Official Journal L 262 , 01/11/1995 P. 0025 - 0026
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2564/95 tas-27 ta' Ottubru 1995 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti; Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet provduti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u ta' l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemija. Artikolu 2 Il-klassifikazzjoni tal-prodott Nru 2 fit-tabella annessa m'għandiex effett fuq l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1556/95 [4]. Artikolu 3 L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, fis-27 ta' Ottubru 1995. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] OJ No L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] OJ No L 167, tat-18.7.1995, p. 7. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 152, ta' l-1.7.1995, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.(Smart) card reader b'mikroproċessur f'kisja tal-plastik jew metall li jkollu fetħa għall-inseriment ta' l-ismart card, skrin tal-kristal likwidu u keyboard magħmula minn 10 keys numeriċi, erba' function keys, validation key, u key għall-korrezzjoniL-apparat jista' jinżamm fl-idejn, jitqiegħed fuq l-iskrivaniji, mwejjed jew kownters jew mqabbad mal-ħitan eċċ. Jista' jintuża waħdu jew bħala unità periferika għall-ipproċessar ta' data fl-oqsma tal-banek, kummerċ jew mediku, fil-kontroll ta' aċċess għall-vetturi, fil-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol eċċ kemm jekk mqabbad ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data jew le. | 84719980 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8471, 847199 u 84719980 | 2.CD-ROM drive għar-riproduzzjoni ta' ħsejjes, testijiet u xbihat, mingħajr il-housing tagħha, għall-inseriment f'unità ċentral tal-kompjuter, b'jack għall-earphones u buttuna għall-kontroll tal-volumDin id-drive CD-ROM tippermetti l-komputer li jopera, f'qafas multimedjali, CD-ROMs (għar-riproduzzjoni ta' testijiet, xbihat u ħsejjes), CDs audio u photo CDs | 85219000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, nota 5 (B) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8521 u 85219000 | 3.Sistema għar-riproduzzjoni ta' ħoss u xbiha fuq komputer (multimedjali) bil-komponenti li ġejjin, preżentati bħala sett mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut:CD-ROM drive b'jack għall-earphones u buttuna għall-kontroll tal-volum, sound card u b'lead għall-konnessjoni ta' l-audio li jista' jitqabbad mas-CD-ROM drive u mas-sound ca | 85219000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, nota 5 (B) tal-Kapitolu 84, Nota 6 tal-Kapitolu 85 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8521 u 85219000, 8524, 852490 u 85249091 Id-drive tas-CD-ROM tagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu. Skond in-nota 6 tal-Kapitolu 85, id-diskett għandha tkun klassifikata b'mod separat. | u- diskett ta' l-operazzjoni | 85249091 | 4.Tuner card għall-inseriment ġewwa magna ta' l-ipproċessar tad-data biex tippermetti r-riċezzjoni ta' xandir televiżivDin il-card elettronika tikkonsisti minn bord ta' ċirkuwitu stampat li jkollu diversi ċikuwiti integrati u komponenti elettroniċi oħra. Flimkien ma software xieraq u antenna, il-bord biċ-ċirkuitu jippermetti li l-magna ta' l-ipproċessar tad-data li tesegwixxi tiftix awtomatiku tal-kanali, jirċievi programmi u jirreġistra xbihat mxandra. | 85281091 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, nota 5 (B) tal-Kapitolu 84 u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 852810 u 85281091 | --------------------------------------------------