31996D0753



Official Journal L 345 , 31/12/1996 P. 0078 - 0078


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-6 ta' Diċembru 1996

li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

(96/753/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) ta' l-istess Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi Ftehim taħt il-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja [1] ġie negozjat sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Uruguay Round;

Billi l-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja qed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għandhom jiġu addottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mill-Kummissjoni mgħejjuna mill-Kunitat imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 [2] skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha il-jedd li tiffirma il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 sabiex torbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Spring

[1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 1.

[2] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18.

--------------------------------------------------