ta' rimedji, li l-individwu jew l-individwi kkonċernati jkunu mċaħħda mill-opportunità li jkollhom aċċes għalihom jew bil-fatt li d-deċiżjonijiet ta' l-awtorità kompetenti ma jkunux impartzjali (ara 5.1.2) jew li ma jkollhom l-ebda effett.

5.1.2. Prosekuzzjoni

Waqt li tkun tidher legali, prosekuzzjoni jew sentenzi tal-qorti jistgħu jammontaw għal persekuzzjoni meta dawn jinkludu element diskriminatorju u meta jkunu suffeċjentament serevri fid-dawl tal-kriterja referuta fis-sezzjoni 4 ta' din il-Pożizzjoni Konġunta. Dan huwa partikolarment vera fil-każ ta':

(a) Prosekuzzjoni diskriminatorja

Din tikkonċerna sitwazzjoni li fiha dispożizzjoni tal-liġi kriminali hija applikabbli għal kullħadd imma li jkunu biss ċerti persuni li tinbeda proċekuzzjoni kontra tagħhom fuq il-bażi tal-karatteristiċi li aktarx li jwasslu għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat. Huwa għalhekk l-element diskrimonatorju fl-implementazzjoni tal-istrateġija tal-persekuzzjoni li huwa essenzjali għar-rikonoxximent ta' persuna bħala refuġjat.

(b) Kastig diskriminatorju

Il-kastig jew it-theddida ta' dan fuq il-bażi ta' dispożizzjoni fil-liġi kriminali uneversalment applikabbli għandha tkun diskriminatorja jekk persuni li jiksru l-liġi huma kkastigati imma ċerti persuni huma suġġetti għal kastig aktar sever minħabba karatteristiċi li aktarx iwasslu għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat. L-element diskriminatorju fil-kastig impost huwa essenzjali. Il-persekuzzjoni tista' tkun meqjusa li teżisti fil-każ ta' sentenza mhux-proporzjonata, basta li jkun hemm rabta ma waħda mill-bażi tal-persekuzzjoni referuta fl-Artikolu 1A.

(ċ) Ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi kriminali minħabba l-bażi ta' persekuzzjoni

Ksur intenzjonat ta' dispożizzjoni tal-liġi kriminali

- meta universalment applikabbli jew għal ċerti kategoriji ta' persuni

- minħabba l-bażi ta' persekuzzjoni li kjarament ikunu r-riżultat ta' dikjarazzjonijiet jew tal-parteċipazzjoni f'ċerti attivitajiet fil-pajjiż ta' l-oriġini jew li jkunu l-konsegwenza oġġettiva tal-karatteristiċi ta' dak li jfittex l-ażilju li pjuttost li jwasslu għall-għoti tal-istatus ta' refuġjat.

Il-fatturi deċiżivi huma n-natura tal-kastig, is-severità tal-kastig b'relazzjoni ma l-offiża kommessa, is-sistema legali u s-sitwzzjoni tad-drittijiet umani fil-pajjiż ta' l-oriġini. Konsiderazzjoni għandha tingħata għal jekk il-ksur intenzjonali ta' dispożizzjoni tal-liġi kriminali jkunx jista' jiġi meqjus bħala li ma hux evitabbli fid-dawl taċ-ċirkostanzi ndividwali tal-persuna nvoluta u fis-sitwazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini.

5.2. Persekuzzjoni minn partijiet terzi

Persekuzzjoni minn partijiet terzi tista' tkun meqjusa bħala li tidħol fl-iskop tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra meta din tkun ibbażata fuq waħda mir-raġunijiet fl-Artikolu 1o ta' dik il-Konvenzjoni, tkun individwali fin-natura u hija nkoraġġita jew imħollija mill-awtoritajiet. Meta l-awtoritajiet uffiċjali jonqsu milli jaġixxu, persekuzzjoni bħal din tista' toħloq bidu għal eżami ndividwali ta' kull applikazzjoni għall-istatus ta' refuġjat, b'konformità mal-prattika ġudizjarja nazzjonali, fid-dawl partikolarment ta' jekk jew le nuqqas ta' azzjoni kienetx deliberata. Il-persuni kkonċernati jistgħu jkunu eliġibbli fi kwalinkwe każ ta' għamliet xierqa ta' persekuzzjoni permezz tal-liġi nazzjonali.

