31996D0405



Official Journal L 165 , 04/07/1996 P. 0040 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta' Ġunju 1996

li temenda l-Kapitolu 7 ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li jistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A, il-Kapitolu I tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward tal-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE

(Test b'referenza ŻEE)

(96/405/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti m'humiex suġġetti għall-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A. il-Kapitolu I tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/340/KE [2], u b'mod partikolari it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tagħha,

Billi l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti wasslet għal ċerti diffikultajiet fl-importazzjoni tad-demm u l-prodotti tad-demm ġejjin minn annimali mhux intiżi għall-konsun tan-nies;

Billi aktar regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti dwar il-kategoriji varji tal-prodotti tad-demm ġejjin mill-annimali;

Billi, għal raġunijiet ta' ċarezza, il-Kapitolu 7 ta' l-Anness tad-Direttiva 92/118/KEE għandu jkun miktub mill-ġdid;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu 7 ta' l-Anness tad-Direttiva 92/118/KEE huwa mibdul bl-Anness t'hawnhekk.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mill-1 ta' Lulju 1996.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-21 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.

[2] ĠU L 129, tat-30.5.1996, pġ. 35.

--------------------------------------------------

ANNESS

"KAPITOLU 7

Demm u prodotti tad-demm ta' l-ammimali tal-fart u t-tjur

(bl-eċċezzjoni tas-serum mir-razza taż-żwiemel)

I. Demm frisk u prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman

A. Kummerċ

1. Il-kummerċ f'demm frisk ta' l-ammimali tal-fart u tat-tjur intiż għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ fil-laħam frisk bi qbil mad-Direttivi tal-Kunsill 72/461/KEE [1], 91/494/KEE [2] jew 91/495/KEE [3].

2. Il-kummerċ fi prodotti tad-demm intiżi għall-konsum uman huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' din id-Direttiva.

B. Importazzjoni

1. L-importazzjoni ta' demm frisk ta' l-annimali domestiċi tal-fart intiżi għall-konsum uman hija pprojbita permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE [4].

L-importazzjonijiet ta' demm frisk ta' tjur domestiċi intiżi għall-konsum uman huma suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Direttiva 91/494/KEE.

L-importazzjoni ta' demm frisk ta' tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet intiż għall-konsum uman hija suġġetta għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fil-Kapitolu 11 ta' dan l-Anness.

2. L-importazzjonijiet tal-prodotti tad-demm għall-konsum uman, inklużi dawk li hemm referenza dwarhom fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [5], huma suġġetti għal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jgħoddu għall-prodotti tal-laħam permezz tad-Direttiva 72/462/KEE u ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-prodotti pproċessati tal-proteini ta' l-annimali bbażati fuq id-demm kif hemm referenza dwarhom fil-Kapitlu 6 ta' dan l-Anness.

II. Demm frisk u prodotti tad-demm mhux maħsuba għall-konsum tan-nies

A. Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan il-punt, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli:

demm - id-demm sħiħ definit bħala "materjal ta' riskju baxx" fl-ambitu tas-sinifikat tad-Direttiva 90/667/KEE;

prodotti tad-demm - frazzjonijiet tad-demm li seta' sarlu trattament apparti minn dak li hemm provvediment dwaru fid-Direttiva 90/667/KEE,

jew

- id-demm li jkun għadda minn trattament apparti minn dak li hemm provvediment dwaru fid-Direttiva 90/667/KEE;

prodotti użati għad-dianjosi in vitro - prodott ippakkjat, lest għall-użu mill-utenti, li jkun fih prodott tad-demm, u użat bħala reaġent, prodott reaġenti, kalibratur, tagħmira jew xi sistema oħra, sewwa jekk użata waħedha u wkoll b'tagħqid, maħsuba biex tintuża in vitro biex jiġu eżaminati kampjuni ta' l-oriġini umana jew ta' l-annimali, bl-eċċezzjoni ta' l-organi tad-demm mogħtija jew demm, biss jew prinċipalment bl-għan għad-dianjosi ta' stat fiżjoloġiku, stat ta' saħħa, mard jew anormalita ġentika jew biex jistabbilixxi sigurtà u kompatibbiltà mar-reaġenti;

