Official Journal L 228 , 09/09/1996 P. 0001 - 0104
Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 129d tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat ta' Reġuni [3], Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 189b tat-Trattat [4], (1) Billi l-istabbiliment u l-iżvilupp tan-networks trans-Ewropej jikkontribwixxu għall-ksib ta' l-għanijiet maġġuri tal-Komunità, bħala l-funzjoni tajba tas-suq intern u t-tisħiħ ta' koeżjoni ekonomika u soċjali; (2) Billi l-istabbiliment u l-iżvilupp tat-trasport trans-Ewropew matul it-territorju tal-Komunità wkoll għandhom għanijiet speċifiċi li jassiguraw il-mobilità sostenibbli ta' persuni u merkanzija taħt l-aħjar kondizzjonijiet soċjali, ta' l-ambjent u s-sigurtà u jintegrawhom fi moduli ta' trasport kollha, wara li jkunu kkunsidrati l-vantaġġi komparattivi; fejn kreazzjoni ta' xogħol hu wieħed mill-effetti possibbli tan-network trans-Ewropew; (3) Billi l-White Paper tal-Kummissjoni fuq l-iżvilupp ta' polza ta' trasport komuni titlob li jsir l-aħjar użu ta' kapaċitajiet li jeżistu u għall-integrazzjoni tan-networks kollha rrelatati mal-modi varji ta' trasport f'network trans-Ewropew għat-triq, ferrovjarja, bl-ilma, trasport tal-baħar u l-ajru ta' passiġġieri u oġġetti għat-trasport kombinat; (4) Billi distanza qasira tista', inter alia, tgħin biex ittaffi l-konġestjoni fuq rotot ta' trasport fuq l-art; (5) U fejn integrazzjoni ta' network f'livell Ewropew jista' biss ikun żviluppat progressivament b'modi differenti konnessi mat-trasport biex jitjieb l-użu ta' vantaġġi inerenti ta' kull wieħed; (6) U fejn, sabiex jiksbu dawn l-għanijiet, azzjoni mill-Komunità biex tistabbilixxi gwidi hi neċessarja skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà; u fejn hu neċessarju li jistabbilixxu linji wiesgħa u l-prioritajiet ta' l-azzjoni tal-Komunità proposta fil-kamp ta' networks tat-trasport trans-Ewropew; (7) U fejn huwa neċessarju li jidentifikaw proġetti ta' interess komuni li jikkontribwixxu biex jiksbu dawn l-għanijiet u li jikkorrispondu mal-prijorità ta' l-azzjoni li kienu stabbiliti; u fejn proġetti biss li huma vijabbli ekonomikament u potenzjalment iridu jiġu kkunsidrati; (8) U fejn l-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-protezzjoni ta' l-ambjent meta jimplimentaw proġetti ta' interess komuni billi jagħmlu studji ta' l-impatt ta' l-ambjent wara d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 fuq l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent [5] u billi japplikaw id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 fuq il-konservazzjoni ta' ambjenti naturali u ta' fawna selvaġġa u flora [6]; (9) U fejn awtorizzazzjoni għal ċerti proġetti pubbliċi u privati x'aktarx li jkollhom impatt ta' l-ambjent sinifikanti jrid jingħata biss wara stima minn qabel ta' l-impatt potenzjali, fit-tħaris tar-regoli tal-Komunità li jeżistu; (10) U fejn huwa neċessarju li jidentifikaw proġetti ta' interess komuni li jikkonċernaw mhux biss varji modi ta' trasport f'approċċ multimodal imma ukoll il-maniġġjar ta' traffiku u l-informazzjoni ta' sistemi ta' l-użu u l-pożizzjoni tas-sistemi ta' navigazzjoni; (11) Billi wieħed mill-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni hi li tidentifika proġetti bħal dawn ta' interess komuni; u fejn dawn il-proġetti huma identifikati fl-Anness I, l-Anness II u fi termini ta' promulgar ta' din id-Deċiżjoni; u fejn il-Kunsill Ewropew f'Essen attribwixxa importanza partikolari lill erbatax minn dawn il-proġetti; (12) U fejn il-Kummissjoni trid tagħti kull sentejn rapport fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u kull ħames snin rapport li jindika jekk il-gwidi jirrikjedu reviżjoni; (13) Billi għandu jitwaqqaf Kumitat fil-Kummissjoni li jagħmel xogħol li jinkludi għajnuna lill-Kummissjoni meta teżamina l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' dawn il-gwidi, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: SEZZJONI 1 PRINĊIPJI ĠENERALI L-Artikolu 1 Skop 1. L-iskop ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun li jwaqqaf il-linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji wiesgħa ta' miżuri maħsuba fil-kamp tat-trasport trans-Ewropew; dawn il-gwidi jidentifikaw proġetti ta' interess komuni, l-implimentazzjoni ta' liema jrid jikkontribwixxi għall-iżvilupp tan-network ġewwa l-Komunità. 2. Il-gwidi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu qafas ġenerali ta' referenza maħsub li jagħti appoġġ lill-Istati Membri u, fejn xieraq, il-Komunità biex tagħmel proġetti ta' interess komuni, l-iskop ta' liema hu li jassigura l-koeżjoni, interkonnessjoni u interoperabbiltà tan-network tat-trasport trans-Ewropew, kif ukoll aċċess għal dak in-network. Dawn il-proġetti għandhom jiffurmaw għan komuni, l-implimentazzjoni ta' liema jiddependi fuq il-grad tagħhom ta' maturità u d-disponibbiltà ta' risorsi finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rabta finanzjarja ta' Stat Membru jew il-Komunità. Dawn il-gwidi huma maħsuba ukoll biex jiffaċilitaw l-involviment tas-settur privat. 