6. Gwerra ċivili u konflitti armati oħrajn interni jew ġeneralizzati

Referenza għal gwerra ċivili jew konflitti armati oħrajn interni jew ġeneralizzati u l-perikoli li dawn jinvolvu mhix minnha nnifisha biż-żejjed sabiex tiġġustifika l-għoti tal-istatus ta' refuġjat. Biża' ta' persekuzzjoni għandha fil-każi kollha tkun ibbażata fuq waħda mill-bażi fl-Artikolu 1o tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u tkun individwali fin-natura.

F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-persekuzzjoni tista' toriġina jew mill-awtoritajiet legali jew mill-partijiet terzi inkorraġġiti jew ittollerati minnhom, jew mill-awtoritajiet de facto fil-kontroll da parti tat-territorju li fih l-Istat ma jkunx jista' jaffordja protezzjoni liċ-ċittadini tiegħu.

In prinċipju, l-użu ta' forzi armati ma jikkostitwux persekuzzjoni meta dawn ikunu b'konformità mar-regoli internazzjonali tal-gwerra u prattiċi rikonoxxuti internazjonalment; b'dana kollu, din issir persekuzzjoni meta, per eżempju, l-awtorità hija stabbilita fuq żona partikolari u l-attakki tagħha fuq opponenti jew fuq il-popolazzjoni tkun twettaq il-kriterja fis-sezzjoni 4.

F'każi oħrajn, tipi oħrajn ta' protezzjoni tista' tkun ipprovduta permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali.

7. Il-bażi tal-persekuzzjoni

7.1. Razza

Il-kunċett ta' razza għandu jkun mifhum fis-sens wiesa u jinkludi s-sħubija fi gruppi etniċi differenti. Bħala regola ġenerali, persekuzzjoni għandha tkun meqjusa li tkun iffundata fuq bażi razzjali meta l-persekutur iqis il-vittma tal-persekuzzjoni tiegħu bħala li tappartieni għal grupp razzjali apparti milli minn dak tiegħu, minħabba raġuni ta' differenza vera jew immaġinarja, u dan jifforma l-bażi ta' l-azzjoni tiegħu.

7.2. Reliġjon

Il-kunċett tar-reliġjon għandu jkun mifhum fis-sens wiesa u jinkludi twemmin teistiku, mhux-teistiku jew ateistiku.

Persekuzzjoni fuq il-bażi ta' reliġjon tista' tieħu diveri għamliet, bħal ma huma l-projbizzjoni totali fuq l-adorazzjoni u tagħlim reliġjuż, jew miżuri ta' diskriminazzjoni severa kontra persuni li jappartienu għal grupp reliġjuż partikolari. Għal persekuzzjoni sabiex isseħħ, l-interferenza u ċ-ċaħda soffruti għandhom ikunu biż-żejjed ħorox fid-dawl tal-kriterja referuta fis-sezzjoni 4 ta' din il-Pożizzjoni Konġunta. Dan jista' jkun japplika meta, miżuri essenzjali aktar u iżjed minn dawk meħtiġa għaż-żamma ta' l-ordni pubblika, l-Istat ukoll jipprojbixxi jew jippenalizza attività reliġjuża u fil-ħajja privata.

Persekuzzjoni fuq il-bażi ta' reliġjon tista' sseħħ meta interferenza bħal din tillimita persuna li ma tkunx tixtieq li tipprofessa xi reliġjon, li tiċħad li taderixxi ma xi reliġjon partikolari jew inkella ma ma tkunx tixtieq li tkun konformi mar-riti kollha jew part minnhom u ma drawwiet li jirrigwardjaw reliġjon.

