Official Journal L 320 , 30/12/1995 P. 0001 - 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3050/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jissospendi temporanjament id-drittijiet tat-Tariffi Doganali Komuni awtonomi fuq numru ta' prodotti maħsuba għall-kostruzzjoni, manutenzjoni u tiswija ta' l-ajruplani IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-produzzjoni fil-Komunità tal-prodotti msemmija f'dan ir-Regolament fil-preżent mhix adegwata jew hija ineżistenti u l-produtturi huma għaldaqstant inkapaċi li jlaħħqu mal-ħtiġiet ta' l-industriji utenti fil-Komunità; Billi huwa fl-interess tal-Komunità li jiġu sospiżi kompletament id-drittijiet tat-Tariffi Doganali Komuni għal dawn il-prodotti; Billi d-deċiżjoni għas-sospensjoni ta' dawn id-drittijiet awtonomi għandha tittieħed mill-Komunità; Billi r-regolamenti li jissospendu temporanjament id-dazji awtonomi fuq l-ajruplani ma ġewx modifikati fis-sustanza matul dawn l-aħħar snin; billi, minħabba dan il-fatt, fi sforz sabiex jiġi razzjonalizzat id-dħul fis-seħħ tal-miżuri in kwistjoni, jidher xieraq li l-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament ma jkunx limitat, peress li jekk ikun hemm bżonn modifiki għall-applikazzjoni tiegħu jistgħu isiru mill-Kunsill permezz ta' regolament; Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jemendaw in-nomenklatura magħquda u l-Kodiċi Taric ma jinvolvux tibdiliet sustanzjali; billi, fl-interess tas-simplifikazzjoni, għandhom isiru dispożizzjonijiet li jagħtu poter lill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li tagħmel l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi li jkun hemm bżonn għal dan ir-Regolament, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-drittijiet awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għall-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu sospiżi totalment fejn, dment li l-prodotti msemmija huma maħsuba għall-kostruzzjoni, manutenzjoni u tiswija ta' ajruplani ta' piż (meta jkunu vojta) li jeċċedi 2000 kilogramma. Il-kontroll ta' użu aħħari isir, konformement ma' l-Artikoli 291 sa 304 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1]. Artikolu 2 Aġġustamenti tekniċi li huma meħtieġa minħabba tibdiliet fin-nomenklatura konġunta tal-Kodiċi Taric għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 247 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [2]. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu ser jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'perjodu ta' żmien li jistabbilixxi l-president skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat tal-KE fil-każ ta' Deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond kif stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li japplikaw b'mod immedjat. Madanakolu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddiferixxi t-tħaddim tal-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għal perjodu ta' tliet xhur mid-data ta' din il-komunikazzjoni. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta' ħin imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel. 3. Il-komitat jista' jeżamina kull mistoqsija dwar l-applikozzjoni ta' dam ir-Regolament li tiġi mqajjma mill-president sew minn jeddu kif ukoll wara talba ta' Stat Membru. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1995. Għall-Kunsill Il-President L. Atienza Serna [1] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1762/95 (ĠU L 171, tal-21.7.1995, p. 8). [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta’ l-Att ta’ Sħubija ta’ l-1994. -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-kodiċi HS | Il-kodiċi NM | Deskrizzjoni | 3813 | Preparazzjonijiet u mili ta' l-estinturi tan-nar; estinturi tan-nar mimlija: | ex38130000 | Preparazzjonijiet u mili ta' l-estinturi tan-nar ta' l-intestatura Nru 8424 | 3819 | Fluwidi idrawliċi tal-brejkijiet u likwidi oħra preparati għat-trasmissjoni idrawlika, li jkollhom jew ma jkollhomx inqas minn 70 % ta' piż ta' żjut mhux raffinati jew żjut minn minerali bitumenużi: | ex38190000 | —Bbażati fuq ester tas-silika jew tal-fosforu | 3901 | Polymei ta' l-etilene, fil-forom primarji: | ex39013000 | —Kopolimeri ta' l-aċetat ta' l-Ethylene-vinyl, għall-mili tal-kavitajiet | ex39019000 | —Oħrajn, għall-mili tal-kavitajiet | 3902 | Polimeri tal-propilene jew olefini oħra, fil-forom primarji: | ex39023000 | —Kopolimeri tal-propilene, għall-mili tal-kavitajiet | ex39029000 | —Oħrajn għall-mili tal-kavitajiet | 3904 | Polimeri tal-klorat tal-vinilju jew olefini ħaloġenati oħra, fil-forom primarji: | ex39041000 | —Klorat tal-polivinilju, mhux imħallat ma' ebda sustanza oħra, fi frak | ex39042100 | —Klorat tal-polivinilju ieħor, mhux plastiċizzat, fi frak | ex39042200 | —Klorat tal-polivinilju ieħor, plastiċizzat, fi frak | ex39044000 | —Kopolimeri tal-klorat tal-vinilju oħra, għall-mili tal-kavitajiet | ex39045000 | —Kopolimeri tal-klorat tal-vinilju, għall-mili tal-kavitajiet | ex39046900 | —Floropolimeri oħra, għall-mili tal-kavitajiet | ex39049000 | —Oħrajn għall-mili tal-kavitajiet | 3905 | Polimeri tal-vinilju aċetat jew ta' ester tal-vinilju oħra, fil-forom primarji; polimeri tal-vinilju oħra fil-forom primarji: | ex39051900 | —Kopolimeri tal-vinilju aċetat, għall-mili tal-kavitajiet | ex39052900ex39059100ex39059900 | —Oħrajn għall-mili tal-kavitajiet | 3911 | Resina taż-żejt mhux raffinat, resini coumarone-indene, politerpeni, polisolfati, polisufoni u prodotti speċifiċkati fin-nota 3 ta' dan il-kapitolu, mhux inklużi u speċifikati f'postijiet oħrajn, fil-forom primarji: | ex39111000 | —Resini taż-żejt mhux raffinat, coumarone, l-indene jew resini coumarone-indene u l-politerpeni, għall-mili tal-kavitajiet | ex39119090 | —Oħrajn għall-mili tal-kavitajiet | 3916 | Monofilamenti li tagħhom kull dimensjoni minn naħa sa oħra taqbeż 1 mm, vireg, bsaten u forom ta' profil sew jekk maħdumin fil-wiċċ u sew jekk le iżda mhux maħdumin mod ieħor, tal-plastika: | 39161000 | —Ta' polimeri jew l-etilene | 39162010 | —Ta' klorur tal-polimeri | 39162090 | —Ta' polimeri oħra tal-klorur tal-vinilju | 39169051 | —Ta' polimeri tal-propilene | 39169059 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazzjoni adizzjonali oħra | 3917 | Tubi, pajpijiet u manki, u mezzi għalhekk (per eżempju konġunti, minkbejn u ħnieġ), jew plastika: | Tubi, pajpijiet u manki, riġidi: | Ta' polimeri ta' l-etilene: | 39172110 | —F'biċċa waħda u ta' tul li jaqbeż id-daqs massimu minn naħa sa oħra, kemm jekk maħdum fil-wiċċ u sew jekk le, iżda mhux maħdum b'xi mod ieħor | 39172199 | —Oħrajn | Ta' polimeri tal-propilene: | 39172210 | —F'biċċa waħda u ta' tul li jaqbeż id-daqs massimu minn naħa sa oħra, kemm jekk maħdum fil-wiċċ u sew jekk le, iżda mhux maħdum mod ieħor | 39172299 | —Oħrajn | Ta' polimeri tal-klorur tal-vinilju: | 39172310 | —F'biċċa waħda u ta' tul li