3. Bżonnijiet essenzjali relatati ma': - l-interoperabbiltà tan-network ta' trasport trans-Ewropew, - transport telematiċi u servizzi anċillari, għandhom ikunu definiti skond it-Trattat u separatament minn din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Objettivi 1. In-network ta' trasport trans-Ewropew għandu jkun mwaqqaf gradwalment sa l-2010 billi jkunu integrati t-trasport ta' l-art, tal-baħar u ta' l-ajru u networks ta' l-infrastruttura ġewwa l-Komunità skond il-pjanijiet abbozzati indikati fuq il-mapep fl-Anness I u/jew l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness II. 2. In-network irid: (a) jassigura li l-mobilità sostenibbli ta' persuni u oġġetti ġewwa arja mingħajr fruntieri interni taħt l-aħjar kondizzjonijiet soċjali u ta' sigurtà, u jgħinu jilħqu għanijiet tal-Komunità, partikolarment rigward l-ambjent u l-kompetizzjoni, u jikkontribwixxu għas-sodar ta' koeżjoni ekonomika u soċjali; (b) joffru l-utenti infrastruttura ta' kwalità għolja fuq termini ekonomiċi aċċettabbli; (ċ) jinkludi l-modi kollha ta' trasport, wara li jkunu kkunsidrati l-vantaġġi komparattivi; (d) jħallu l-aħjar użu tal-kapaċitajiet li jeżistu; (e) ikun, sakemm hu possibbli, interoperabbli b'modi ta' trasport u jagħtu appoġġ ta' intermodalità bejn il-modi differenti ta' trasport; (f) ikun, sakemm hu possibbli, viabbli ekonomikament; (g) ikopri t-territorju kollu ta' l-Istati Membri tal-Komunità sabiex jiffaċilita aċċess in ġenerali, jillinkjaw reġjuni gżira, magħluqa bl-art u periferiċi mar-reġuni ċentrali u jillinkjaw bejniethom mingħajr bottlenecks il-konturbazzjonijiet prinċipali u r-reġuni tal-Komunità; (h) ikunu kapaċi li jkunu konnessi man-networks ta' l-Istati ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA), il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u pajjiżi tal-Mediterran, sakemm fl-istess ħin jippromwovu l-interoperabbiltà u l-aċċess ta' dawn in-networks, sakemm dan juri li hu f'interess tal-Komunità. L-Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni tan-network 1. In-network trans-Ewropew għandu jkun fih infrastruttura tat-trasport, sistemi ta' management tat-traffiku u sistemi ta' pożizzjoni u ta' navigazzjoni. 2. L-infrastruttura tat-trasport għandha tinvolvi networks bit-triq, ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, il-portijiet tal-baħar, u l-portijiet interni u punti oħrajn ta' interkonnessjoni. 3. Sistemi ta' management ta' traffiku u s-sistemi ta' pożizzjoni u navigazzjoni għandhom jinkludu l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji u l-informazzjoni u sistemi ta' telekomunikazzjoni biex jassiguraw operazzjoni ta' armonija tan-network u management tat-traffiku effiċjenti. L-Artikulo 4 Linji wiesgħa tal-miżuri Il-linji wiesgħa tal-miżuri tal-Komunità għandhom ikopru: (a) it-twaqqif u r-revisjoni tal-pjanijiet ta' barra tan-network; (b) l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni; (ċ) l-addattament tan-network li jeżisti; (d) il-promozzjoni ta' l-interoperabbiltà tan-network; (e) l-aħjar kombinazzjoni ta' mezzi ta' trasport, inter alia, billi jikkrejaw ċentri ta' interkonnessjoni, li fil-każ ta' freight iridu jkunu allokati, sakemm hu possibbli, 'il barra minn ċentri urbani, sabiex jagħmlu possibbli l-operazzjoni effiċjenti ta' l-intermodalità; (f) il-għan ta' konsistenza u l-komplimentarjetà ta' għajnuna finanzjarja fil-linja mar-regoli applikabbli ma' l-istrument finanzjarju; (g) riċerka u żvilupp; (h) kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kkonċernati ma' l-iżvilupp ta' network u l-konklużjoni ta' ftehim xieraq magħhom; (i) inċentivi għall-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali biex ikomplu l-għanijiet li jitkomplew mill-Komunità; (j) promozzjoni ta' kooperazzjoni kontinwa bejn partijiet interessati; (k) xi miżuri oħrajn li jidhru neċessarji biex jinkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2. L-Artikolu 5 Prijoritajiet Il-prijorità, jieħdu akkont ta' l-għanijiet imtella' fl-Artikolu 2, għandhom ikunu: (a) it-twaqqif u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet, links prinċipali u interkonnessjonijiet li hemm bżonn biex jeliminaw bottlenecks, jimlew sezzjonijiet nieqsa u jlestu rotot prinċipali; (b) it-twaqqif u l-iżvilupp ta' infrastruttura għall-aċċess għan-network, li jagħmilha possibbli li jillinkjaw reġjuni gżira, landlocked u reġjuni tal-periferija mar-reġjunijet ċentrali tal-Komunità; (ċ) l-aħjar kombinazzjoni u integrazzjoni tal-mezzi varjati ta' trasport; (d) integrazzjoni ta' l-ambjent tikkonċerna d-disinn u l-iżviluppi tan-network; (e) għanijiet gradwali ta' interoperabbiltà ta' komponenti tan-network; (f) titjib tal-kapaċità u l-effiċjenza ta' infrastruttura li teżisti; (g) it-twaqqif ta' u l-iżvilupp fi punti ta' interkonnessjoni u pjattaformi intermodali; (h) sigurtà aħjar u affidabilità tan-network; (i) l-iżvilupp u t-twaqqif ta' sistemi għall-management u l-kontroll ta' traffiku tan-network u l-informazzjoni ta' l-użu bil-ħarsa li jitjieb l-użu ta' l-infrastrutturi; (j) studji li jikkontribwixxu għad-disinnjar u implimentazzjoni aħjar għan-network tat-trasport trans-Ewropew. L-Artikolu 6 Networks ta' pajjiżi terzi Promozzjoni mill-Komunità