7.3. Nazzjonalità

Din m'għandhiex tkun illimitata esklussivament għall-idea ta' ċittadinaza imma għandha wkoll tinkludi sħubija fi grupp determinat mill-identità kulturali jew linwistika tiegħu jew mir-relazzjoni mal-popolazzjoni ta' Stat ieħor.

7.4. Opinjonijiet politiċi

Iż-żamma ta' opinjonijiet politiċi differenti minn dawk tal-gvern ma humiex minnhom infushom bażi suffiċjenti għall-akwist tal-istatus ta' refuġjat; l-applikant għandu juri li:

- l-awtoritajiet ikunu jafu rigward l-opinjonijiet politiċi tiegħu jew kif attribwiti lilu,

- dawk l-opinjonijiet ma jkunux ittollerati mill-awtoritajiet,

- meqjusa s-sitwazzjoni fil-pajjiż tiegħu dan pjuttost li jkun ippersegwitat għaż-żamma ta' opinjonijiet bħal dawk.

7.5. Grupp soċjali

Grupp soċjali speċifiku normalment jinkludi persuni mill-istess sfond, bl-istess użanzi jew bl-istess status soċjali, eċċ.

Biża' ta' persekuzzjoni ikkwotata taħt din l-intestatura tista' ta' spiss tkun flimkien mal-biża' ta' persekuzzjoni ta' bażi oħrajn bħal per eżempju r-razza, r-reliġjon jew in-nazzjonalità.

Sħubija fi grupp soċjali tista' sempliċement tkun attribwita għal persuna jew grupp ivvittimizzati mill-persekutur.

F'uħud mill-każi, il-grupp soċjali jista' li ma kienx preċedentament jeżisti imma jista' jkun iddeterminat bill-karatteristiċi komuni tal-persuni vvittimizzati minħabba li l-persekutur jarhom bħala ostakolu għall-kisba ta' l-għanijiet tiegħu.

8. Rilokazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini

Meta jkun jidher li l-persekuzzjoni hija kjarament limitata għal parti speċifika ta' territorju ta' pajjiż, din tista' tkun meħtieġa, sabiex tivverifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra jkunu twettqu, iġiefiri li l-persuna kkonċernata "ma tkunx tista' jew, minħabba biża' bħal din (ta' persekuzzjoni), ma tkunx lesta li tagħmel użu mill-protezzjoni ta' dak il-pajjiż", sabiex ikun aċċertat li l-persuna kkonċernata ma tkunx tista' ssib protezzjoni effettiva f'parti oħra tal-pajjiż tagħha, ta' fejn hi tkun tista' raġonevolment tiċċaqlaq.

9. Refuġjat sur place

Il-biża' ta' persekuzzjoni mhux neċessarjament tkun eżistiet fil-waqt tat-tluq mill-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini ta' dak li jfittex l-ażilju. Individwu li ma kellu l-ebda raġuni ta' biża' ta' persekuzzjoni meta jħalli l-pajjiż tiegħu ta' l-oriġini jista' sussegwentament isir refuġjat sur place. Biża' seww fondata ta' persekuzzjoni tista' tkun ibbażata fuq il-fatt li s-sitwazzjoni fil-pajjiż tiegħu ta' l-orġini tkun inbidlet sa milt-tluq tiegħu, b'konsegwenzi serji għalih, jew fuq l-azzjonijiet tiegħu.

Fi kwalunkwe każ, il-karatteristiċi ta' l-individwu relatati ma l-ażilju għandhom ikunu tali li l-awtoritajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini jkunu jafu jew inkella jsiru jafu dwarhom qabel ma l-biża' tal-persekuzzjoni ta' l-individwi tista' tkun iġġustifikata.

