31995R3068



Official Journal L 329 , 30/12/1995 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3068/95

tal-21 ta' Diċembru 1995

li jemenda Regolament (KEE) Nru 189/92 li jadotta dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' ċerti miżuri ta' kontroll adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Majjistral ta' l-Atlantiku

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 189/92 [3] adotta dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' ċerti miżuri ta' kontroll adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Majjistral ta' l-Atlantiku (NAFO);

Billi l-Komunità Ewropea u l-Kanada ftehmu fil-Ftehim fuq is-Sajd ta' l-20 ta' April ta' l-1995 li jintroduċu miżuri oħra ta' kontroll li għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd li jaħdmu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO;

Billi l-Kummssjoni tas-Sajd tan-NAFO adottat proposta fil-15 ta' Settembru ta' l-1995 biex temenda s-sistema ta' sejħa għal għajnuna;

Billi, skond l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni NAFO, il-proposta ser, fl-assenza ta' oġġezzjoni, issir miżura li torbot il-Partijiet Kontraenti sa mill-15 ta' Novembru ta' l-1995;

Billi l-iskema modifikata hija aċċettabbli għall-Komunità;

Billi huwa meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 189/92 jiġi emendat, sabiex il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ikunu obbligati jħarsu dawk il-miżuri ġodda,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 189/92 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Il-linja li ġejja għandha tiżdied mal-punti 1.1 u 1.4:

- "— Speċi (3 kodiċi Alfa) f'kilogrammi (magħmula l-eqreb 100 kilogramma). Il-kwantità totali ta' speċi li għaliha l-piż totali u sħiħ skond l-ispeċi huwa inqas minn tunnellata tista' tiġi rappurtata bil-kodiċi Alfa 3 "MZZ" (Ħut tal-baħar mhux speċifikat)."

2. It-test li ġej għandu jibdel is-sentenza li tikkorrispondi fid-daħla għal punt 1.4:

"Dawn ir-rapporti għandhom isiru għall-inqas sitt siegħat qabel il-ħruġ tal-bastiment miż-Żona Regolatorja u għandhom ikollhom fihom id-dettalji li ġejjin fl-ordni li ġej."

3. Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"1.5 Trasbord fiż-Żona Regolatorja. Dan ir-rapport għandu jsir 24 siegħa qabel u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin fl-ordni li ġej:

- Isem tal-bastiment,

- Sinjal ta' sejħa,

- Ittri u numri ta' identifikazzjoni mkabbra,

- Id-data, il-ħin u l-pożizzjoni ġeografika,

- Turija tal-kodiċi tal-messaġġ: "TRANS",

- Il-piż totali u sħiħ skond l-ispeċi (3 kodiċi Alfa) li għandu jiġi trasbordat f'kilogrammi (magħmul l-eqreb 100 kilogramma),

- L-isem tal-Kaptan.

1.6 Bastimenti mgħammra b'apparat li bih ikunu jistgħu jkollhom trasmissjoni awtomatika tal-pożizzjoni tagħhom huma eżenti mir-rekwiżiti ta' sejħa għal għajnuna mniżżla 1.2 u 1.3."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

[1] ĠU C 200, ta' l-4.8.1995, p. 16.

[2] L-Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Diċembru 1995 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 21, tat-30.1.1992, p. 4.

--------------------------------------------------