31996D0493



Official Journal L 208 , 17/08/1996 P. 0001 - 0023


Id-deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' Marzu ta' l-1996

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provizzorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta' l-1994 għan-nom tal-Komunità Ewropa

(96/493/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

billi Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta' l-1994 nnegozjat a bażi tar-Riżoluzzjoni 93 (IV) tat-test intitolat ‘Sħubija ġdida għall-iżvilupp: Ir-Rabta ta' Cartagena u l-għanijiet oġġettivi fid-dokument finali ‘L-Ispirtu ta' Cartagena addottat mill-Konferenza tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti ġiet miftuha għall-iffirmar mill-1 ta' April ta' l-1994 sakemm xahar wara id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha;

billi l-imsemmi Ftehim għadu ma daħalx fis-seħħ;

billi, skond l-Artikolu 42(3) tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta' l-1983, dak il-Ftehim kien ġie estiż sakemm id-dħul fis-seħħ proviżorju jew definittiv tal-Ftehim il-ġdid;

billi the għanijiet segwiti mill-Ftehim il-ġdid joqogħdu fil-kuntest tal-politika kummerċjali komuni:

billi l-Istati Membri jipparteċipaw, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, fil-miżuri li għalihom hemm pprovdut f'dak il-Ftehim;

billi l-Istati Membri kollha esprimew l-intenzjoni tagħhom li jiffirmaw u li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim; billi l-Komunità għalhekk għandha tiffirma l-Ftehim depożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u, mill-aktar fis possibbli, tinnotifika l-intenzjoni tagħha biex tapplika l-Ftehim provviżorjament,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Komunità għandha tiffirma Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali ta' l-1994 depożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

2. Il-Komunità għandha tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 b'mod provviżorju, f'konformità ma' l-Artikoli 40 u 41 (2) tiegħu.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuni li għandhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim għan-nom tal-Komunità u jiddepożitaw in-notifikazzjoni ta' l-applikazzjoni provviżorja tal-Komunità, flimkien mad-dikjarazzjoni annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, nhar id-29 ta' Marzu ta' l-1996.

F'isem il-Kunsill

Il-President

T. Treu

--------------------------------------------------