31996D0205



Official Journal L 069 , 19/03/1996 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Novembru 1995

dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' xi disposizzjonijiet tal-Ftehim Kwadru Interreġjonali ta' Koperazzjoni tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Grupp ta' Stati tiegħu fuq in-naħa l-oħra [1]

(96/205/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Komunità u s-suq komuni tan-Nofsinhar (Mercosur) aċċetta li jadotta l-proċeduri ta' l-applikazzjoni bikrija ta' ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim Kwadru Interreġjonali ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Grupp ta' Stati tiegħu fuq in-naħa l-oħra li jittrattaw il-Kummerċ bejn il-Gruppi u l-qafas ta' l-istituzzjoni għal din il-koperazzjoni;

Billi l-applikazzjoni proviżorja tad-disposizzjonijiet imsemmija ser tikkontribwixxu biex tgħin u tħeġġeġ relazzjonijiet aħjar bejn il Komunità u Mercosur, sakemm isir it-tmiem tal-proċeduri meħtieġa biex jitwaqqaf dan it-Trattat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-iskambju ta' ittri bejn il Komunità u Mercorsur li jipprovdi l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim Kwadru Interreġjonali ta' Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Grupp ta' Stati tiegħu fuq in-naħa l-oħra huwa approvat hawhhekk f'isem il-Komunità.

It-test ta' l-iskambju ta' l-ittri huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Komunità ġewwa l-korpi msejħa fl-Artikolu 27 u 29 tat-ittrattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Solana

[1] Il-Ftehim Kwadru Interreġjonali ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar u l-Grupp ta' Stati tiegħu fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat soġġett għal konklużjoni f'Madrid mill-15 sal-31 ta' Diċembru 1995.

--------------------------------------------------