tal-proġetti ta' interess komuni u interkonnessjoni tan-network u interoperabbiltà sabiex jassiguraw il-kompatibbiltà tan-networks tal-pajjiż terz man-network tat-trasport trans-Ewropew, dan għandu jkun stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ skond il-proċeduri xierqa fit-Trattat. L-Artikolu 7 Proġetti ta' interess komuni 1. F'konformità mar-regoli tat-Trattat, partikolarment rigward kwestjonijiet ta' kompetizzjoni, kwalunkwe proġett għandu jkun ikkunsidrat bħala ta' interess komuni li: - jsegwi l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 2, - jikkonċerna in-network deskritt fl-Artikolu 3, - jikkorrispondi ma' wieħed jew aktar prioritajiet imniżżla fl-Artikolu 5, u - huwa potenzjalment ekonomikament vijabbli fuq il-bażi ta' analiżi ta' l-ispejjeż u l-benifiċċji soċjo-ekonomiċi . 2. Proġetti għandhom jirrelataw ma' element tan-network deskritt fl-Artikoli 9 sa 17 u għandhom partikolarment: - jirrelataw mar-rotot identifikati fuq il-mappi fl-Anness I, u/jew - jikkorrispondu mas-speċifikazzjonijiet jew kriterji fl-Anness II. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li jikkunsidraw neċessarji ġewwa l-qafas tal-prinċipji imniżżla fl-Artikolu 1 (2). L-Artikolu 8 Protezzjoni ta' l-ambjent 1. Meta proġetti huma żviluppati u jseħħu, il-protezzjoni ta' l-ambjent trid tittieħed in konsiderazzjoni mill-Istati Membri permezz ta' l-ezekuzzjoni ta' stimi ta' l-impatt fuq l-ambjent ta' proġetti ta' interess komuni li għandhom ikunu implimentati, wara d-Direttiva 85/337/KEE u permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE. 2. Il-Kummissjoni: (a) għandha tiżviluppa metodi xierqa ta' analiżi biex tivvaluta b'mod strateġiku l-impatt fuq l-ambjent tan-network sħiħ; (b) għandha tiżviluppa metodi xierqa ta' analiżi tal-kuritur li jkopri mezzi ta' trasport relevanti kollha mingħajr perġudizzju għad-definizzjoni tal-kurituri nnifshom. Fl-iżvilupp tal-kunċett ta' kurridur akkont irid jittieħed tal-bżonn tal-link fl-Istati Membri kollha u reġjuni tan-network ta' trasport trans-Ewropew u partikolarment il-bżonn li jillinkjaw gżejjer, landlocked u reġuni ta' periferija mar-reġuni ċentrali ta' l-Unjoni. Ir-riżultat ta' dan ix-xogħol għandu, kif u fejn xieraq, ikun ittieħed fl-Akkont mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha fuq il-linji gwida li hemm ipprovdut fl-Artikolu 21 bl-iskop li jiksbu l-objettivi mniżżla fl-Artikolu 2. SEZZJONI 2 NETWORK TAT-TOROQ L-Artikolu 9 Karatteristiċi 1. In-network tat-toroq trans-Ewropew għandu jikkonsisti f'motorways u toroq ta' kwalità għolja, kemm jekk jeżistu, ġodda jew li għad ikunu rranġati, li: - jilagħbu rwol importanti fit-traffiku ta' distanza twila, jew - iduru maċ-ċentri urbani prinċipali fuq ir-rotot identifikati minn network, jew - jipprovdu interkonnessjoni ma mezzi oħra ta' trasport, jew - jillinkjaw reġjuni magħluqa bl-art u dawk periferiċi mar-reġuni ċentrali tal-Komunità. 2. In-network għandu jagħti garanzija lill-utenti ta' livell ta' servizzi għoli, uniformi u kontinwu, konfort u sigurtà. 3. In-network għandu jinkludi infrastruttura għall-management ta' traffiku u informazzjoni lill-utent, ibbażata fuq kooperazzjoni attività bejn is-sistema ta' management ta' traffiku fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġonali. SEZZJONI 3 NETWORK FERROVJARJU L-Artikolu 10 Karatteristiċi 1. In-network ferrovjarju għandu jikkonsisti f'network ferrovjarju ta' velocità għolja u n-network tal-ferrovija konvenzjonali. 2. In-network ta' velocità għolja ferrovjarja għandu jikkonsisti f': - linji mibnija speċifikatament għal veloċità għolja ekwipaġġati għal veloċità ġeneralment ekwivalenti għal jew aktar minn 250 km/h li jużaw teknoloġija kurrenti jew ġdida, - linji mtejba speċifikatament għal veloċità għolja ekwipaġġati għal veloċità ta' l-ordni ta' 200 km/h, - linji mtejba speċifikatament għal veloċità għolja li għandhom fatturi speċjali bħala riżultat tar-restrizzjonijiet tipografiċi, ta' sostenn jew ta' ppjanar tal-belt, skond liema l-velocità trid tiġi addattata f'kull każ. Dan in-network għandu jkun definit mil-linji indikati fl-Anness I bħala linji ta' veloċità għolja jew linji addattati għal veloċità għolja. 3. In-network ferrovjarju konvenzjonali għandu jikkonsisti f'linji ta' trasport ferrovjarju konvenzjonali, li jinkludi s-settur ferrovjarju għat-trasport kombinat imsemmi fl-Artikolu 14. 4. In-network għandu: - jilgħab rwol importanti fit-traffiku ta' merkanzija u tal-passaġġieri għal distanzi twal , - jilgħab rwol importanti fl-operazzjoni ta' trasport kombinat għal distanzi twal, - jħalli interkonnessjoni man-networks ta' mezzi oħrajn ta' trasport u aċċess għan-networks reġjonali u ferrovjarji lokali. 5. In-network għandu joffri lill-utenti livell għoli ta' kwalità u sigurtà, minħabba l-kontinwità tagħha u l-implimentazzjoni gradwali ta' l-interoperabbiltà tagħha, li jseħħ partikolarment mill-armonizzazzjoni teknika u ordni armonizzata u sistema ta' kontroll. SEZZJONI 4 NETWORK TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI U PORTIJIET INTERNI L-Artikolu 11 Karatteristiċi 1. In-network trans-Ewropew ta' passaġġi fuq l-ilma interni għandu jikkonsisti fi xmajjar u kanali u fergħat u links varji li jillinkjawhom. Għandhom, partikolarment, jagħmluha possibbli li l-interkonnessjoni bejn reġuni industrijali u konturbazzjonijiet maġġuri jġonġuhom mal-portijiet. 