31996D0223



Official Journal L 081 , 30/03/1996 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 1995

dwar l-applikazzjoni temporanja ta' ċerti ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u ċerti pajjiżi terzi dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili.

(96/223/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni nnegozjat ftehim bilaterali f'isem il-Komunità fil-forma ta' skambju ta' ittri biex jiġi emendat il-ftehim bilaterali eżistenti, arranġamenti u protokolli dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili ma' ċerti pajjiżi terzi biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikoli 75, 100 u 127 ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni annessi mat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-1994;

Billi dan il-ftehim bilaterali għandu jiġi applikat fuq bażi temporanja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tagħhom, bla ħsara għall-applikazzjoni temporanja reċiproka mill-pajjiżi sħab.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bilaterali fil-forma ta' skambju ta' ittri biex jiġi emendat il-ftehim bilaterali eżistenti, arranġamenti u protokolli dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili ma' ċerti pajjiżi terzi biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa, u l-pajjiżi terzi li huma mniżżlin fl-anness għal din id-deċiżjoni, fuq in-naħa l-oħra, għandu jiġi applikat fuq bażi temporanja mill-1 ta' Jannar 1995, sakemm jiġu' konklużi formalment, bla ħsara għall-applikazzjoni temporanja reċiproka mill-pajjiżi sħab.

Artikolu 2

It-testi tal-ftehim inizjalati huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TAL-PAJJIŻI

ALBANIJA

ARMENJA

AŻERBAJĠAN

ĠORĠJA

KAZAKHSTAN

IL-LATVJA

IL-MOLDOVA

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

L-ISLOVENJA

IT-TAJLANDJA

L-UZBEKISTAN

--------------------------------------------------