31996D0161



Official Journal L 040 , 17/02/1996 P. 0010 - 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 Jannar 1996

dwar il-konklużjoni mill-Kumitat Ewropew tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

(96/161/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ffirmat fi Brussel fit-28 ta' Novembru 1994, huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, minn naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-2 ta' Ottubru 1995,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità għall-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, minn naħa l-oħra, flimkien mal-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

Dawn it-testi huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifiki msemmija fl-Artikolu 35 tal-Ftehim Interim f'isem il-Komunitajiet Ewropej [2].

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 1996.

F'isem il-Kunsill

Il-President

S. Agnelli

[1] ĠU C 339, tat-18.12.1995.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Proviżorju se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------