2. Il-karatterstiċi tekniċi minimi għall-passaġġi fuq l-ilma li jifformaw parti min-network għandhom ikunu dawk imniżżla għall-klassi tal-passaġġi fuq l-ilma IV, li jħalli l-passaġġ ta' bastiment jew qoxra irmonkata ta' 80 sa 85 m fit-tul u 9,50 m wisa. Fejn passaġġ fuq l-ilma li jifforma parti tan-network hu modernizzat jew mibni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jikkorrispondu ma' mill-inqas klassi IV, għandhom iħallu klassi Va/Vb li tkun miksuba f'data aktar tard u għandhom jagħmlu provvediment sodisfaċenti għall-passaġġ ta' vetturi użati għat-trasport kombinat. Klassi Va tippermetti l-passaġġ ta' bastiment jew qoxra irmonkata ta' 110 m tul u 11,40 m wisa u klassi Vb tippermetti l-passaġġ ta' bastiment jew qoxra irmonkata ta' 172 sa 185 m tul u 11,40 m wisa. 3. Portijiet interni għandhom jifformaw parti min-network, partikolarment bħala punti ta' interkonnessjoni bejn il-passaġġi msemmija fil-paragrafu 2 u mezzi oħra ta' transport. 4. In-network għandu jinkludi l-infrastruttura tal-management tat-traffiku. SEZZJONI 5 PORTIJIET TAL-BAĦAR L-Artikolu 12 Karatteristiċi Portijiet tal-baħar għandhom jippermettu l-iżvilupp tat-trasport tal-baħar u għandhom jikkostitwixxu links ta' vapuri għall-gżejjer u l-punti ta' interkonnessjoni bejn it-trasport tal-baħar u mezzi oħrajn ta' trasport. Għandhom jipprovdu eqwipaġġ u servizzi lill-operaturi tat-trasport. L-infrastruttura tagħhom għandha tipprovdi range ta' servizzi għall-passaġġieri u trasport ta' merkanzija, li tinkludi servizzi ta' ferry u servizzi ta' tbaħħir ta' distanzi qosra u twal, li jinkludi tbaħħir tal-kosta, ġol-Komunità u bejn dawn u pajjiżi terzi. SEZZJONI 6 AJRUPORTI L-Artikolu 13 Karatteristiċi 1. In-network ta' l-ajruport trans-Ewropew għandu jikkonsisti f'ajruporti li jinsabu ġot-territorju tal-Komunità u li huma miftuħa għat-traffiku ta' l-arju kummerċjali u li jħarsu l-kriterji mniżżla f' Anness II. Dawn l-ajruporti għandhom ikunu klassifikati b'mod differenti skond il-volum u t-tip ta' traffiku li jaraw u skond il-funzjoni tagħhom ġon-network. Għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' links ta' l-ajru u l-interkonnessjoni ta' trasport ta' l-ajru u mezzi oħra ta' trasport. 2. Il-punti ta' konnessjoni internazzjonali u l-punti ta' konnessjoni tal-Komunità għandhom jikkostitwixxu l-qalba tan-network ta' l-ajruport trans-Ewropew. Links bejn il-Komunità u l-bqija tad-dinja għandhom ikunu l-aktar permess tal-punti ta' konnessjoni internazzjonali. Il-punti ta' konnessjoni tal-Komunità għandhom essenzjalment jipprovdu links ġol-Komunità, b'servizzi extra-Komunitarji li jgħoddu għall-proporzjon zgħir tan-negozju tagħhom. Punti ta' kunnessjoni reġjonali u punti ta' aċċessibbiltà għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-qalba tan-network jew jgħinuhom jiftħu reġjuni tal-periferija u iżolati. SEZZJONI 7 NETWORK TA' TRASPORT KOMBINAT L-Artikolu 14 Karatteristiċi 1. In-network ta' trasport kombinat trans-Ewropew għandu jikkonsisti f': - ferroviji u passaġġi fuq l-ilma interni li huma tajbin għat-trasport kombinat u tbaħħir li, kombinati fejn xieraq ma' trasport bit-triq inizjali jew terminali, jippermettu t-trasport ta' merkanzija fuq distanza twila. - installazzjonijiet li jippermettu transhipment bejn ferroviji, passaġġi fuq l-ilma interni, rotot ta' tbaħħir u toroq; - ħażniet li jiċċirkolaw xierqa, fuq bażi proviżorja, fejn il-karatteristiċi ta' l-infrastruttura, s'issa mhux addattata, teħtieġ. SEZZJONI 8 MANAGEMENT TA' TBAĦĦIR U NETWORK TA' INFORMAZZJONI L-Artikolu 15 Karatteristiċi Il-management ta' tbaħħir trans-Ewropew u network ta' informazzjoni għandha tikkonċerna: - sistemi ta' management kostali u ta' tbaħħir tal-portijiet, - sistemi tal-pożizzjoni tal-bastiment, - sistemi ta' rapport għall-bastimenti li jġorru merkanzija perikoluza jew li tniġġez, - sistemi ta' komunikazzjoni għall-perikolu u s-sigurtà fuq il-baħar, sabiex jagħtu garanzija tal-livell għoli ta' sigurtà u effiċjenza ta' tbaħħir u protezzjoni ta' l-ambjent f'żoni ta' tbaħħir li huma ta' Stati Membri tal-Komunità. SEZZJONI 9 NETWORK TA' MANAGEMENT TAT-TRAFFIKU TA' L-AJRU L-Artikolu 16 Karatteristiċi In-network tal-management tat-traffiku ta' l-ajru trans-Ewropew għandu jikkonsisti fi spazju ta' l-ajru riservat għall-avjazzjoni in ġenerali, passaġġi ta' l-ajru, għajnuna tan-navigazzjoni ta' l-ajru, is-sistemi ta' ippjanar ta' traffiku u sistemi ta' management u s-sistema ta' kontroll ta' traffiku (ċentri ta' kontroll, sorveljanza u faċilitajiet ta' komunikazzjoni) li huma neċessarji għall-avjazzjoni sigurtà u effiċjenza fl-ispazju ta' l-ajru Ewropew. SEZZJONI 10 POŻIZZJONI U NETWORK TA' NAVIGAZZJONI L-Artikolu 17 Karatteristiċi Is-sistemi trans-Ewropej ta' pożizzjoni u navigazzjoni għandu jkun fihom il-pożizzjoni tas-satellita u s-sistemi ta' navigazzjoni u s-sistemi li għandhom ikunu definiti fil-Pjan ta' Navigazzjoni tar-Radju Ewropew tal-futur. Dawn is-sistemi għandhom jipprovdu pożizzjonar affidabbli u effiċjenti u servizz ta' navigazzjoni li jista' jkun użat mill-mezzi kollha ta' trasport. SEZZJONI 11 DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI L-Artikolu 18 Kumitat għall-iskambju ta' informazzjoni u rapport 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'mod regolari lill-Kummissjoni bil-pjanijiet nazzjonali u programmi li ttellgħu għall-iżvilupp tan-network ta' trasport trans-Ewropew, partikolarment rigward il-proġetti ta' interess komuni identifikati minn din id-Deċiżjoni. 