Official Journal L 329 , 30/12/1995 P. 0033 - 0034
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3073/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jistabilixxi l-kwalitá standard tar-ross IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 3(1) tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-prezz ta’ intervent għal ross fil-fosdqa għandu jikkorrispondi għal kwalità standard speċifika; billi dik il-kwalità hija stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1423/76 tal- 21 ta’ Ġunju 1976 li jistabilixxi l-kwalitajiet standard għal ross u ross imfarrak [2]; Billi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità, ix-xejriet fid-domanda għar-ross fis-suq tal-Komunità kif ukoll il-linji ta’ gwida segwiti fir-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq jagħmluha xierqa li tkun stabbilita mill- il-kwalità standard waqt li jingħata kont kemm tal-karatteristiċi tal-kwalità tal-produzzjoni tal-Komunità u kwalitajiet l-aktar rappresentattivi tar-ross importat; billi minn dawk il-fatturi kif ukoll mil-fatturi fir-riforma ta’ l-organizazzjoni komuni tas-suq joħroġ li ħtiġiet għandhom ikunu aktar stretti u s-sistema li għaliha jipprovdi r-Regolament imsemmi hawn fuq għandha tiġi sostitwita. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-kwalità standard ta’ ross fil-fosdqa li għalih hu ffissat il-prezz ta’ intervent għandha tkun imfissra kif segwit: (a) ross ta’ kwalità tajba u ġusta, mingħajr riħa; (b) kontenut ta’ umdità: 14 % fl-1996/97 u 13 % mill-1997/98 ‘l quddiem; (ċ) produzzjoni ta’ ross mitħun għal kollox 63 % skond il-piż f’qamħ sħiħ (b’tolleranza ta’ 3 % ta’ qamħ maqtugħ) li minnhom perċentwali skond il-piż tal-qamħ tar-ross mitħun għal kollox li ma jkunx ta’ kwalità mhux ħażina: | | 1996/1997 | 1997/1998 'il quddiem | - qamħ bajdani ta' ross fil-fosdqa (NM 100610) | | | - taħt il-kodiċi NM 10061027 | 2 % | 1,5 % | - taħt il-kodiċi NM ħlief għal | 2.5 % | 2 % | - qamħ irrigat bl-aħmar: | 1,00 % | | | - qamħ ittikjat | 0,50 % | | | - qamħ irrigat | 0,25 % | | | - qamħ safrani qamħ ta' kulur | 0,02 % | | | - l-għanbra | 0,05 % | | | L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tifsira ta’ qamħ li ma jkunx ta’ kwalità mhux ħażina għandu jkun kif muri fl-Anness. L-Artikolu 3 Ir-Regolament (KEE) Nru1423/76 hu b’dan imħassar. Kull referenza għar-Regolament (KEE) Nru 1423/76 għandha tittieħed bħala referenza għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1995. Għall-Kunsill Il-President L. Atienza Serna [1] Ara paġna 18 ta’ dan l-il-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 20. Regolament kif emendat birRegolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105). -------------------------------------------------- L-ANNESS TIFSIRA TA’ QAMĦ U QAMĦ IMFARRAK LI MA JKUNX TA’ KWALITà MHUX ĦAŻINA A. Qamħ sħiħ: qamħ li minnu parti mit-tarf biss ġiet imneħħija, irrispettivament mill-karatteristiċi prodotti f’kull fażi tat-tħin. B. Qamħ maqtugħ: qamħ li t-tarf kollu tiegħu ġie mneħħi. C. Qamħ imfarrak jew ross imfarrak: qamħ li minnu parti mill-volum ikbar mit-tarf ġie mneħħi. Qamħ imfarrak jinkludi: - qamħ imfarram fi bċejjeċ kbar (biċċiet ta’ qamħ ta’ tul mhux inqas minn nofs dak ta’ qamħa, iżda li ma’ jikkostitwix qamħa sħiħa), - qamħ imfarrak f’daqs medju (biċċiet ta’ qamħ ta’ daqs mhux inqas minn kwart tat-tul ta’ qamħa iżda li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ ‘qamħ miksur kbir’), - qamħ imfarrak irqieq (biċċiet ta’ qamħ inqas minn kwart tad-daqs ta’ qamħa iżda kbar wisq sabiex jgħaddu minn għarbiel b’toqob ta’ daqs 1,4 mm), - biċċiet (biċċiet żgħar jew frak ta’ qamħ li jistgħu jgħaddu minn għarbiel b’toqob ta’ daqs 1,4 mm); qamħ maqsum (biċċiet magħmula minn qasma fit-tul tal-qamħa) jaqgħu taħt din it-tifsira. D. Qamħ aħdar: qamħ li ma jkunx sar għal kollox. E. Qamħ li juri malformazzjoni naturali: malformazzjoni naturali tfisser malformazzjoni, kemm jekk tkun ta’ oriġini ereditarja u kemm jekk ma tkunx, kif imqabbla mal-karatteristiċi morfoloġiċi tipiċi tal-varjetà. F. Qamħ bajdani: qamħ li ta’ l-inqas tlett kwarti mill-wiċċ tiegħu jidher opak u bajdani. G. Qamħ bi strixxi ħomor: qamħ li juru strixxi fit-tul ħomor ta’ intensità u kulur li jvarja, minħabba l-fdalijiet mill-pericarp. H. Qamħ ittikkjat: qamħ li juri ċirku żgħir ċar ta’ kulur skur ta’ bejn wieħed u ieħor forma regolari; qamħ ittikkjat jinkludi wkoll dawk li juru strixxi fl-iswed fuq il-wiċċ biss; l-istrixxi u t-tikek m’għandhomx juru dawra safra jew skura. I. Qamħ imtabba’: qamħ li għadda, fuq erja żgħira tal-wiċċ tiegħu, bidla evidenti fil-kulur naturali tiegħu; it-tbajja jistgħu jkunu ta’ kuluri differenti (fl-iswed, fl-aħmar, fil-kannella); strixxi suwed ferm għandhom jitqiesu wkoll bħala tbajja. Jekk il-kulur tat-tbajja jkun immarkat biżżejjed (iswed, roża, aħmar fil-kannella) li għandu jkun jidher mal-ewwel u jekk l-erja tkun inqas minn nofs dik tal-qamħa oriġinali, il-qamħ għandu jitqies li jkun qamħ safrani. J. Qamħ safrani: qamħ safrani huwa dak li jkun għadda, kollu kemm hu jew parti minnu, ħief milli bit-tnixxif, bidla fil-kulur naturali tiegħu u li jkun ħa kulur fl-isfar lummija jew oranġju fl-isfar. K. Qamħ fl-għanbra: qamħ fl-għanbra huwa dak li jkungħadda, ħlief milli bit-tnixxif, bidla uniformi żgħira fil-kulur fuq il-wiċċ kollu; din il-bidla tbiddel il-kulur tal-qamħ għal għanbra-safrani ċar. --------------------------------------------------