31995R2528



Official Journal L 258 , 28/10/1995 P. 0050 - 0051


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2528/95

ta’ 27 ta’ Ottubru 1995

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1423/95 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor għajr l-għasel iswed

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1989 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 14(2) u 15 (4) tiegħu,

Billi r-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1423/95 tat-23 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor għajr dak tal-għasel iswed [3] jistabbilixxi b’mod partikolari l-metodu li għandu jintuża biex ikun determinat il-kontenut taz-zokkor tal-kannamieli u l-kontenut ta’ materja niexfa użat għall-applikazzjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni; billi, sabiex sabiex ikunu ċċarati l-kliem użati fid-dispożizzjonijiet in kwistjoni, għandu jkun hemm referenza għall-prodotti għal liema dan il-metodu japplika; billi għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun speċifikat illi l-konverżjoni f’zokkor tal-kannamiela ekwivalenti għad-dazji applikabbli lill-ġulepp tal-inulina għandu jsir b’applikazzjoni tal-koefiċjenti 1,9 użat kemm biex jiffissa t-taxxi ta’ produzzjoni u r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u biex jiffissa, qabel l-1 ta’ Lulju 1995, it-taxxi fuq l-importazzjoni;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1423/95 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1) L-Artikolu 5(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Għall-prodotti rriferiti fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, il-kontenut taz-zokkor tal-kannamiela, inklużi zokkor ieħor imfisser bħala zokkor tal-kannamiela, għandu jkun stabilit bl-applikazzjoni tal-metodu tal-Lane and Eynon (metodu tar-riduzzjoni tar-ramm) lis-soluzzjoni invertita skond Clerget-Herzfeld. It-total tal-kontenut taz-zokkor hekk stabili għandu jkun imfisser bħala zokkor tal-kannamiela billi jkun immultiplikat b’0,95.

Minkejja s-subparagrafu preċedenti, il-kontenut taz-zokkor tal-kannamiela, inkluż zokkor ieħor imfisser bħala zokkor tal-kannamiela, ta’ prodotti li jkollhom inqas minn 85 % zokkor tal-kannamiela jew zokkor ieħor imfisser bħala zokkor tal-kannamiela għandu jkun stabilit billi jkun aċċertat il-kontenut tal-materja niexfa. Il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun stabilit skond il-gravità speċifika tas-soluzzjoni mnaqqsa f’proporzjoni ta’ 1 għal 1 bil-piż u, għall-prodotti solidi, bit-tnixxif. Il-kontenut tal-materja niexfa stabilit għandu jkun imfisser bħala zokkor tal-kannamiela billi jkun immultiplikat bil-koefiċjenti 1."

2) Fl-Artikolu 5, is-segwenti paragrafi 3 u 4 huma miżjudin:

"3. Għall-prodotti rriferiti fl-Artikolu 1(1)(f) u (g) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, il-kontenut tal-materja niexfa għandu jkun stabilit skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

4. Għall-prodotti rriferiti fl-Artikolu 1(1)(h) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, il-konverżjoni fl-ekwivalenti taz-zokkor tal-kannamiela għandu jsir bil-multiplikazzjoni tal-materja niexfa stabilita skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 bil-koefiċjenti 1,9."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981 p. 4.

[2] ĠU L 110, tas-17.5.1995 p. 1.

[3] ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995 p. 16

--------------------------------------------------