9.1. Biża' li toriġina minn sitwazzjoni ġdida fil-pajjiż ta' l-oriġini wara t-tluq

Tibdiliet politiċi fil-pajjiż ta' l-oriġini jistgħu jiġġustifikaw biża' ta' persekuzzjoni, imma biss jekk dak li jfittex l-ażilju jkun jista' juri li bħala riżultat ta' dawk it-tibdiliet hu personalment ikollu l-bażi ta' biża' ta' persekuzzjoni jekk huwa jmur lura.

9.2. Biża' minħabba l-attivitajiet il-barra mill-pajjiż ta' l-oriġini

L-istatus ta' refuġjat jista' jkun mogħti jekk l-attivitajiet li joħolqu l-biża' ta' persekuzzjoni f'dak li jfittex l-ażilju jikkostitwixxu l-espressjoni u l-kontinwazzjoni li kieku kellu fil-pajjiż ta' l-oriġini jew inkella li oġġettivament ikunu meqjusa bħala konsegwenza tal-karatteristiċi relatati ma l-ażilju ta' l-individwu. B'dana kollu, kontinwità bħal din m'għandhiex tkun ħtieġa meta l-persuna kkonċernata tkun għadha mhux kapaċi li tistabbilixxi l-konvinzjonijiet minħabba l-età.

Minn naħa l-oħra, jekk ikun ċar li dan jesprimi l-konvenzjonijiet tiegħu prinċipalemnt għall-iskop li joħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun ammess bħala refuġjat, l-attivitajiet tiegħu ma jistgħux, bħala prinċipju, jfornu l-bażi għall-ammissjoni bħala refuġjat; din m'għandhiex tkun ta' preġudizzju għad-dritt tiegħu li ma jkunx mibgħut lura lejn il-pajjiż ta' fejn il-ħajja, l-integrità fiżika jew il-libertà tiegħu ikunu fil-perikolu.

10. Oġġezzjoni kuxjenzjuża, assenza mingħajr permess u deserzjoni

Il-biża' ta' kastig għal oġġezzjoni kuxjenzjuża, l-assenza mingħajr permess u deserzjoni huma nvestigati fuq bażi ndividwali. Minnhom infushom dawn m'għandhomx ikunu suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw l-istatus ta' refuġjat. Il-penali għandha tkun assessjata partikolarment b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 5.

Fil-każ ta' assenza mingħajr permess jew deserzjoni, il-persuna kkonċernata għandha tkun mogħtija l-istatus ta' refuġjat jekk il-kondizzjonijiet li peremezz tagħhom id-doveri militari imwettqa minnhom infushom jikkostitwixxu persekuzzjoni.

L-istess, status ta' refuġjat jista' jingħata, fid-dawl tal-ħtiġiet l-oħrajn kollha tad-definizzjoni, fil-każi ta' kastigar ta' oġġezzjoni tal-kuxjenza jew assenza deliberata mingħajr permess u deserzjoni fuq il-bażi tal-kuxjenza jekk it-twettieq tad-doveri militari tiegħu kien ikollhom l-effett li jwasslu li l-persuna kkonċernata sabiex tipparteċipa f'atti li jidħlu taħt il-klawsoli ta' l-esklużjoni fl-Artikolu 1F tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra,

11. It-twaqqif tal-istatus ta' Refuġjat (l-Artikolu 1Ċ)

Jekk l-istatus ta' refuġjat, je le, jistgħax ikun imneħħi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 1C tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra għandu dejjem ikun investigat fuq bażi ndividwali.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz, bi skambju ta' l-informazzjoni, sabiex jarmonizzaw il-prattika tagħhom fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-klawsoli tal-waqfien fl-Artikolu 1C kull meta jkun possibbli.

Iċ-ċirkostanzi li fihom il-klawsola tal-waqfien fl-Artikolu 1Ċ jistgħu jkunu applikati għandhom ikunu n-natura fundamentali u għandhom ikunu ddeterminati f'manjera oġġettiva u verifikabbli. L-informazzjoni ipprovduta miċ-Ċentru ta' l-Informazzjoni, Diskussjoni u Skambju dwar l-Ażilju (Cirea) u l-UNHCR jistgħu hawnhekk ikunu meqjusa ta' relevanza.

