31995R1963



Official Journal L 189 , 10/08/1995 P. 0022 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1963/95

tad-9 ta' Awissu 1995

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' tariffi ta' kwoti għal importazzjonijiet ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u l-importazzjonijiet ta' qamħirrum fil-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitàEwropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 1863/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 tas-26 ta' Lulju 1995 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' tariffi ta' kwoti għall-importazzjonijiet ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjonijiet ta' qamħirrum fil-Portugall [3], fih ir-regoli li jirregolaw l-amministrazzjoni ta' dawk l-importazzjonijiet; billi, madanakollu, m'hemm xejn f'dak ir-Regolament li jipprovdi għall-aġġustament tat-tnaqqis tad-dazju ta' importazzjoni mogħti skond proċedura ta' offerti skond ix-xahar ta' l-importazzjoni;

Billi, fil-każ tal-qamħirrum u s-sorgu, il-prezz ta' intervent jiġi aġġustat bejn Novembru u Mejju biex jieħu akkont taż-żidiet kull xahar, u fl-1 ta' Ottubru biex jieħu akkont tal-ħsad il-ġdid; billi, biex jiġi evitat tfixkil fis-suq, ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu jiġi emendat sabiex jintroduċi aġġustamenti fit-tnaqqis li jkun jikkorrispondu mal-aġġustamenti fil-prezz ta' l-intervent;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Cereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"Madanakollu, fil-każ ta' importazzjonijiet effetwati wara l-aħħar tax-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza ta' importazzjoni, jekk ix-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza jkun bejn Ottubru u Mejju inklużi l-ammont tat-tnaqqis mogħti għandu jiżdied b'ammont li jkun daqs id-differenza bejn il-prezz ta' intervent fis-seħħ fix-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza miżjud b' 55 % u l-prezz fis-seħħ fix-xahar li fih iċ-ċertifikat ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jkun aċċettat miżjud bl-istess perċentwali. Fil-każ ta' liċenzi maħruġa qabel l-1 ta' Ottubru u wżati minn dik id-data, l-ammont ta' tnaqqis mogħti għandu jitnaqqas b'ammont li jiġi kalkolat bl-istess mod."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-9 ta' Awissu 1995.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 1.

[3] ĠU L 177, tat-28.7.1995, p. 4.

--------------------------------------------------