jaqbeż id-daqs massimu minn naħa sa oħra, kemm jekk maħdum fil-wiċċ u sew jekk le, iżda mhux maħdum mod ieħor | 39172399 | ——Oħrajn | Ta' prodotti tal-polimerizzazjoni addizzjonali: | 39172915 | —F'biċċa waħda u ta' tul li jaqbeż id-daqs massimu minn naħa sa oħra, kemm jekk maħdum fil-wiċċ u sew jekk le, iżda mhux maħdum mod ieħor | 39172999 | —Oħrajn | Tubi flessibbli, pajpijiet u manki: | 39173190 | —Oħrajn | 39173231 | —Ta' polimeri ta' l-etilene | 39173235 | —Ta' polimeri tal-klorur tal-vinilju | 39173239 | —Ta' prodotti tal-polimerizzazzjoni addizzjonali oħra | 39173915 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazzjoni addizzjonali | 3918 | Il-kodiċi kollha | Koperturi ta' l-art tal-plastik, f'rombli jew fil-forma maduma; ħajt jew saqaf b'koperturi tal-plastik, kif imfisser fin-nota 9 ta' dan il-kapitolu | 3919 | Pjanċi, folji, tertuqa, foil, biċċiet tat-tape u forom ċatti oħra, ta' plastik sew jekk f'rombli u sew jekk le: | F'rombli ta' ħxuna ta' mhux aktar minn 20ċm: | 39191061 | —Ta' klorur tal-polivinilju plastiċizzat jew tal-poletilene | 39191069 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazzjoni addizzjoanli oħra | Oħrajn: | 39199061 | —Ta' klorur tal-polivinilju plastiċizzat jew tal-poletilene | 39199069 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazzjoni adizzjonali oħra | 3920 | Pjanċi oħra, folji, tertuqa, foil, strixxi ta' tape tal-plastiċi, mhux ċellulari u mhux rinforzat, laminat, sostnut jew kombinat b'mod simili ma' materjali oħra: | Ta' polimeri ta' l-etilene: | Ta' ħxuna li ma taqbiżx 0,125 mm: | Ta' poletilene ta' gravità speċifika ta': | 39201022 | —Inqas minn 0,94: | 39201028 | —0,94 jew aktar | 39201040 | —Oħrajn | 39201080 | Ta' polimeri ta' l-etilene ta' ħxuna li taqbeż 0,125 mm | Ta' polimeri tal-propilene: | Ta' ħxuna li ma taqbiżx 0,10 mm: | 39202021 | —Orjentati skond żewġ assi | 39202029 | —Oħrajn | Ta' ħxuna li taqbeż 0,10 mm: | 39202090 | —Oħrajn | ex39203000 | —Ta' stirene akrilonitirile butadiene | Ta' polimeri tal-klorur tal-vinilju, riġidi: | 39204111 | —Mhux plastiċizzati, ta' ħxuna li ma taqbiżx 1 mm | 39204119 | —Mhux plastiċizzati, ta' ħxuna li taqbeż 1 mm | 39204191 | —Plastiċizzati, ta' ħxuna li ma taqbiżx 1 mm | 39204199 | —Plastiċizzati, ta' ħxuna li taqbeż 1 mm | Ta' polimeri tal-klorur tal-vinilju, flessibbli: | 39204211 | —Mhux plastiċizzati, ta' ħxuna li ma taqbiżx 1 mm | 39204219 | —Mhux plastiċizzati, ta' ħxuna ta' iżjed minn 1 mm | 39204291 | —Plastiċizzat, ta' ħxuna li ma taqbiżx 1 mm | 39204299 | —Plastiċizzat, ta' ħxuna li taqbeż 1 mm | Ta' forom ta' plastika oħra: | 39209100 | —Ta' bitiral tal-polivinilju | 39209950 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazjoni adizzjonali oħra | 3921 | Pjanċi, folji, tertuqa, foil, strixxi tat-tape ta' forom differenti ta' plastik: | Ċellulari: | ex39211100 | —Ta' stirene akrolintirili butadiene | 39211200 | —Ta' polimeri tal-klorur tal-vinilju | 39211990 | —Ta' forom ta' plastika oħra: | Mhux ċellulari: | 39219060 | —Ta' prodotti ta' polimerizzazzjoni adizzjonali oħra | 6815 | Oġġetti magħmula mill-ġebla jew minn sustanzi minerali oħra (inklużi fibri tal-karbonju, oġġetti tal-fibra tal-karbonju u artikli tal-peat), mhux speċifikat jew inkluż post ieħor: | ex68151090 | —Filtri, washers u artikli oħra magħmula mill-karbonju agglometat jew mill-grafit | 7019 | Fibri tal-ħġieġ (inkluż is-suf tal-ħġieġ) u l-oġġetti magħmulin minnhom (per