31995R2268



Official Journal L 231 , 28/09/1995 P. 0018 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95

tas-27 ta' Settembru 1995

dwar it-tieni lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previsti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-konroll tar-riskji f'sustanzi eżistenti, u partikolarment l-Artikoli 8 u 10 tiegħu, [1]

Billi r-Regolament (KEE) Nru 793/93 jaħseb għal sistema ta' evalwazzjoni u kontroll tar-riskji dwar sustanzi eżistenti u billi sabiex issir l-evalwazzjoni dwar ir-riskju ta' dawn is-sustanzi, huwa xieraq li jkunu identifikati is-sustanzi ta' prijorità li jeħtieġu attenzjoni;

Billi bħala konsegwenza, l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji lista ta' sustanzi ta' prijorità u billi l-Artikolu 8 jkompli jindika l-fatturi li għandhom jiġu kunsidrati fit-tħejjija tal-imsemmija lista;

Billi l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jipprevedi li għal kull sostanza fil-lista ta' prijorità, Stat Membru għandu jingħata r-responsabbiltà għall-evalwazzjoni tagħha u billi l-allokazzjoni ta' sustanzi għandha tassigura t-tqassim xieraq tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri;

Billi l-ewwel lista ta' prijorità ġiet adottata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94; [2]

Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Lista ta' Prijorità

1. It-tieni lista ta' sustanzi ta' qiegħda tiġi stabbilita bil-presenti u tinsab fl-Anness ta' dan it-Regolament.

2. Għal kull sostanza fuq il-lista ta' prijorità, l-Istat Membru li għandu jkun responsabbli għall-evalwazzjoni tagħha qiegħed jiġi nominat u huwa ndikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 27 ta' Settembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] Ġu Nru L 84, tal-5.4.1993, p. l.

[2] Ġu Nru L 131, tas-26.5.1994, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Numru Einecs | Nru SAK | Numru tas-Sustanza | Stat Membru |

201–963–1 | 90–04–0 | o -anisidine | A |

200–746–9 | 71–23–8 | propan-1-ol | D |

202–411–2 | 95–33–0 | N-cyclohexylbenzothiazole-2–sulphenamide | D |

202–905–8 | 100–97–0 | methenamine | D |

203–804–1 | 110–80–5 | 2-ethoxyethanol | D |

203–839–2 | 111–15–9 | 2-ethoxyethyl acetate | D |

204–118–5 | 115–96–8 | tris(2-chloroethyl) phosphate | D |

246–690–9 | 25167–70–8 | 2,4,4-trimethylpentene | D |

263–125–1 | 61790–33–8 | Amines, tallow alkyl | D |

203–625–9 | 108–88–3 | toluene | DK |

204–428–0 | 120–82–1 | 1,2,4-trichlorobenzene | DK |

200–663–8 | 67–66–3 | chloroform | F |

247–977–1 | 26761–40–0 | di-"isodecyl" phthalate | F |

249–079–5 | 28553–12–0 | di-"isodecyl" phthalate | F |

271–090–9 | 68515–48–0 | 1,2-Benzenedicarboxylic acid, di-C8–10-branched alkyl esters, C9-rich | F |

271–091–4 | 68515–49–1 | 1,2-Benzenedicarboxylic acid, di-C9–11-branched alkyl esters, C10-rich | F |

231–765–0 | 7722–84–1 | hydrogen peroxide | FIN |

200–871–9 | 75–45–6 | chlorodifluoromethane | I |

231–668–3 | 7681–52–9 | sodium hypochloric | I |

203–692–4 | 109–66–0 | pentane | NL |

201–058–1 | 77–78–1 | dimethyl sulphate | NL |

202–627–7 | 98–01–1 | 2-furaldehyde | NL |

204–661–8 | 123–91–1 | 1,4-dioxane | NL |

209–151–9 | 557–05–1 | zinc distcarate | NL |

215–222–5 | 1314–13–2 | zinc oxide | NL |

231–175–3 | 7440–66–6 | zinc | NL |

231–592–0 | 7646–85–7 | zinc chloride | NL |

231–793–3 | 7733–02–0 | zinc sulphate | NL |

231–944–3 | 7779–90–0 | trizine bis(orthophosphate) | NL |

204–211–0 | 117–81–7 | bis(2-ethylhexyl) phthalade | S |

247–148–4 | 25637–99–4 | hexabromocyclododecane | S |

200–879–2 | 75–56–9 | methyloxirane | UK |

201–800–4 | 88–12–0 | 1-vinyl-2-pyrrolidone | UK |

246–672–0 | 25154–52–3 | nonylphenol | UK |

251–084–2 | 32534–81–9 | diphenyl ether, pentabromo derivative | UK |

284–325–5 | 84852–15–3 | Phenol, 4-nonyl-, branched | UK |

--------------------------------------------------