31995R2543



Official Journal L 260 , 31/10/1995 P. 0033 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2543/95

tat-30 ta’ Ottubru 1995

li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq ta’ żjut u xaħmijiet [1], kif emendat ta’ l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dan,

Billi r-Regolament Nru 136/66/KEE jipprovdi illi mill-1 ta’ Novembru 1995 l-esportazzjonijiet kollha għal liema jkunu mitlubin rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni se jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni b’fissazzjoni minn qabel tar-rifużjoni; billi, għalhekk, għandhom jitniżżlu regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa li għandhom b’mod partikolari jinkludu dispożizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandhom jidhru fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, biż-żieda ma’ dawk li jkunu jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta’ Novembru 1988 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u liċenzji ffissati minn qabel għall-prodotti ta’ l-agrikoltura [3], kif emendat ta’ l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2137/95 [4];

Billi, sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni kif suppost tas-sistema, ir-rata ta’ garanzija għal u t-tul tal-validità ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni taħt l-imsemmija sistema għandhom ikunu ffissati;

Billi l-Artikolu 3(9) tar-Regolament Nru 136/66/KEE jipprovdi illi l-konformità ma’ l-obbligazzjonijiet naxxenti minn ftehim konklużi matul l-Uruguay Round ta’ negozjati ta’ negozju multilaterali dwar il-volum ta’ l-esportazzjoni se jkunu assigurati fuq il-bażi ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni; billi, għalhekk, skeda dettaljata għal meta jsiru applikazzjonijiet u għall-ħruġ ta’ liċenzji għandha titniżżel;

Billi, barra minn dan, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu kkomunikati biss wara perijodu ta’ konsiderazzjoni; billi dan il-perijodu jkun jippermetti lill-Kummissjoni biex teżamina l-kwantitajiet applikati għal kif ukoll għall-infieq involut u, jekk ikun xieraq, li tieħu miżuri speċifiċi applikabbli b’mod partikolari lill-applikazzjonijiet li jkunu pendenti; billi huwa fl-interess tan-negozjanti li jippermettu li tiġi rtirata l-applikazjoni tal-liċenzja wara li l-koeffiċjenti ta’ aċċettazzjoni tiġi ffissata;

Billi, sabiex ikun assigurat stħarriġ eżatt tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tingħata deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi mniżżlin fir-Regolament (KEE) Nru 3719/88;

Billi l-Kummissjoni għandha tiddisponi minn informazzjoni preċiża dwar applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-użu ta’ liċenzji użati, sabiex tkun tista’ tiġġestixxi din is-sistema; billi, fl-interessi ta’ amministrazzjoni effiċjenti, in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom isiru skond mudell uniformi;

Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2041/75 tal-25 ta’ Lulju 1975 dwar ir-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema dwar il-liċenzji ta’ esportazzjoni u ċertifikati ffissati minn qabel għaż-żjut u xaħmijiet [5], kif emendat ta’ l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 557/91 [6], huma mibdulin mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1476/95 [7] u għalhekk għandhom jiġu mħassra;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaż-Żjut u Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Sa mill-1 ta’ Novembru 1995, l-esportazzjonijiet kollha ta’ prodotti fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għal liema talba għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni tkun mitluba se tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja fuq l-esportazzjoni bl-iffissar minn qabel tar-rifużjoni.

Artikolu 2

1. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni se jkunu validi mid-data tal-ħruġ, fi ħdan it-tifsir ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, sat-tmiem tat-tielet xahar wara dik id-data.

2. Applikazzjonijiet għal-liċenzji se jkollhom, fis-sezzjoni 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fis-sezzjoni 16, il-kodiċi tal-prodott bi 11-il figura tan-nomenklatura tal-prodott ta’ l-agrikoltura għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

3. Il-garanzija għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni se tkun EKU 12 għal kull 100 kilogrammi nett.

Artikolu 3

1. Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jistgħu jkunu ddepositati ma’ l-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sa’ l-Erbgħa ta’ kull ġimgħa.

Applikazzjonijiet ippreżentati nhar ta’ Ħamis jew nhar ta’ Ġimgħa se jkunu meqjusin li ġew ippreżentati fit-Tnejn ta’ wara.

2. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jinħarġu fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tal-ġimgħa wara l-perijodu rriferit fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda mill-miżuri partikolari rriferiti fil-paragrafu 4 jkunu minn dak in-nhar ttieħdu mill-Kummissjoni.

3. Fejn:

(a) il-ħruġ tal-liċenzji li jkunu ġew applikati jidher li x’aktarx jirriżulta fl-infiq kollu f’ qasir żmien ta’ l-ammonti ta’ l-estimi disponibbli jew fl-eżawriment tal-kwantitajiet totali għad-dispożizzjoni, billi jiġu kkunsidrati l-limiti mniżżlin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE u/jew l-infieq rilevanti matul il-perijodu li qiegħed jiġi kkunsidrat; jew

(b) il-ħruġ tal-liċenzji li jkunu ġew applikati ma jippermettix il-kontinwità ta’ esportazzjonijiet li jkunu ggarantiti matul il-bqija tas-sena ta’ negozju. F’tali każijiet, għandu jkun hemm kunsiderazzjoni, fir-rigward tal-prodott in kwistjoni, ta’:

- in-natura staġunali tan-negozju, is-sitwazzjoni fis-suq u b’mod partikolari ix-xejra fil-prezzijiet fis-suq u l-kundizzjonijiet ta’ l-esportazzjoni riżultanti minn dak,

- il-ħtieġa li jkun hemm prevenzjoni mill-applikazzjonijiet spekulattivi li jwasslu għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn in-negozjanti,

il-Kummissjoni tista’:

- tiffissa perċentwali wieħed li bih il-kwantitajiet li jkunu ġew applikati jkunu aċċettati,

- tirrifjuta l-applikazzjonijiet għal liema l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni ma jkunux għadhom ingħataw,

- tissospendi d-depożitu ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol. Sospensjoni għal perijodu itwal tista’ tkun deċiża skond il-proċedura pprovduta għalhekk fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE. F’dawn il-każijiet, applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-epsortazzjoni matul il-perijodu ta’ sospensjoni għandhom ikunu inammissibbli.

