31996D0586



Official Journal L 257 , 10/10/1996 P. 0041 - 0042


Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ April 1996

li tikkonċerna l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom propham bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza Għall-Ftehim EE)

(96/586/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 491/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 [3] ta’ l-27 ta’ April 1994, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 491/95, ippreskriva s-sustanzi attivi ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti u innomina r-rapporteur ta’ l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92;

Billi propham kien wieħed mid-90 sustanzi attivi koperti mill-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol kif hemm provdut fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [4];

Billi għal din is-sustanza s-Stat Membru rapporteur innominat informa lill-Kummissjoni li n-notifikatur konċernat informahom formalment illi huma m’humiex sejrinr jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 sabiex tiġi sostnuta l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE;

Billi l-ebda Stat Membru ma informa, skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament, lill-Kummissjoni x-xewqa li tiġi assigurata l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE;

Billi għalhekk irid jiġi kkunsidrat li t-tagħrif dwar il-ħtieġa tar-rivalutazzjoni ta’ din is-sustanza mhux sejjer jintbagħat fil-qafas tal-programm ta’ xogħol u li għalhekk evalwazzjoni ta’ dis-sustanza mhix possibbli f’dan il-qafas; billi konsegwentement deċiżjoni għandha tittitħed deċiżjoni bil-għan li awtorizzazzjonijiet kurrenti għall-prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti li fihom din is-sustanza attiva jiġu irtirati;

Billi din id-deċiżjoni ma jeskludix li fil-futur propham jista’ jiġi evalwat qasam tal-proċeduri għal sustanzi attivi ġodda hekk kif provdut fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/414/KEE;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal- Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti li fihom propham huma irtirati fi żmien 12 ix-xahar mid-data tad-Deċiżjoni presenti;

2. Mid-data tad-Deċiżjoni presenti l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti li fihom propham ma jiġu konċessi jew imġedda taħt id-deroga li tinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fid-9 ta’ April 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[2] ĠU L 49, ta’ l-4.3.1995, p. 50.

[3] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.

[4] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

--------------------------------------------------