31996D0611



Official Journal L 271 , 24/10/1996 P. 0031 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Settembru 1996

fir-rigward tal-konklużjoni tar-riżultati tan-negozjati ma' ċerti pajjiżi terzi taħt l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT u kwistjonijiet oħra relatati (l-Arġentina)

(96/611/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Komunità daħlet fin-negozjati taħt l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT);

Billi dawn in-negozjati irriżultaw fil-Ftehim ma' l-Arġentina;

Billi l-fażijiet illi fihom it-tariffi għandhom jitnaqqsu kif previst fil-Ftehim għandhom jiġu speċifikati;

Billi l-Komunità daħlet f'diskussjonijiet ma' l-Arġentina fir-rigward tar-reġim ta' l-importazzjonijiet tal-Komunità taċ-ċereali;

Billi r-riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet huma dawk illi jinsabu fil-Ftehim fil-forma ta' l-Iskambju ta' Ittri;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità illi tapprova dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-Ftehim illi ġej qiegħed jiġi approvat f'isem il-Komunità;

- Ftehim għall-konklużjoni tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Arġentina taħt l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT (L-ANNESS I),

- Skambju ta' ittri bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika ta' l-Arġentina fuq iċ-ċereali (L-ANNESS II).

It-testi tal-Ftehim imsemmijin f'dan l-Artikolu huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-fażijiet illi fihom it-tariffi għandhom jitnaqqsu kif previst f'dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill qiegħed jiġi hawnhekk awtoriżżat illi jinnomina persuna illi jkollha s-setgħa tiffima l-Ftehim sabiex turbot lill-Komunità [1].

Magħmul fi Brussel, 16 Settembru 1996.

F'isem il-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ser jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------