Dawn il-miżuri jistgħu jkunu aġġustati skond il-prodott.

4. Fejn il-kwantitajiet li jkunu applikati jiġu rriġettati jew imnaqqsin, il-garanzija għandha tkun irrilaxxata immedjatament għall-kwantitajiet kollha għal liema applikazzjoni ma kinetx sodisfatta.

5. Minkejja l-paragrafu 2, fejn perċentwali wieħed ta’ aċċettazzjoni inqas minn 80 % ikun iffissat, il-liċenzja se tinħareġ l-iżjed tard sal-11-il ġurnata tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-perċentwali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Matul l-10 ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tagħha, l-operatur jista’:

- jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f’liema każ il-garanzija tkun irrilaxxata immedjatament,

- jitlob immedjatament il-ħruġ tal-liċenzja, f’liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien imma mhux iktar kmieni mit-Tnejn wara d-depożitu ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja.

Artikolu 4

Il-kwantità esportata fi ħdan it-tolleranza rriferita fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandhiex tagħti l-jedd għall-ħlas tar-rifużjoni.

Fis-sezzjoni 22 tal-liċenzja, mill-inqas wieħed mis-segwenti għandu jkun indikat:

- Restitución válida por… toneladas (cantidad por la que se expida el attestat)

- Restitutionen omfatter… tons (den maengde, licensen vedroerer)

- Erstattung gueltig karburanti… Tonnen (Menge, karburanti welche die Lizenz ausgestellt wurde)

- Επιστροφή ισχύουσα για … τόυς (ποσότητα για την οποία έχει εκδοεί το πιστοποιητικό)

- Rifużjoni valida għal… tunnellati (kwantità għal liema tinħareġ il-liċenzja)

- Restitution valable pour… tunellati (quantité pour laquelle le attestat est délivré)

- Restituzione valida per… t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato)

- Restitutie geldig voor… ton (hoeveelheid waarvoor het attestat wordt afgegeven)

- Restituição válida para… toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o attestat)

- Tuki on voimassa… tonnille (maeaerae, jolle todistus on myoennetty)

- Ger raett till exportbidrag foer… ton (den kvantitet foer vilken licensen utfaerdats)..

Dan l-Artikolu se jkun japplika biss għal liċenzji għall-esportazzjoni tal-prodotti għal liema tkun pagabbli rifużjoni.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri se jikkomunikaw lill-Kummissjoni sas-2 p.m. kull nhar ta’ Ħamis l-iżjed tard, permezz tal-faksimile:

(a) applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni rriferiti fl-Artikolu 1 li ġew iddepożitati mit-Tnejn sa’ l-Erbgħa ta’ l-istess ġimgħa;

(b) l-kwantitajiet għal liema l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni nħarġu t-Tnejn ta’ qabel;

(ċ) l-kwantitajiet għal liema applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni ġew irtirati skond l-Artikolu 3(5) matul il-gimgħa ta’ qabel.

2. In-notifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 se tispeċifika:

- l-kwantità għal kull kwalità u tip ta’ imballeġġjar,

- l-analiżi statistika bid-destinazzjoni fil-każ fejn ir-rata ta’ rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni,

- ir-rata ta’ rifużjoni applikabbli,

- l-ammont totali ta’ rifużjoni f’EKU għal kull kategorija.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull xahar wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni l-kwantità mhux użata ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni.

4. In-notifikazzjonijiet kollha rriferiti fil-paragrafi 1 u 3, inklużi n-notifikazzjonijiet xejn se jsiru skond il-mudell imfassal fl-Anness.

Artikolu 6

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [8]u (KEE) Nru 3719/88 għandhom japplikaw ħlief fejn ikun ipprovdut mod ieħor għalhekk f’dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 2041/75 qiegħed iġi mħassar.

Għandu jibqa’ applikabbli, madankollu, għaċ-ċertifikati ta’ ffissar minn qabel maħruġin qabel l-1 ta’ Novembru 1995 skond dak ir-Regolament.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jkunu ġew applikati għal skond dan ir-Regolament sa mill-1 ta’ Novembru 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussels, it-30 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 172, 30.9, 1966 p. 3025/66

[2] ĠU L 349, 31.12, 1994 p. 105.

[3] ĠU L 331, tat-2.12, 1988 p. 1.

[4] ĠU L 214, tat-8.9, 1995 p. 21.

[5] ĠU L 213, tal-11.8, 1975 p. 1.

[6] ĠU L 62, tat-8.3, 1991 p. 23.

[7] ĠU L 145, tad-29.6, 1995 p. 35.

[8] ĠU L 351, ta' l-14.12, 1987 p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------