2. Kumitat tan-Network ta' Trasport Trans-Ewropew, minn issa msemmi "il-Kumitat", hu minn issa mwaqqaf fil-Kummissjoni; għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jpartat informazzjoni ta' pjanijiet u programmi notifikati minn Stati Membri u jista' jikkunsidra kwalunkwe kwestjoni rrelatata ma' l-Iżvilupp tan-network ta' trasport trans-Ewropew. 3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat ta' Reġuni fuq l-implimentazzjoni tal-linji ta' gwida deskritti f'din id-Deċiżjoni. Il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jgħin lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni tar-rapport tagħha. L-Artikolu 19 Proġetti speċifiċi L-Anness III fih, permezz ta' indikazzjoni, il-proġetti identifikati fl-Annessi 1 u II u f'disposizzjonijiet oħra ta' din id-Deċiżjoni għal-liema l-Kunsill Ewropew ta' Essen attributwixxa importanza partikolari. L-Artikolu 20 Trasport multimodali u management ta' traffiku Fost il-proġetti oħrajn ta' interess komuni mniżżla fl-Anness I u II, dawk li jikkonċernaw trasport multimodali u tekniċi ta' management ta' traffiku ġodda għandhom jingħataw attenzjoni speċjali in vista tat-tkomplija tan-network. L-Artikolu 21 Reviżjoni tal-linji gwida 1. Kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, u għall-ewwel darba qabel fl-1 ta' Lulju 1999, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jindika jekk il-linji gwida għandhomx ikunu addattati biex jieħdu akkont ta' l-iżviluppi ekonomiċi u żviluppi teknoloġiċi fil-kamp tat-trasport, partikolarment fit-trasport ferrovjarju. Meta ttella' r-rapport, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18. 2. Wara r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tagħti proposti xierqa. L-Artikolu 22 Mħassar Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/174/KEE ta' l-20 ta' Frar 1978 li tistipula proċedura ta' konsultazzjoni u twaqqaf kumitat fil-kamp tat-trasport ta' l-infrastruttura [7] hija issa mħassra. L-Artikolu 23 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 24 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Brussel, it-23 ta' Lulju 1996. Għall-Parlament Ewropew Il-President K. Hänsch Għall-Kunsill Il-President M. Lowry [1] ĠU Ċ 220, 8.8.1994, p. 1 u Ġ U Ċ 97, 20.4.1995, p. 1. [2] ĠU Ċ 397, 31.12.1994, p. 23. [3] ĠU Ċ 210, 14.8.1995, p. 34. [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 1995 (ĠU Ċ 151, 19.6.1995, p. 234). Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 1995 (ĠU Ċ 331, 8.12.1995, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 1995 (ĠU Ċ 17, 22.1.1996, p. 58). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 1996 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Lulju 1996 (mhux pubblikat s'issa fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. [6] ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. [7] ĠU L 54, 25.2.1978, p. 16. -------------------------------------------------- L-ANNESS I SKEMI TA' NETWORK SPJEGATI BIL-MAPEP [1] Sezzjoni 2: Network tat-Toroq 2.0. L-Ewropa 2.1. Il-Belġju/il-Lussemburgu 2.2. Id-Danimarka 2.3. Il-Ġermanja 2.4. Il-Greċja 2.5. Spanja 2.6. Franza 2.7. L-Irlanda 2.8. L-Italja 2.9. L-Olanda 2.10. L-Awstrija 2.11. Il-Portugall 2.12. Il-Finlandja 2.13. L-Iżvezja 2.14. Ir-Renju Unit Sezzjoni 3: Network bil-ferrovija 3.0. L-Ewropa 3.1. Il-Belġju 3.2. Id-Danimarka 3.3. Il-Ġermanja 3.4. Il-Greċja 3.5. Spanja 3.6. Franza 3.7. L-Irlanda 3.8. L-Italja 3.9. Il-Lussemburgu 3.10. L-Olanda 3.11. L-Awstrija 3.12. Il-Portugall 3.13. Il-Finlandja 3.14. L-Iżvezja 3.15. Ir-Renju Unit Sezzjoni 4: Network tal-passaġġi fuq l-ilma interni 4. L-Ewropa Sezzjoni 5: Portijiet tal-baħar Proġetti ta' interess komuni li jinvolvu l-portijiet tal-baħar huma identifikati f'din id-Deċiżjoni skond il-kriterji fl-Anness II u jistgħu jinstabu fi kwalunkwe port ta' Stat Membru Komunitarju. Ladarba huwa impossibbli li jidhru l-portijiet kollha fuq mappa, ma hemm ebda mappa tal-portijiet tal-baħar fl-Anness I. Sezzjoni 6: L-Ajruporti 6.0. L-Ewropa 6.1. Il-Belġju/d-Danimarka/l-Ġermanja/Il-Lussemburgu/L-Olanda/L-Awstrija 6.2. Il-Greċja 6.3. Spanja/il-Portugall 6.4. Franza 6.5. L-Irlanda/Ir-Renju Unit 6.6. L-Italja 6.7. Il-Finlandja/L-Iżvezja Sezzjoni 7: Network ta' transport ikkumbinat 7.1. A. Ferrovija B. Ferrovija, fuq skala kbira 7.2. Passaġġi fuq l-ilma interni NB: Il-kelma "ppjanata" fil-werrej tal-mapep tkopri kull stadju ta' proġett ta' infrastruttura ta' interess komuni mill-istudji preliminarji sal-kostruzzjoni. SEZZJONI 2 NETWORK TAT-TOROQ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 