eżempju ħajt ta' l-insiġ, il-materjal minsuġ): | ex70193100 | —Tapiti ta' kapaċità ta' assorbiment ta' l-umdità baxxa | ex70193200 | —Folji rqaq (voiles) ta' kapaċità ta' assorbiment ta' l-umdità baxxa | ex70193910 | —Tavli u prodotti simili mhux minsuġa ta' kapaċità ta'assorbiment ta' l-umdità baxxa, mgħottija bil-karti jew metall | ex70193990 | —Tavli oħrajn u prodotti simili mhux minsuġa ta' kapaċità ta' assorbiment ta' l-umdità baxxa, | 7304 | Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr konġunzjonijiet, tal-ħadid (minbarra l-ħadid fondut) jew azzar: | ex73043191ex73043991ex73044190ex73044991ex73045119ex73045191ex73045931ex73045939ex73045991ex73049090 | —Tubi u pajpijiet, lesti biex jitwaħħlu, li jistgħu jintużaw bħala kondotti idrawliċi jew bħala kondotti għaż-żejt karburanti jew għal-lubrikanti | 7306 | Tubi oħra, pajpijiet u profili vojta (per eżempju, b'konġunzjoni miftuħa jew iwweldjati, invitati jew magħluq b'mod simili), ta' ħadid jew azzar: | ex73063021ex73063029ex73063071ex73063078ex73064091ex73064099ex73065091ex73065099ex73066090ex73069000 | —Tubi u pajpijiet, lesti biex jitwaħħlu, li jistgħu jintużaw bħala kondotti idrawliċi għal żejt karburanti jew għal-lubrikanti | 7307 | Il-kodiċi kollha bl-eċċezzjoni ta'73071110 sa73071990 | Tubi jew aċċessorji għall-pajpijiet (per eżempju tastieri, manki, kmiem, jew ħadid (minbarra l-ħadid fondut) jew azzar | 7311 | Kontenituri għall-kompressjoni tal-gass likwifikat, tal-ħadid u l-azzar | ex73110010 | —Mingħajr konġunzjoni, tal-ħadid (minbarra l-ħadid fondut) jew azzar, ta' pressurizzazzjoni | 7318 | Ganċijiet, boltijiet, skorfini, viti coach, viti tal-hooks, rivets, cotters, cotter-pins, washers (li jinkludu spring washers) u artikli simili, għall-ħadid jew azzar: | Oġġetti bil-kamin: | 73181210 | —Viti ta' l-injam, ta' l-i stainless steel | 73181290 | —Viti ta' l-injam oħra | 73181300 | —Ganċijiet viti u viti anelli | 73181410 | —Viti self-tapping ta' l-i stainless steel | 73181491 | —Viti bil-kamin wiesa' | 73181499 | —Oħrajn | ex73181510ex73181530 | —Viti oħra u boltijiet, kemm dawk bl-iskorfini u l-washers tagħhom u kemm dawk mingħajrhom, minbarra l-boltijiet self-locking u skorfini (tat-tip "Hi-lok") | ex73181610 | —Skorfini, minbarra dawk self-locking (tat-tip "Hi-lok") | 73181900 | —Oħrajn | ex73182100 | Oġġetti mhux meħjuta | 7320 | Il-kodiċi kollha | Molol u folji għall-molol, tal-ħadid jew ta' l-azzar | 7325 | Oġġetti oħra magħmula mill-ħadid u l-azzar: | ex73259999 | —Għenuq, manki u apparat ieħor għall-iffissar, il-konġunzjonijiet, it-twaħħil b'morsa u tbegħid ta' l-oġġetti minn xulxin | —Apparat għall-ħażna tal-merkanzija u l-iffissar | —Blalen użati fis-sistemi ta' tagħbija tal-merkanzija | 7326 | Oġġetti oħra tal-ħadid u l-azzar: | ex73269091ex73269093ex73269095 | | ex73269097 | —Għenuq, manki u apparat ieħor għat-twaħħil, il-konġunzjoni, it-twaħħil b'morsa u t-begħid ta' l-oġġetti minn xulxin | —Apparat għall-ħażna tal-merkanzija u l-iffissar | —Blalen użati fis-sistemi ta' tagħbija tal-merkanzija | 7604 | Pjanċi ta' l-aluminjum, folji u strixxi. | ex76041090ex76042990 | —Profili li għandhom numru ta' manifattura speċifiku | ex76041090ex76042990 | —Profili ta' għamla konika għar-rinfurzar tat-tmun tal-ġnub | 7606 | Il-kodiċi kollha bl-eċċezzjoni ta'76061210 | Pjanċi ta' l-aluminjumm, folji u strixxi, ta' ħxuna li taqbeż 0,2 mm: | —Pjanċi li għandhom numru ta' manifattura speċifiku | 7608 | Tubi u pajpijiet ta' l-aluminjumm: | ex76081090ex76082030ex76082099 | —Tubi u pajpijiet, lesti biex jitwaħħlu, li jistgħu jintużaw bħala kondotti idrawliċi jew bħala kondotti għaż-żejt karburanti jew għal-lubrikanti | 7609 | 76090000 | Aċċessorji gћat-tubi u l-pajpijiet ta' l-aluminjumm (per eżempju, manki, minkbejn u kmiem) | 7613 | ex76130000 | Fliexken ta' l-aluminjum għall-infiħ tal-kaskati ta' l-emerġenza | 7616 | Oġġetti oħra magħmula mill-aluminjum: | ex76161000 | —Msiemer, taċċi, fiminelli (minbarra dawk tat-titolu Nru 8305), viti, boltijiet, skorfini, ganċijiet bil-vit, l-imsiemer irbattuti, il-cotter-pins, washers u oġġetti simili, minbarra l-boltijiet u skorfini self-locking (tat-tip "Hi-lok") | ex76169910ex76169990 | —Għenuq, manki u oġġetti oħra għall-iffisar, il-konġunzjonijiet it-twaħħil b'morsa u tbegħid ta' l-oġġetti minn xulxin | ex76169910ex76169990 | —Apparat ta' "Bdil malajr" għat-trasformazzjoni ta' l-ajruplan tal-passiġġieri għall-ajruplani tat-trasport tal-merkanzija u viċe versa | ex76169990 | —Pjanċi u folji ta' ħxuna varjata, miksuba permezz tal-laminazzjoni, ta' wisa' ta' 1200 mm jew aktar | 8108 | Titanju u oġġetti magħmula minnu, inkluż l-iskart u l-fdal tal-brix: | ex81089070 | —Tubi magħmula minn materjal irqiq, lesti għall-użu fis-sistemi ta' ventilazzjoni ta' l-arja kondizzjonata | ex81089090 | —Boltijiet, skorfini, viti, imsimier irbattuti u oġġetti simili li jikkonformaw ma' l-i standards ta' l-Istati Uniti, minbarra l-boltijiet u l-skorfini self-tapping (tat-tip "Hi-lok") | 8308 | Ganċijiet ta' l-għeluq, kwadri bil-ganċijiet ta' l-għeluq, ganċijiet ta' l-għeluq bil-bokkli, għajnejn tal-ganċijiet, għajnejn żgħar, u oġġetti simili, ta' bażi tal-metall, tat-tip użati għall-ħwejjeġ, żraben, tined, basktijiet, oġġetti ta' l-ivvjaġġar jew oġġetti oħra, l-imsimier irbattuti tubulari jew bifurkati, magħmula minn metall ta' valur baxx; żibeġ u antaċċoli magħmula minn metall ta' valur baxx: | 83082000 | —Tubulari ta' msiemer irbattuti bifurkati | 8418 | Refriġaturi, freezers u apparat ta' refriġerazzjoni jew friża oħra, elettriku jew mod ieħor, pompi tas-sħana minbarra l-apparat ta' l-arja kondizzjonata ta' l-intestatura Nru 8415: | 84189910 | —Jevapora u jikkondensa, minbarra dawk għar-refriġiraturi domestiċi | ex84189990 | —Partijiet ta' apparat ta' refriġerazzjoni addattati għas-sistema ta' l-arja kondizzjonata | 8421 | Ċentrifugi, inklużi in-nixxiefa ċentrifugi; il-makkinarju u l-apparat ta' tisfija u purifikazzjoni, għal-likwidi jew il-gassijiet: | 84219900 | —Partijiet mill-makkinarju jew apparat ta' tisfija jew purifikazzjoni, għall-likwidi jew għall-gassijiet: | 8424 | Apparat mekkaniku (sew jekk jaħdmu bis-sħana u sew jekk le) għall-proġettazzjoni, id-diffużjoni jew l-isprejjar ta' likwidi jew trab; għat-tifi tan-nar, kemm jekk charges; spray-guns u apparat simili; makni tal-fwar jew tas-sand-blasting u makni simili li jagħmlu użu mill-ġettijiet: | ex84249000 | —Partijiet tal-fire-extinguishers | 8431 | Partijiet tajbin biss għall-użu uniku jew prinċipali mal-magni ta' l-intestatura Nri 8425 sa 8430: | ex84311000 | —Partijiet ta' jacks | ex84313100ex84313990ex84314920ex84314980 | —Partijiet ta' apparat għall-iffissar permanenti fl-ajruplani u użati għat-tagħbija, il-ħatt u l-istivar tal-merkanzija | 8473 | Partijiet u aċċessorji (minbarra l-għotjien, kaxxi ta' trasport u ħwejjeġ simili) adatti għall-użu uniku jew prinċipali