12. L-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra

Kwalunkwe persuna li deliberalment tneħħi lilha nnifisha mill-protezzjoni u mill-assistenza referuta fl-Artikolu 1D tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra ma tibqax aktar awtomatikament koperta b'dik il-Konvenzjoni. F'każi bħal dawn, l-istatus ta' refuġjat huwa bi prinċipju ddeterminat b'konformità ma l-Artikolu 1A.

13. L-Artikolu 1F tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra

Il-kwalsoli fl-Artikolu 1F tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra huma ddisinjati sabiex jeskludu mill-protezzjoni permezz tal-Konvenzjoni persuni li ma jistgħux igawdu protezzjoni internazzjonali minħabba s-serjetà ta' l-atti kriminali huma jkunu wettqu.

Dawn jistgħu ukoll ikunu applikati meta l-atti jsiru magħrufa wara l-għoti tal-istatus ta' refuġjat (ara l-punt 11).

In vista tal-konsegwenzi serji ta' deċiżjoni bħal din dwar min ifittex l-ażilju, l-Artikolu 1F għandu jkun użat b'galbu u wara konsiderazzjoni fil-fond, u b'konformità mal-proċedura stabbilita fil-liġi nazzjonali.

13.1. L-Artikolu 1F (a)

L-atti kriminali referuti fl-Artikolu 1F (a) huma dawk definiti fi strumenti internazzjonali li dwarhom l-Istati Membri jkunu aderixxew, u fir-risoluzzjonijiet adottati min-Nazzjonijiet Uniti jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali sal-limitu li dawn ikunu ġew aċċettati mill-Istati Membri.

13.2. L-Artikolu 1F (b)

Is-severità tal-prosekuzzjoni mistennija għandha tkun peżata kontra n-natura ta' l-offiża kriminali li dwarha l-persuna kkonċernata tkun issusspetata.

Partikolarment azzjonijiet krudili, anki jekk imwettqa b'objettiv legatament politiku, jistgħu jkunu kklassifikati bħala atti kriminali serji mhux-politiċi. Dan japplika kemm għall-parteċipanti fl-atti kriminali u wkoll l-istigaturi tagħhom.

13.3. L-Artikolu 1F (ċ)

L-iskopijiet u l-prinċipji referuti fl-Artikolu 1F (ċ) huma fl-ewwel istanza dawk stabbiliti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li tiddetermina l-obligazzjonijiet tal-Istati li huma parti magħha jew fir-relazzjonijiet reċiproki tagħhom, partikolarment għall-iskop taż-żamma tal-paċi, u f'dak li jirrigwardja d-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali.

L-Artikolu 1F (ċ) japplika għal każi li fihom dawn il-prinċipji jkunu ġew miksura u jkunu mmirati notevolment lejn persuni f'posizzjonijiet-anzjani fl-Istat li, permezz tar-responsabbiltajiet tagħhom, ikunu ordnaw jew inkella wasslu l-awtorità tagħhom għal azzjoni li tkun b'varjanza ma dawk l-iskopijiet u l-prinċipji kif ukoll lejn persuni li, bħala membri tal-forzi tas-sigurtà, jkunu ġew imħeġġa li jassumu responsabbilità personali għat-twettieq ta' azzjoni bħal dik.

Sabiex ikun iddeterminat jekk azzjoni tkunx meqjusa kuntrarju għall-iskopijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Membri għandhom jieħdu akkont tal-konvenzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati f'dan il-lat permezz ta' l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Marzu 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Baratta

[1] Dan il-kliem huwa mingħajr preġudizzju għall-punt 8:

[2] "jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' ssib protezzjoni effettiva f'parti oħra tal-pajjiż tiegħu…".

--------------------------------------------------