31996E0407



Official Journal L 168 , 06/07/1996 P. 0002 - 0002


Pożizzjoni komuni

tal-25 ta' Ġunju 1996

definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar it-Timor tal-Lvant

(96/407/CFSP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu J.2 tiegħu,

IDDEFINIXXA L-POŻIZZJONI KOMUNI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

L-Unjoni Ewropea, filwaqt li tirreferi għad-dikjarazzjonijiet preċedenti tagħha dwar it-Timor tal-Lvant, beħsieba ssegwi l-għanijiet li ġejjin:

1. li tikkontribuwixxi permezz ta' djalogu lejn il-kisba ta' soluzzjoni ġusta, komprensiva u internazzjonali lejn il-kwistjoni tat-Timor tal-Lvant, li tirrispetta b'mod sħiħ l-interessi u l-aspirazzjonijiet leġitima tan-nies tat-Timor, skond il-liġi internazzjonali;

2. sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tat-Timor tal-Lvant dwar ir-rispett tad-drittijiet umani fit-territorju.

Artikolu 2

Sabiex issegwi l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Unjoni Ewropea:

1. tappoġġa l-inizjattivi meħuda fil-kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti li jistgħu jikkontribuwixxu lejn is-soluzzjoni tal-problema;

2. tappoġġa b'mod partikolari t-taħdidiet preżenti taħt il-patroċinju tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-għan li tkun miksuba s-soluzzjoni msemmija f'punt 1 ta' l-Artikolu 1, li l-progress effettiv tagħhom qiegħed kontinwament ikun imfixkel minn ostakli serji;

3. tinkoraġġixxi l-kontinwazzjoni ta' taħdidiet ġewwa t-Timor fil-kuntest ta' dan il-proċess ta' djalogu taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;

4. teżiġi lil Gvern ta' l-Indoneżja sabiex jaddotta miżuri effettivi li jwasslu għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet umani fit-Timor tal-Lvant, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni fis-sħiħ tad-deċiżjonijiet relevanti adottati f'dan il-kuntest mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Umani;

5. tappoġġa l-azzjonijiet xierqa kollha bl-għan li jkun imsaħħaħ b'mod ġenerali r-rispett għad-drittijiet umani fit-Timor tal-Lvant u ttejjeb b'mod sostanzjali s-sitwazzjoni tal-poplu tiegħu, permezz tal-mezzi disponibbli lill-Unjoni Ewropea u għajnuna mill-NGOs.

Artikolu 3

Il-Kunsill għandu jkun responsabbli għas-segwitu ta' din il-pożizzjoni komuni.

Artikolu 4

Din il-pożizzjoni komuni għandha tapplika mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-pożizzjoni komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Frar 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Pinto

--------------------------------------------------