reaġent tal-laboratorju - prodott ippakkjat, lest għall-użu mill-utenti, li fih prodott tad-demm, u intiż għall-użu tal-laboratorju bħala reaġent jew prodott reaġenti, sewwa jekk użat waħdu jew f'tagħqid;

trattament sħiħ - trattament tas-sħana f'temperatura ta' 65 °C għal mill-anqas tliet sigħat, segwit b'test ta' l-effiċjenza,

jew

- irradjazzjoni f' 2,5 mega-rads jew b'raġġi gamma, segwit b'verifikar ta' l-effiċjenza,

jew

- tibdil fil-pH għal pH 5 għal sagħtejn, segwit b'verifikar ta' l-effiċjenza,

jew

- it-trattament li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu 4 ta' dan l-Anness,

jew

- xi trattament jew proċess ieħor stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

B. Kummerċ

Il-kummerċ fi prodotti tad-demm huwa suġġett għall-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva u l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 90/667/KEE.

Ċ. Importazzjoni.

1. L-importazzjoni tad-demm hija suġġetta għall-kondizzjonijet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fil-Kapitolu 10 ta' dan l-Anness.

2. (a) L-importazzjoni tal-prodotti tad-demm huma awtorizzati kemm-il darba kull kunsinna jkollha magħha ċertifikat, li l-għamla tiegħu għandha tkun iffissata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, li jiċċertifika li:

- l-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiz terz li fih l-ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma jkun ġie rrekordjat fl-aħħar 24 xahar u l-ebda każ ta' stamatite vesikulari, il-mard vesikulari tal-majjali, ir-rinderpest, il-peste des petits ruminants, id-deni tar-Rift Valley, il-marda ta' l-ilsien kaħlani, id-deni Afrikan taż-żwiemel, id-deni klassiku tal-majjal, id-deni Afrikan tal-majjal, il-marda Newcastle jew l-influwenza ta' l-għasafar ma ġie rrekordjat għal 12-il xahar fl-ispeċi suxxettibbli u li fihom ma tkunx saret tilqima kontra dawn il-mardiet għal mill-anqas dawn l-aħħar 12-il xahar. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jista' jsir bi qbil ma' l-ispeċi ta' l-annimal li minnu l-prodotti tad-demm ikunu meħuda,

jew

- fil-każ ta' prodotti tad-demm meħuda minn annimali tal-fart, li jkunu joriġinaw minn żona ta' pajjiż terz li jwettaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel inċiż li minnhom l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart, il-laħam frisk tagħhom jew l-isperma tagħhom huma awtorizzati permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Id-demm li minnu prodotti simili huma mmanifatturati għandu jkun minn annimali tal-fart minn dik iż-żona tal-pajjiż terz u ried li kien ġie miġbur:

- f'biċċeriji approvati bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità,

jew

- f'biċċeriji approvati u taħt is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-indirizz u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' biċċeriji bħal dawn,

jew

- fil-każ ta' prodotti tad-demm akkwistat minn annimali tal-fart, li jkunu għaddew minn trattament sħiħ li jiggarantixxi l-assenza ta' patoġeni tal-mard ta' l-annimali tal-fart li hemm referenza dwaru fl-ewwel inċiż,

jew

- fil-każ ta' prodotti tad-demm akkwistati minn annimali tal-fart, li jkunu jaderixxu għal kollox mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitlu 10 ta' dan l-Anness. F'dawn il-każi, l-ippakkjar ma jistax jinfetaħ matul il-ħażna u l-impriża ta' l-ipproċessar għandha twettaq it-trattament sħiħ tal-prodotti konċernati.

(b) Il-kondizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-importazzjoni ta' prodotti għall-użu ta' dianjosi in vitro u r-reaġenti tal-laboraorju għandhom ikunu stabbiliti, meta meħtieġ, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

III. Disposizzjonijiet ġenerali

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati, meta meħtieġ, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18."

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24.

[2] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 35.

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 41.

[4] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28.

[5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.

--------------------------------------------------