31996D0415



Official Journal L 173 , 11/07/1996 P. 0001 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Mejju 1996

dwar il-konklużjoni ta' arranġamenti amministrattivi dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ewropea u ċerti membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

(96/415/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l- l-Artikolu 113, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni nnegozjat arranġamenti amministrattivi dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti fil-forma ta' Minuti Miftiehma jew Tpartit ta' Noti ma' ċerti Membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li, bħala "arranġamenti amministrattivi" fl-iskop tat-tifsira ta' l-Artikolu 2 (17) tal-Ftehim WTO, tirriproduċi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' ftehim bilaterali li kienu saru qabel li jkopru l-kummerċ fi prodotti tat-tessuti taħt l-Arranġament Multifibriku (MFA);

Billi dawn l-arranġamenti amministrattivi dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti għandhom jiġu approvati,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-arranġamenti amministrattivi dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati għan-nom tal-Komunità.

It-testi ta' l-arranġamenti amministrattivi dwar il-kummerċ u prodotti tat-tessuti huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li tiffirma' l-arranġamenti amministrattivi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Serri

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista ta' pajjiżi

L-Argentina

Il-Bangladexx

Il-Hong Kong

L-Indja

L-Indoneżja

Il-Makaw

Il-Malażja

Il-Pakistan

Il-Peru

Il-Filippini

Is-Singapor

Il-Korea ta' Taħt

Is-Sri Lanka

It-Tajlandja

--------------------------------------------------