2.02.12.22.32.42.52.62.72.82.92.102.112.122.132.14 SEZZJONI 3 NETWORK FERROVJARJU +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 3.03.13.23.33.43.53.63.73.83.93.103.113.123.133.143.15 SEZZJONI 4 NETWORK TAL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI +++++ TIFF +++++ 4 SEZZJONI 6 AJRUPORTI +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 6.06.16.26.36.46.56.66.7 SEZZJONI 7 NETWORK TAT-TRASPORT IKKUMBINAT +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ 7.1-A7.I-B7.2 [1] Il-mapep għandhom x'jaqsmu mas-sezzjonijiet relatati msemmija fit-termini legali u/jew fl-Anness II. -------------------------------------------------- ANNESS II KRITERJI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL-PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI [1] Sezzjoni 2 : Network tat-toroq Sezzjoni 3 : Network ferrovjarju Sezzjoni 4 : Network tal-passaġġ ta' l-ilma minn ġewwa u portijiet minn ġewwa Sezzjoni 5 : Portijiet tal-baħar Sezzjoni 6 : Portijiet ta' l-ajru Sezzjoni 7 : Network ta' trasport kombinat Sezzjoni 8 : Informazzjoni ta' bastimenti u network ta' management Sezzjoni 9 : Network ta' management tat-traffiku ta' l-ajru Sezzjoni 10 : Network ta' navigazzjoni u pożizzjoni Sezzjoni 2 Network tat-toroq Ma' dawn il-proġetti rrelatati mal-links fl-Anness I, proġetti ta' interess komuni li huma mħarsa li jinkludu xi proġett ta' infrastruttura rrelatat ma' links bħal dawn li għandhom x'jaqsmu ma': A. Żvilupp tan-network, u partikolarment: - jitwessaw il-motorways jew it-titjib tat-toroq, - kostruzzjoni jew titjib ta' bypasses jew toroq ring, - jiżdied l-interoperabbiltà tan-networks nazzjonali. B. Żvilupp ta' management ta' traffiku u sistemi ta' informazzjoni tal-users, u partikolarment: - it-twaqqif ta' infrastrutturi telematiċi biex jiġbru data tat-traffiku, - jiżviluppaw ċentri ta' informazzjoni ta' traffiku u ċentri ta' kontroll tat-traffiku, kif ukoll skambji ta' data bejn ċentri ta' informazzjoni tat-traffiku f'pajjiżi differenti, - it-twaqqif ta' servizzi ta' informazzjoni tat-toroq, partikolarment is-sistema RDS-TMC [2], - interoperabbiltà teknika ta' infrastrutturi telematiċi. Sezzjoni 3 Network ferrovjaru Ma' dawn il-proġetti rrelatati mal-links f'Anness I, proġetti ta' interess komuni se jkunu mħarsa li jinkludu xi proġett ta' infrastruttura rrelatat ma' links bħal dawn li: - interoperabbiltà bejn sistemi ferrovjarji trans-Ewropej, - interkonnessjoni man-networks ta' mezzi oħrajn ta' trasport. Sezzjoni 4 Network ta' passaġġ bl-ilma minn ġewwa u portijiet ta' ġewwa Portijiet minn ġewwa Ma' dawn il-proġetti rrelatati mal-konnessjonijiet imsemmija fl-Anness I, proġetti ta' interess komuni se jitqiesu li jinkludu xi proġetti ta' infrastruttura: A. Fir-rigward ta' portijiet ta' ġewwa fit-tifsira ta' l-Artikolu 11 (3) li jilħaq il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: 1. jinstab fuq in-network tal-passaġġi ta' l-ilma ta' ġewwa muri fil-pjan fl-Anness I; 2. interkonness ma' rotot trans-Ewropej oħrajn; 3. Preżenza ta' stallazzjonijiet ta' trasbord, partikolarment: - ċentri ta' trasbord, - terminali tal-kontejners, - faċilitajiet roll-on/roll-off. B. u jikkorrispondu ma' wieħed jew aktar mill-kategoriji li ġejjin: 1. aċċess lill-port minn passaġġi ta' l-ilma minn ġewwa; 2. infrastruttura tal-port ġewwa l-area tal-port; 3. infrastrutturi tat-trasport oħrajn ġewwa l-area tal-port; 4. infrastrutturi tat-trasport oħrajn li huma konnessjonijiet ma' elementi oħrajn tan-network ta' trasport trans-Ewropej. Management ta' traffiku Proġetti ta' interess komuni jitqiesu li jinkludu partikolarment: - sistema ta' sinjali u gwida għall-vetturi, partikolarment dawk li jġorru sustanżi perikulużi jew oġġetti li jniġġsu, - sistema ta' komunikazzjoni għall-emerġenzi u sigurtà ta' passaġġ ta' ilma minn ġewwa. Sezzjoni 5 Portijiet tal-baħar 1. Kategoriji tal-port u proġetti tal-port irrelatati ta' interess komuni Proġetti tal-portijiet u rrelatati mal-portijiet iridu jiġu taħt wieħed mill-kategoriji li ġejjin: A. aċċess lill-port mill-baħar jew passaġġ ta' l-ilma minn ġewwa jew il-baħar, li jinkludi spejjeż kapitali u xogħol ta' tkissir tas-silġ matul ix-xitwa; B. infrastruttura tal-port ġewwa l-area tal-port; C. infrastrutturi ta' trasport minn ġewwa l-area tal-port; D. infrastruttura ta' trasport minn ġewwa li torbot il-port ma' elementi oħrajn tan-network ta' trasport trans-Ewropej. 2. Għanijiet speċifiċi tal-proġetti Proġetti ta' l-infrastruttura tal-port u rrelatati mal-port ta' interess komuni jrid ikollu wieħed jew aktar mill-għanijiet speċifiċi li ġejjin: - jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozju ġewwa u barra l-Komunità, - jappoġġa l-prinċipju ta' mobilità sostenibbli billi jgħin biex itaffi kurriduri ta' l-art konġestjonati u biex inaqqas l-ispejjeż esterni tat-trasport Ewropej billi, per eżempju, tiżdied il-parti marittima tat-traffiku totali u partikolarment billi jippromwovi navigazzjoni kostali, - jitjieb l-aċċessibbiltà u jsaħħaħ koeżjoni ekonomika u soċjali fil-Komunità Ewropea billi jippromwovi l-iżvilupp ta' link marittimu ġewwa l-Komunità, jieħdu attenzjoni partikolari lill-ġżira u r-reġuni tal-periferija tal-Komunità, - jħalli aċċess permanenti lill-portijiet tal-Baħar Baltiku li jinstabu madwar u fuq 60o N normalment bis-silġ fix-xitwa. 