31996D0578



Official Journal L 254 , 08/10/1996 P. 0049 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Ġunju, 1996,

dwar il-proċedura ta’ prova ta’ konformità ta’ prodotti ta’ kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar apparat sanitarju

(test rilevanti għaż-ŻEE)

(96/578/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru, 1988, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prodotti ta’ kostruzzjoni [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

Billi l-Kummissjoni jeħtiġilha, skond iż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar prova ta’ konformità ta’ prodott, illi tagħżel "il-proċedura l-inqas oneruża possibbli li tkun taqbel mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal ċertu prodott jew klassi ta’ prodotti, tkunx meħtieġa sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika u kondizzjoni ta’ prova ta’ konformità tajba biżżejjed, jew, biex jitħarsu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), hemmx ħtieġa li jkun hemm korp approvat ta’ ċertifikazzjoni;

Billi l-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura adottata għandha tintwera fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, ikun aħjar li jkun hemm definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti jew klassi ta’ prodotti kif użati fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi ż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 13(3) huma murija fid-dettal fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jintwerew b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implimentati, b’riferenza għall-Anness III, għal kull prodott jew klassi ta’ prodotti peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

Billi l-proċedura li għaliha saret riferenza f’punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltà ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija f’punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) taqbel mas-sistemi msemmija f’punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b’sorveljanza kontinwa, ta’ punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

Billi l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Il-Kostruzzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-prova ta’ konformità tal-prodotti u tal-klassijiet ta’ prodotti msemmija fl-Anness I għandha tkun skond proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biss sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti.

L-Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Anness II għandu jkollhom il-prova tagħhom ta’ konformità skond proċedura li biha, flimkien mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jieħu sehem fil-verifika u s-sorveljanza ta’ kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

L-Artikolu 3

Il-proċedura għall-prova ta’ konformità, kif mogħtija fl-Anness III, għandha tintwera f’ordnijiet għal standards armonizzati.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-24 ta’ Ġunju, 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

STRUMENTI SANITARJI

Sinkijiet, fliskaturi u reċipjenti komunali; banjijiet; vaski tad-doċċa; bidet; awrinari; bwieqi jew tapsini tat-toilet; armarji għal sustanzi trab, kimiċi u tal-ikkompostjar; toilets maċeraturi, toilets ta’ bil-qiegħda, tankijiet għall-flushing, banjijiet idromassaġġi, paraventi jew għeluq għal doċċa u banju.

Toilets pubbliċi modulari u kompartimenti prefabbrikati tat-toilet irfinati b’materjali kklassifikati għal reazzjoni kontra nar ta’ grupp A, B u Ċ, u li r-reazzjoni tagħhom għall-effett tan-nar ma ġġibx bidla waqt il-proċess tal-produzzjoni (ġeneralment dawk li jkunu magħmula minn materja prima li ma teħux in-nar), kif ukoll minn materjali kklassiffikati fi gruppi D, E u F.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

STRUMENTI SANITARJI

Toilets pubbliċi modulari u kompartimenti prefabbrikati tat-toilet irfinati b’materjali kklassifikati għal reazzjoni kontra nar ta’ grupp A, B u Ċ, u li r-reazzjoni tagħhom għall-effett tan-nar iġġib bidla waqt il-proċess ta’ produzzjoni (ġeneralment dawk li jkunu magħmula minn materja prima li tieħu n-nar).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KLASSI TA’ PRODOTTI

STRUMENTI SANITARJI (1/1)

Sistemi ta’ prova ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu maħsub għalihom, imsemmija hawn taħt, il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni/Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni Elettroteknika (CEN/Cenelec) huwa mitlub li jispeċifika s-sistema jew sistemi li ġejjin ta’ prova ta’ konformità skond standards armonizzati rilevanti:

Prodott/i | użu maħsub għal strumenti sanitarji | Livell/i jew klassi/ijiet Reazzjoni għan-nar | Sistema/i ta’ prova ta’ konformità |

Sinkijiet, fliskaturi, u reċipjenti komunali; banjijiet, vaski tad-doċċa, bedè, awrinari, bwieqi jew tapsini tat-toilet, armarji għal sustanzi trab, kimiċi u taħlitiet oħra, toilets maċeraturi, toilets ta’ bilqiegħda, tankijiet għall-flushing, banjiet idromassaġġi, paraventi u għeluq għal doċċa u banju u moduli tat-toilet prefabbrikati. | iġjene personali | — | 4 |

Toilets pubbliċi modulari, u kompartimenti tat-toilets prefabbrikati | iġjene personali | A, B jew Ċ | 1 |

A, B jew Ċ | 3 |

D, E jew F | 4 |

--------------------------------------------------