mal-makni ta' l-intestatura Nri 8469-8472: | ex84733010ex84733090 | —Partijiet b'aċċessorji għall-kompjuters ta' l intestatura Nru 8471 li jiffurmaw parti mill-istrumenti ta' navigazzjoni jew apparat tal-Kapitolu 90, użati esklussivament biex isiru l-kalkoli addattati għal strumenti jew apparat ta' dan it-tip | 8481 | Il-kodiċi kollha bl-eċċezzjoni ta' | Viti ta' l-ilma, valvoli u apparat simili għall-pajpijiet, oqsfa tal-boilers, tankijiet, btieti jew oġġetti simili, inklużi l-valvoli li jnaqqsu l-pressa u valvoli kontrollati termostatikament: | 8485 | Partijiet ta' makkinarju, li ma jkunx fih konnetturi elettriċi, insulaturi, coils, kuntatti jew karatteristiċi elettriċi oħra, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor f'dan il-kapitolu: | 84859010 | —Partijiet tal-makkinarji oħra | 8501 | Muturi elettriċi u ġeneraturi (minbarra s-settijiet ta' ġeneraturi): | 85011010 | —Muturi sinkroniċi ta' produzzjoni ta' mhux aktar minn 18 W | 850110918501109385011099ex85012090ex85013190ex85013390ex85014091ex85014099ex85015190ex850153928501539485015399 | —Muturi oħra ta' produzzjoni ta' 750 W jew anqas jew ta' produzzjoni li taqbeż il-150 kW | 8503 | Il-kodiċi kollha | Partijiet addattati għall-użu uniku jew prinċipali ma' magni ta' l-intestatura Nri 8501 jew 8502 | 8504 | Transformers elettriċi, konvertituri statiċi (per eżempju rettifikaturi) u indutturi | 850490118504901985049090 | —Partijiet ta' transformers, konvertituri statiċi u indutturi | 8505 | Il-Kodiċi kollha | Kalamiti elettriċi, kalamiti permanenti u artikli intenzjonati sabiex jinbidlu f'kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni; kalamiti elettriċi jew ċokki magħmula minn kalamiti permanenti, morsi u apparat ta' rbit simili, ganċijiet elettromanjetiċi; clutches u brejkijiet; apparat ta' rfigħ magħmul mill-kalamiti elettriċi | 8511 | Apparat ta' injezzjoni jew startjar bl-elettriku tat-tip użat għall-makni b'kombustjoni interna b'injezzjoni bi spark jew injezzjoni bil-kompressjoni (per eżempju, manjeti ta' injezzjoni, dinamos bil-manjeti, coils ta' injezzjoni, sparking plugs u glow plugs, muturi ta' l-istartjar); ġeneraturi (per eżempju, dinamos, alternaturi) u biċċiet tat-tip użat flimkien ma' makni ta' dan it-tip: | 85119000 | —Partijiet | 8516 | Heaters ta' l-ilma elettriċi istantanji jew ta' ħażna u l-heaters ta' l-immersjoni, apparat elettriku li jsaħħan l-ambjent u tat-tisħin tal-ħamrija, apparat elettrotermiku għall-parrukkiera (per eżempju, apparat li jnixxef ix-xagħar, apparat li jagħmel in-nokkli fix-xagħar, u apparat li jsaħħan ix-xagħar biex jifforma) apparat li jnixxef l-idejn; ħadid tal-mogħdija ta' l-elettriku; aċċessorji oħra electro-thermic użati għal għanijiet domestiċi; resisturi elettriċi tas-sħana, minbarra dawk tat-titolu Nru 8548: | ex85169000 | —Partijiet minn heaters għall-ajruplani u għall-uċuħ tal-ġwienaħ, immuntati fuq l-ajruplani bl-iskrejjen | 8518 | Mikrofoni u appoġġi għalihom, loudspeakers, sew jekk immuntati fuq ġewwa; headphones, earphones u setttijiet ta' mikrofoni/speakers konġunti; amplifikaturi elettriċi ta' l-awdjofrekwenza; settijiet ta' amplifikaturi tal-ħoss elettriċi: | 85189000 | —Partijiet | 8519 | Turntables (record-decks), record-players, casette-players u apparat ieħor li jirriproduċi l-ħoss, li ma jinkorporax apparat ta' rekordjar tal-ħoss | ex85199381ex85199389ex85199990 | —Riprodutturi tal-mużika u annunċaturi awtomatiċi | 8521 | Apparat