3. Kondizzjonijiet speċifiċi li jintlaħqu Proġetti jridu jikkontribwixxu għal: - traffiku ta' integrazzjoni fi network ta' trasport trans-Ewropej jew katina ta' trasport multimodali, jew - aktar użu ta' trasport tajjeb għall-ambjent. Sezzjoni 6 Ajruporti I. Kriterja ta' eliġibbiltà għall-ajruporti ta' interess komuni Ajruporti ta' interess komuni jridu jilħqu l-kriterji ta' wieħed mill-punti ta' konnessjoni li ġejjin: 1. Punti ta' konnessjoni internazzjonali se jinkludu: - l-ajruporti kollha jew sistemi ta' l-ajruporti [3] b'volum ta' traffiku annwali totali ta' mhux inqas minn: - 5000000 movimenti ta' passiġġieri b'10 % inqas, jew - 100000movimenti ta' vetturi ta' l-ajru, jew - 150000 tunnellati freight throughput, jew - 1000000 movimenti tal-passeġġier extra-Komunitarji; jew - kull ajruport ġdid mibni biex ibiddel xi punt ta' konnessjoni internazzjonali li jeżisti li ma jistax ikun żviluppat aktar fil-post tiegħu. 2. Punti ta' konnessjoni tal-Komunità se jinkludu: - l-ajruporti kollha jew sistemi ta' l-ajruporti b'volum ta' traffiku annwali ta': - bejn 1000000 mingħajr 10 % u 4499999 movimenti ta' passeġġieri, jew - bejn 50000 u 149999 tunnellati freight throughput, jew - bejn 500000 u 899999 movimenti ta' passaġġieri, ta' liema mill-inqas 30 % huma mhux nazzjonali, jew - bejn 300000 u 899999 movimenti ta' passiġġieri movimenti 'l barra mill-art prinċipali Ewropeja f'distanża ta' 'il fuq minn 500 km mill-punt ta' konnessjoni internazzjonali l-aktar viċin; jew - xi ajruport ġdid mibni minflokk punt ta' konnessjoni tal-Komunità li jeżisti li ma jistax ikun żviluppat aktar fuq dan is-sit. 3. Punti ta' konnessjoni reġjonali u punti ta' aċċessibbiltà se jinkludu l-ajruporti kollha - volum ta' traffiku annwali ta' bejn 500000 u 899999 movimenti ta' passaġġieri, ta' liema inqas minn 30 % huma mhux nazzjonali, jew - b'volum ta' traffiku annwali ta' bejn 250000 mingħajr 10 % u 499999 movimenti ta' passaġġieri, jew - b'volum ta' traffiku annwali ta' bejn 10000 u 49999 tunnellati freight throughput, jew - jinsab fuq gżira ta' Stat Membru, jew - jinsab f'post landlocked tal-Komunità b'servizzi kummerċjali operati b'vetturi ta' l-ajru b'take-off massimu ta' użin f'eċċess ta' 10 tunnellati. Ajruport jinstab f'post landlocked jekk jinstab barra radius ta' "il fuq minn 100 km mill-punt ta" konnessjoni tal-Komunità jew l-eqreb internazzjonali. Din id-distanza tista', b'eċċezzjoni, tkun imnaqqsa sa 75 km sabiex ikun ikkunsidrat l-aċċess diffiċli minħabba sitwazzjoni geografika jew il-kwalità baxxa ta' l-infrastruttura tat-trasport ta' ġewwa. II. Speċifikazzjonijiet għall-proġetti ta' interess komuni rrelatati man-network ta' l-ajruport Il-proġett kollu se jikkwalifika bħala proġett ta' interess komuni jekk jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: Speċifikazzjonijiet tal-proġett | Tip ta' punt ta' konness ikkonċernat prinċipalment | I.Ottimizzazzjoni ta' kapaċità ta' ajruport li jeżisti Miżura 1Ottimizzazzjoni tal-kapaċità li jeżisti f'termini ta' passiġġier ta' ajruplan jew movimenti ta' l-ajru, li jinkludi l-ekwipaġġ ta' navigazzjoni ta' l-ajru ta' l-ajruport | Internazzjonali Komunità Punt ta' konnessjoni reġionali u punt ta' aċċessibbiltà | Miżura 2Titjib ta' sigurtà ta' ajruport u sigurtà | Internazzjonali Komunità Punt ta' konnessjoni reġionali u punt ta' aċċessibbiltà | Miżuri 3Addattament ta' infrastruttura li teżisti fejn neċessarju b'kompletazzjoni tas-suq intern u partikolarment b'miżuri li jiggvernaw il-moviment ħieles tal-persuni ġewwa l-Unjoni. | Internazzjonali Komunità Punt ta' konnessjoni reġionali u punt ta' aċċessibbiltà | II.Żvilupp ta' kapaċitajiet ta' l-ajruport ġodda Miżuri 4Żvilupp ta' l-infrastruttura u ekwipaġġ li jiddeterminaw kapaċità ta' l-ajruport f'termini ta' passiġġier ta' l-ajruplani jew movimenti ta' freight, li jinkludu l-ekwipaġġ ta' navigazzjoni ta' l-ajru ta' l-ajruport | Internazzjonali Komunità | Miżura 5Kostruzzjoni ta' ajruport ġdid biex ibiddel ajruport li jeżisti jew sistema ta' ajruport li ma tistax tkun zviluppata fuq is-sit tiegħu | Internazzjonali Komunità | III.Titjib ta' protezzjoni kontra nuisances li jsiru minn attivitajiet ta' l-ajruport Miżura 6Titjib tal-kompatibblità ta' l-ambjent f'termini ta' ħoss u t-trattament ta' l-effluent ta' l-ajruport | Internazzjonali Komunità | IV.Titjib jew zvilupp ta' aċċess ta' l-ajruport Miżura 7Titjib jew żvilupp ta' interfaces bejn l-ajruport u infrastrutturi ta' aċċess | Internazzjonali Komunità | Miżura 8Titjib u żvilupp ta' interkonnessjonijiet u networks oħra ta' trasport, u aktar speċifikament in-network ferrovjarju | Internazzjonali Komunità | [1] Dawn il-kriterji u speċifikazzjonijiet jirreferu għas-sezzjonijiet li jikkorrispondu, imsemmija fit-termini li jtellgħu u /jew Anness I. [2] Sistema ta' messaġġ tat-traffiku tat-triq diġitali bbażat fuq radju li fih stream ta' messaġġ ġenerali li jista' jkun tuned għall-bżonnijiet individwali