31996D0350



Official Journal L 135 , 06/06/1996 P. 0032 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-24 ta' Mejju 1996

li taddatta l-Annessi IIA u IIB tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(96/350/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [1], kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 17 tagħha,

Billi d-dispożizzjoni msemmija hawn fuq tippermetti lill-Kummissjoni tadatta l-Anness IIA u IIB mad-Direttiva 75/442/KEE;

Billi l-Kummissjoni hija megħjuna f'din il-biċċa xogħol mill-Kumitat, kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE;

Billi l-miżuri previsti b'din id-Deċiżjoni huma b' mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi hawn fuq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Annessi IIA u IIB mad-Direttiva 75/442/KEE huma mibdula bl-Annessi IIA u IIB mad-Deċiżjoni preżenti.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Mejju 1996.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 47.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IIA

XOGĦLIJIET TA’ RIMI TA’ L-ISKART

NB:

Dan l-Anness huwa maħsub li jelenka f'lista x-xogħlijiet kif jiġru fil-prattika. B'mod konformi ma’ l-Artikolu 4 l-iskart irid jintrema mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr l-użu tal-proċessi jew tal-metodi li x'aktarx jagħmlu ħsara lill-ambjent.

D 1 Id-depożitu taħt l-art jew fuqha (p.e. radamijiet, eċċ)

D 2 It-trattament ta' l-art (p.e. il-bijo-degradazzjoni ta' rimi likwidu jew ta' tajn oħxon fil-ħamrija, eċċ.)

D 3 L-injezzjoni fil-fond (p.e. it-tidħil ta' rimi bil-pompi fi bjar, munzelli tal-melħ jew repożitorji li jokkorru min-natura, eċċ.)

D 4 Il-konfiska tal-wiċċ ta' l-art (p.e. tqegħid ta' rimi likwidu jew ta' tajn oħxon fil-ħofor, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D 5 Ir-radamijiet disinjati u wżati b'inġinerija speċifika għal dan ix-xogħol (p.e. it-tqegħid fi ġwiebi miksija u separati minn xulxin li jkunu mgħottijin u iżolati minn xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 6 Ir-rilaxx f'korp ta' ilma għajr l-ibħra/oċjani

D 7 Ir-rilaxx fl-ibħra/oċejani inkluż it-tidħil taħt qiegħ il-baħar

D 8 It-trattament bijoloġiku speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mix-xogħlijiet numerati minn D 1 sa D 12

D 9 It-trattament fiżiko-kimiku speċifikat imkien iktar f'dan l-Anness li jirriżulta fil-komposti jew it-taħlitiet aħħarija li jintrmew permezz ta' kull wieħed mix-xogħlijiet numerati minn D 1 sa D 12 (p.e.. evaporazzjoni, tnixxif, kalċinazzjoni, eċċ.)

D 10 L-inċinerazzjoni fuq l-art

D 11 L-inċinerazzjoni fuq il-baħar

D 12 Ħażna permanenti (p.eż. tqegħid f'kontenituri f'minjiera, eċċ.)

D 13 It-twaħħil flimkien jew taħlit qabel ma jiġu sottomessi għal kull xogħol numerat minn D 1 sa D 12

D 14 L-ippakkjar mill-ġdid minn qabel is-sottomissjoni għal kull xogħol numerat minn D 1 sa D 13

D 15 Il-ħażna sakemm isir kull xogħol numerat minn D 1 sa D 14 (minbarra ħażna temporanja, sakemm isir il-ġbir, fuq il-lok fejn jiġi prodott)

--------------------------------------------------

L-ANNESS IIB

XOGĦLIJIET TA' RKUPRU

NB:

Dan l-Anness huwa maħsub li jelenka f'lista x-xogħlijiet kif jiġru fil-prattika. B'mod konformi ma' l-Artikolu 4 l-iskart irid jiġi rkuprat mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr l-użu ta' proċessi jew metodi li jkunu x'aktarx ta' ħsara għall-ambjent.

R 1 L-użu prinċipali bħala karburant jew mezzi oħra ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija

R 2 Ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventi

R 3 Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' sustanzi oganiċi li ma jintużawx bħala solventi (inklużi t-tisjir tad-demel u proċessi oħra ta' trasformazzjoni bijoloġika)

R 4 Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni tal-metalli u komposti tal-metalli

R 5 Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' materjali oħra inorganiċi

R 6 Il-ġenerazzjoni mill-ġdid ta' aċidi jew bażijiet

R 7 L-irkupru tal-komponenti wżati fit-taffija tat-tinġiżR 8 L-irkupru tal-komponenti mill-katalistijiet

R 9 Ir-raffinazzjoni mill-ġdid taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut

R 8 L-irkupru tal-komponenti mill-katalistijiet

R 10 It-trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-biedja jew għat-titjib ekoloġiku

R 11 L-użu ta' l-iskartijiet miksuba minn kull xogħol numerat minn R 1 sa R 10

R 12 L-iskambju ta' l-iskartijiet sabiex jiġu sottomessi għal kull xogħol numerat minn R 1 sa R 11

R 13 Il-ħażna ta' l-iskart sakemm isir kull xogħol numerat minn R 1 sa R 12 (minbarra ħażna temporanja, sakemm isir il-ġbir, fuq il-lok fejn ikun prodott)

--------------------------------------------------