31996D0279



Official Journal L 107 , 30/04/1996 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Frar 1996

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE

(test b’relevanza ŻEE)

(96/279/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 14, 15, 16,18 u l-Artikolu 19(i) u (ii) tagħha;

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/132/KEE [3], lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membi jawtorizzaw fost oħrajn l-importazzjoni ta’ l-animali tar-razza taż-żwiemel kienet ġiet stabbilita;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoin 92/160/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/536/KE [5] stabbiliet ir-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, għall-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel għall-qatla u għall-importazzjonii ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel irreġistrati u biex ikunu mgħammra u għall-produzzjoni huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/81/KE [7], 93/196/KEE [8] u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [9], it-tnejn kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 96/82/KE [10], u għal dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati wara l-esportazzjoni temporanja fid-Deċiżjoni 93/195/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/323/KE [12];

Billi bidliet fis-sitwazzjoni sanitarja ta’ pajjiżi terzi ġew meħuda b’konsiderazzjoni bl-emendi tad-Deċiżjonijiet imsemmija qabel; billi, b’dana kollu, xi drabi jidher li dawn l-emendi ma kinux kompleti u ommissjonijiet kienu magħmula, u li huwa neċessarju li tkun korretta din is-sitwazzjoni u jkunu emendati dawn id-Deċiżjonijiet b’mod xieraq;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Deċiżjoni 79/542/LEE huwa mħassar.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hi emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, l-lista ta’ pajjiżi fil-Grupp B hi ssostitwita bi:

"L-Awstralja, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnija Ħerżegovina, iċ-Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvija, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna";

2. fl-Anness I, il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp D hi ssostitwita bi:

"‘L-Arġentina, il-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil (1), iċ-Ċili, il-Kuba, il-Ġamajka, il-Messiku, il-Paragwaj, l-Urugwaj’;";

3. fl-Anness II t-titolu taċ-ċertifikat B hu ssostitwit bi:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Awstrajla, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnija Ħerżegovina, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvija, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, u l-Ukrajna għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata"

;

4. fl-Anness II it-tielet inċiż tal-paragrafu (d) tal-Kapitolu III taċ-ċertfikati A, B, Ċ, D u E hu ssostitwit bi:

"— L-Awstralja, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Kanada, il-Bożnija Ħerżegovina, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Groenlandja, Ħong Kong, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Iżlanda, il-Ġappun, il-Litwanja, il-Latvija, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja, il-Makaw, il-Malażja (peninżula), Singapor, is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.";

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hi emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp A hi ssostitwita bi:

"L-Isvizzera, l-Groenlandja, l-Iżlanda";

2. fl-Anness I, l-lista tal-pajjiżi fil-grupp B hi ssostitwita bi:

"L-Awstrajla, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnja Ħerżegovina, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna";

3. Fl-Anness II il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp A fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa hi ssostitwita bi:

"L-Isvizzera, il-Groenlandja, l-Islanda’;";

4. Fl-Anness II il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp B fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa hi ssostitwita bi:

"L-Awstrajla, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnja Ħerżegovina, Ċipru, r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna";

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 93/196/KEE hi emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, il-lista tal-pajjiżi fin-nota 5 tal-qiegħ tal-paġna hi ssostitwita bi:

"L-Awstralja, il-Kanada, l-Isvizzera, il-Groenlandja, l-Islanda, n-Nova Żelanda u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika";

2. fl-Anness I, in-nota 3 tal-qiegħ tal-paġna, il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp A hi ssostitwita bi:

"L-Isvizzera, il-Groenlandja, l-Islanda";

3. fl-Anness I, in-nota 3 tal-qiegħ tal-paġna, l-lista tal-pajjiżi fil-Grupp B hi ssostitwita bi:

"L-Awstrajla, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnja Ħerżegovina, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja,i l-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna";

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hi emendata kif ġej:

1. fl-Anness I, il-lista tal-pajjiżi fil-Grupp A hi ssostitwita bi:

"L-Isvizzera, l-Groenlandja, l-Islanda";

2. fl-Anness I, il-lista tal-pajjiżi fil-grupp B hi ssostitwita bi:

"L-Awstrajla, l-Bulgarija, l-Belarus, il-Bożnja Ħerżegovina, Ċipru, r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Kroazja, l-Ungerija, l-Litwanja, l-Latvja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, n-Nova Żelanda, r-Rumanija, r-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna";

3. fl-Anness II, it-titolu taċ-ċertifikat A hu ssostitwit bi:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importazzjoni fit-territorju tal-Komunità ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel irreġistrati u dawk biex ikunu mgħammra u għall-produzzjoni mill-Isvizzera, il-Groenlandja u l-Islanda"

;

4. fl-Anness II, it-titolu taċ-ċertifikat B hu ssostitwit bi:

"ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importazzjoni fit-territorju tal-Komunità ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel irreġistrati u dawk biex ikunu magħmmra u għall-produzzjoni mill-Awstrajla, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Bożnja Ħerżegovina, Ċipru, ir-Reppublika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelanda, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), is-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, l-Ukrajna"

;

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-26 ta’ Frar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[3] ĠU L 30, tat-8.2.1996, p. 52

[4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[5] ĠU L 304, tas-16.12.1995, p. 49.

[6] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[7] ĠU L 19, tal-25.1.1996, p. 52.

[8] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7.

[9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[10] ĠU L 19, tal-25.1.1996, p. 56.

[11] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[12] ĠU L 190, tal-11.8.1995, p. 11.

--------------------------------------------------