tal-user tat-triq. [3] Sistemi ta' l-ajruport: ĠU L 240, 24.8.1992, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS III LISTA TA' L-ERBATAX-IL PROĠETT ADOTTATI MILL-KUNSILL TA' L-EWROPA F'ESSEN FID-9 U FL-10 TA' DIĊEMBRU 1994 1. Ferrovija ta' veloċità għolja/trasport kombinat north-south: Nuremberg-Erfurt-Halle/Leipzig-Berlin Brenner axis: Verona-Munich 2. Ferrovija ta' velocità għolja (Paris-Brussels-Cologne-Amsterdam-London): Il-Belġju: F/B fruntjiera-Brussels-Liège-B/D fruntjiera; Brussels-B/NL fruntiera Ir-Renju Unit: London-Channel Tunnel aċċess L-Olanda: B/NL fruntjiera-Rotterdam-Amsterdam Il-Ġermanja: (Aachen) G27 Cologne-Rhine/Main 3. Ferrovija velocità għolja south: Madrid-Barcelona-Perpignan-Montpelier Madrid-Vitoria-Dax 4. Ilvant ferrovija ta' velocità għolja: Paris-Metz-Strasbourg-Appenweier-(Karlsruhe) b'junctions għall-Metz-Saarbrücken-Mannheim and Metz-il-Lussemburgu 5. Ferrovija konvenzjonali/trasport kombinat: Linja Betuwe Rotterdam - NL/D fruntjiera-(Rhine/Ruhr) 6. Ferrovija ta' velocità għolja/transport kombinat: Franza-l-Italja Lyons-Turin Turin-Milan-Veneżja-Trieste 7. Motorways Griegi: Pathe: Rio Antirio, Patras-Athens-Thessaloniki-Promahon (Greek/il-Bulgarija fruntjiera) u Via Egnatia: Igoumenitsa-Thessaloniki-Alexandroupolis-Ormenio (Grieg/il-Bulgarija fruntjiera)-Kipi (Grieg/Turkija fruntjiera) 8. Motorway Lisbon-Valladolid 9. Link ferrovjarja konvenzjonali: Cork-Dublin-Belfast-Larne-Stranraer 10. Malpensa Ajruport (Milan) 11. Ferrovija fissa/link tat-triq bejn id-Danimarka u l-Iżvezja (Øresund link fissa) li jinkludi rotot ta' aċċess għat-triq, ferrovija, u l-ajru 12. Triangolu nordiku (ferrovjari/triq) 13. L-Irlanda/ir-Renju Unit/Triq Benelux link 14. Kosta tal-Lvant linja prinċipali (ferrovjari) -------------------------------------------------- Stqarrija Konġunta Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jagħtu importanza kbira għall-istabbiliment u l-iżvilupp koerenti tat-trasport trans-Ewropej network. Jagħtu merbħa lill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li twaqqaf in-network u tidentifika proġetti partikolari ta' interess komuni, li jħallu framework leġislattiv għan-network ta' trasport trans-Ewropew li se jkun komplet. Jinnotaw li dawk il-proġetti jagħtu kontribut biex jiksbu l-għanijiet imniżżla f'Artikolu 2, jistgħu partikolarment jagħmlu kontribuzzjoni vitali għall-kompetizzjoni, kreazzjoni ta' xogħol fl-Unjoni u jilħqu ukoll il-link għall-ġżejjer, landlocked u reġuni tal-periferija mar-reġuni ċentrali tal-Komunità. Jagħmlu enfażi f'dan il-kuntest li l-fatt ta' dawk il-proġetti huma identifikati minn Anness 1, Anness II u t-termini li jtellgħu din id-Deċiżjoni jagħmilhom eliġibbli għall-kontribut finanzjarju mill-Komunità li jista' jiffaċilitahom u jaċċelerahom fl-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri kkonċernati. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jgħajtu lill-Istati Membri biex iwaħħlu importanza kbira għall-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti, għall-liema jagħtu attenzjoni speċjali. Il-Kummissjoni jimpriża li jżommhom informati regolarment għall-implimentazzjoni tagħhom, inter alia, permess tar-rapporti li hemm provdut f'Artikoli 18 u 21. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jinnotaw li l-proġetti adottati mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari, bil-ħarsa li jiżviluppaw in-network tat-trasport trans-Ewropew. -------------------------------------------------- Stqarrijiet tal-Kummissjoni — Re sezzjoni 5 ta' l-anness I: portijiet tal-baħar: Il-Kummissjoni se tagħti fl-1997, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati u l-Istati Membri kkonċernati, rapport u, jekk xieraq, proposta għall-proġetti tal-port li jużaw approċċ simili għal dak li ħadu għall-ajruporti f'sezzjoni 6. — Re standards ta' l-ambjent u pipeline network: Il-Kummissjoni se: (a) tkompli teżamina standards ta' l-ambjent għall-kull mezz ta' trasport; (b) tistudja l-possibbiltà li jittella' pipeline network mhux mgħotti mil-linji ta' gwida għan-networks ta' enerġija trans-Ewropej u l-possibbiltà li jinkorporawhom ġo network trans-Ewropej; u se jagħtu xi proposti xierqa. — Re Anness I: Il-Kummissjoni se teżamina, bil-ħarsa li jiddetermina jekk jikkwalifikawx għall-inklużjoni fl-Anness I, il-proġetti votati għalihom mill-Parlament fit-tieni qari. Din l-eżaminazzjoni se ssir bħala parti mill-proċedura ta' reviżjoni pprovduta għaliha f'Artikolu 21. — Re Artikoli 19 u 20, u l-Anness III: Il-Kummissjoni tikkonferma li xejn f'din id-Deċiżjoni ma jippreġudika r-rabta finanzjajra ta' l-Istati Membri jew il-Komunità. — Re Artikolu 20: Skond Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2236/95 li jniżżel regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità fil-kamp tan-networks trans-Ewropej, il-Kummissjoni Tgħid li fl-evaluazzjoni ta' proġetti għall-appoġġ taħt stimi ta' networks trans-Ewropej se Tagħti attenzjoni xierqa għall-proġetti ta' natura multi-modali, notabilment dawk li jinvolvu rotot ta' distanza twila għar-reġuni ta' periferija. --------------------------------------------------