tar-reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-video, sew jekk jinkorpora video tuner u sew jekk le: | ex85219000 | —Apparat li jirrekordja jew jirripproduċi l-video, minbarra dawk magħmula minn strixxi manjetiċi | 8522 | Partijiet u aċċessorji addattati għall-użu uniku jew prinċipali ma' l-apparat ta' l-intestatura 8519 sa 8521: | ex85229091ex85229098 | —Partijiet u aċċessorji ta' l-apparat ta' reġistrazzjoni tal-vuċi tal-cockpit | ex85229091ex85229098 | —Partijiet u aċċessorji għall-apparat ta' riproduzzjoni mużikali u annunċaturi awtomatiċi | 8528 | Apparat ta' riċezzjoni tat-televiżjoni, sew jekk jinkorpora riċevituri tat-trasmissjoni bir-radju jew apparat ta' reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-video, monitors tal-video u video projectors: | ex85283010 | —Video projector li jikkonsisti fi tliet tubi katodiċi, kull wieħed b'lenti | 8529 | Partijiet addattati għall-użu uniku jew prinċipali ma' apparat tat-titolu Nri 8525 sa 8528: | ex85299070ex85299081ex85299089 | —Oħrajn: | ta' trasmettituri riċevituri minbarra r-radju VHF, trasmettituri riċevituri ta' komunikazzjoni li jikkonformaw ma' l-istandard ARINC 566A, u sistemi ta' interkomunikazzjoni abbord li jikkonformaw ma l-i standard ARINC 306 jew 412 | ta' riċevituri minbarra l-apparat ta' xandir bir-radju jew televiżjoni u riċevituri għal apparat ta' telefonati selettivi (SELCAL) konformi ma' l-i standard ARINC 531 jew 596 | Oħrajn, minbarra riċevituri għas-sistemi ta' navigazzjoni bir-radju OMEGA skonformi ma' l-i standards ARINC 580 jew 599 | 8531 | | Apparat ta' ħoss elettroniku u sinjalar li jidher (per eżempju, qniepen, sireni, panelli t'indikazzjoni, alarms li juru nar u serq), iktar minn dawk tat-titolu Nru 8512 jew 8530: | 8531901085319090 | —Partijiet | 8532 | Il-kodiċi kollha | Capacitors elettriċi, imwaħħla, varjabbli u aġġustabbli (issettjati minn qabel) | 8533 | Il-Kodiċi kollha | Resistors elettriċi (inklużi ir-rheostats u l-potentimeters), minbarra r-resistors ta' tisħin | 8534 | Il-kodiċi kollha | Iċ-ċirkwiti stampati | 8535 | Il-kodiċi kollha | Apparat elettriku għas-switching jew il-protezzjoni taċ-ċirkwiti elettroniċi, jew sabiex isiru konnessjonijiet ma' jew ġewwa ċirkwiti elettroniċi (per eżempju, switches, fuses, kalamiti tas-sajjetti, limitaturi tal-vultaġġ, surge suppressors, plakek, kaxxi ta' konġunzjoni, għal vultaġġ li jaqbeż 1000 V | 8536 | Il-kodiċi kollha | Apparat elettriku ta' switching jew protezzjoni taċ-ċirkwiti elettriċi, jew biex isiru konnessjonijiet ma' jew ġewwa ċirkwiti elettriċi (per eżempju, switches, fuses, kalamiti tas-sajjetti, limitaturi tal-vultaġġ, surge suppressors, plakek, kaxxi ta' konġunzjoni), għall-vultaġġ li jaqbeż 1000 V | 8537 | Il-kodiċi kollha | Tavli, panelli, mensuli, bankijiet, kabinetti u bażijiet oħra, mgħammra bi tnejn jew aktar mill-apparat tat-titolu Nru 8535 jew 8536, għall-kontroll elettriku jew id-distribuzzjoni ta' l-elettriku, inklużi dawk li jinkorporaw l-istrumenti jew l-apparat tal-Kapitolu 90, u apparat ta' kontroll numeriku, minbarra l-apparat ta' switching ta' l-intestatura Nru 8517 | 8538 | Il-kodiċi kollha | Partijiet addattati għall-użu uniku jew prinċipali ma' l-apparat ta' l-intestatura Nri 8535 jew 8537 | 8539 | | Lampi bil-filament elettriku jew discharge lamps, inklużi l-lampi bir-raġġi mgħottija u ultravjoletti jew infra-red; arc-lamps | ex85392192ex85392198ex85392210ex85392290ex85392992ex85392998 | —Lampi tal-filament għad-dawl | ex85393110ex85393190ex85393290ex85393900 | —Discharge lamps u tubi għad-dawl, inklużi l-lampi u t-tubi doppji | 8540 | Kodiċi kollha | Valvoli u tubi termijoniċi, bil-katodu kiesaħ jew patokatodiċi (per eżempju, valvijiet u tubi mimlija bil-vacuum jew fwar jew gass, valvoli u tubi ta' retifikazzjoni bl-arkata tal-merkurju, tubi katoiċi, tubi tal-kamera tat-televiżjoni) | 8541 | | Diodi, transisturi u semikondutturi simili; apparat fotosensittiv semikonduttur, inklużi iċ-ċelloli fotovoltajiċi sew jekk assemblati f'moduli jew magħmula f'panelli u sew jekk le; diodi li jiġġeneraw id-dawl; kristalli piezo elettriċi mmuntati: | 85414091 | —Ċelloli solari sew jekk assemblati f'moduli jew magħmulin f'pannelli u sew jekk le | 85414093 | —Fotodiodi, fototransituri, photothyristors u fotokoppji | 85414099 | —Apparat ta' semikondituri sensittiv ieħor, minbarra d-diodi li jiġġeneraw id-dawl | 85416000 | —Kristalli piezo — elettriċi mmuntati | 8543 | | Makni u apparat elettriċi, li jkollhom funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f'dan il-kapitolu: | ex85438990 | —Indikaturi tal-pressa tal-makni | 8548 | | Skart u fdalijiet ta' ċellolli primarji, batteriji primarji akkumulaturi elettriċi; ċellolli primarji mitfija, batteriji primarji mitfija u akkumulaturi elettriċi mitfija; partijiet eletriċi ta' makkinarju jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f'dan il-kapitolu. | 85489000 | —Oħrajn | 9007 | | Cameras u projectors ċinematografiċi, kemm jew jinkorporaw apparat għar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew apparat ta' riproduzzjoni: | 90072000 | —Projectors | 90079200 | —Partijiet u aċċessorji għall-projectors | 9015 | | Stħarriġ (li jinkludi l-istħarriġ fotogrammetriku), strumenti u għodda idrografiċi, oċeanografiċi, idroloġiċi, meterjoloġiċi jew ġeofiżiċi, minbarra l-kumpassi; ir-rangefinders: | 90151010 | —Rangefinders elettroniċi | 90151090 | —Rangefinders oħra | ex90158011 | —Strumenti u apparat meterjoloġiku elettroniku | ex90158093 | —Strumenti u apparat meterjoloġiku mhux elettroniċi u rangefinders | ex90159000 | —Partijiet minn strumenti meterjoloġiċi u rangefinders | 9020 | | Apparat ieħor tan-nifs u maskli tal-gas, minbarra maskli protettivi li ma jkollhomx partijiet mekkaniċi u lanqas filtri li jinbidlu: | ex90200090 | —Partijiet ta' strumenti tan-nifs u maskli tal-gas | 9107 | | Switches tal-ħin, bl-arloġġ jew ċaqliq ta' l-arloġġ ta' l-idejn jew b'mutur sinkronuż: | ex91070000 | —Switches tal-ħin, b'arloġġ jew ċaqliq ta' arloġġ ta' l-idejn, użat fis-sistemi awtomatiċi | 9110 | | Movimenti ta' l-arloġġ jew arloġġ ta' l-idejn kompluti, mhux assemblati jew parzjalment assemblati (settijiet ta' movimenti); movimenti ta' l-arloġġ ta' l-idejn jew ta' l-arloġġ mhux kompluti, assemblati; movimenti ta' l-arloġġ jew ta' l-arloġġ ta' l-idejn goffi: | ex91101200ex91109000 | —Movimenti ta' l-arloġġ jew ta' l-arloġġ ta' l-idejn mhux kompluti, assemblati, użat fis-sistemi awtomatiċi | 9114 | Il-kodiċi kollha | Partijiet ta' l-arloġġi jew ta' l-arloġġi ta' l-idejn oħra | 9401 | | Siġġijiet (minbarra dawk ta' l-intestatura Nru 9402), sew jekk konvertibbli f'sodod u sew jekk le, u partijiet tagħhom: | ex94011090 | —Siġġijiet koperti bil-ġilda, iddisinjati apposta għall-ekwipaġġ | ex94019010 | —Partijiet ta' siggijiet iddisinjati apposta għall-ekwipaġġ | --------------------------------------------------