31995R1839



Official Journal L 177 , 28/07/1995 P. 0004 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1839/95

tas-26 ta' Lulju 1995

dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qammħirrum u sorgu fi' Spanja u importazzjoni ta' qammħirrum fil-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 1664/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi, bl-arranġamenti magħmulin fl-Uruguay Round dwar negozjati fuq negozju multi-laterali, il-Komunità aċċettat, mis-sena tal-marketing 1995/96, illi tapplika kwoti ta' tariffi mnaqqsin għall-importazzjoni fil-Portugal ta' 500000 tunnellata ta' qamħirrum u għall-Spanja ta' zewġ miljun tunnellata ta' qamħirrum u 300000 tunnellata ta' sorgu rispettivament; billi, fil-każ ta' kwota ta' prodotti importati fi Spanja, l-kwantitajiet ta' ċerti sostituti tal-qamħa importati fi Spanja jridu jiġu mnaqqsa proporzjonalment għat-total ta' kwantitajiet importati; billi fil-każ ta' kwota miftuħa għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall, id-dazju ta' importazzjoni mħallas ma' jistax jaqbeż 50 ECU kull tunnellata;

Billi, sabiex tiżgura illi dawn il-kwoti jiġu applikati, trid issir dispożizzjoni għax-xiri dirett mis-suq globali jew applikazzjoni ta' sistema ta' riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni stabbilita skond ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1502/95 [3];

Billi l-assjem ta' vantaġġi mogħtija fl-arranġamenti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 715/91 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2484/94 [5], li japplika għall-prodotti mportati fil-Komunità ta' sorgu u qamħirrum li joriġinaw fl-Istati Afrikani, l-Karibbew u l-Paċifiku (ACP) jew fil-pajjiżi jew territorji barranin(OCT) u skond dan ir-Regolament huwa soġġett illi joħloq disturbi fis-suq ta' ċereali Spanjol; billi dik id-diffikultà tista' tingħeleb billi jiġi stabbilit tnaqqis speċjali tat-taxxa fuq il-qamħirrum u sorgu importati skond dan ir-Regolament;

Billi, f'każ ta' xiri dirett fis-suq globali, u bl-iskop illi tgħin sabiex l-attività titwettaq skond l-aħjar kundizzjonijiet u b'mod partikolari bl-inqas spejjez ta' xiri u trasport, trid tiġi organizzata sejħa għall-appalti għall-provediment u trasport għal-imħażen nominati mill-aġenzija li tintervjeni konċernata; billi trid issir disposizzjoniji għall-appalti illi jsiru għall-lottijiet individwali skond il-possibilitajiet ta' ħażna disponibbli f'ċerti lokalitajiet fl-Istati Membri konċernati u ppublikati fin-notifika tas-sejħa tal-appalt;

Billi jridu jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-organizazzjoni tas-sejħiet biex isiru l-appalti għar-riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni u għax-xiri dirett mis-suq globali, u l-kundizzjonijiet tal-għoti ta' offerti u t-tpoġġija u r-rilaxx ta' garanziji illi jiżguraw konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-persuna li ħadet l-appalt jridu jiġu ċarati;

Billi, bl-iskop ta' ekonomija soda u maniġjar finanzjarju ta' l-attivitajiet ta' xiri in-kwistjoni u b'mod partikolari biex ma' jkunx hemm riskji sproporzjonati u eċċessivi għall min jopera in vista ta' prezzijiet prevedibbli fis-swieq Spanjoli u Portugizi, trid issir dispożizzjoni sabiex jiġu impurtati fis-suq, b'rata ta' dazju mnaqqsa, ċereali illi ma' jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' kwalità msemmijin fis-sejħa ta' appalti; billi f'dak il-każ, madanakollu, it-tnaqqis fid-dazju ma' jistax ikun akbar mill-ammont l-aħħar stabbilit għar-riduzzjoni in-kwistjoni;

Billi trid issir disposizzjoniji biex tkopri l-attivitajiet li jinħolqu permezz ta' dan ir-Regolament skond mekkaniżmi msemmijin fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 dwar iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 [7], u bir- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta' Awissu 1978 dwar regoli ġenerali għall-iffinanzjar ta' intervenzjonijiet mill-Gwida Agrikola ta' l-Unjoni Ewropeja u Fond ta' Garanzija, Sezzjoni ta' Garanzija [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1571/93 [9];

Billi il-miżuri msemmijin f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Kwoti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għaċ-ċirkulazzjoni libera fi Spanja, ta' kwantità massima f'kull sena ta' suq ta' zewġ miljuni tunnellati ta' qamħirrum u 300000 tunellata ta' sorgu għandhom jinfetħu kull sena. Prodotti impurtati skond dawn il-kwoti għandhom jiġu effetwati kif imsemmi fl-Artikoli li ġejjin.

2. Kwota għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għaċ-ċirkulazzjoni libera fil-Portugall, ta' kwantità massima kull sena ta' suq ta' 500000 tunnelata ta' qamħirrum għandha tinfetaħ kull sena. Prodotti importati skond din il-kwota għandhom jiġu effetwati skond l-Artikoli li ġejjin.

3. F'każ ta' diffikultajiet tekniċi illi tinduna bihom il-Kummissjoni jista' jiġi iffissat perijodu ta' importazzjoni li jaqbeż dak il-limitu ta'żmien stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

Artikolu 2

1. Il-kwantitajiet għall-importazzjoni fi Spanja msemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom jitnaqqsu f'kull sena ta' marketing proporzjonalment għall-kwantitajiet ta' fdal ta' lamtu fabbrikat minn qamħirrum li huwa skond il-Kodiċi NM 23031019, it-tindif u l-lambikar ta' tartru u fdalijiet li huma skond il-Kodiċi NM 23033000 u fdalijiet ta' polpa ta' ċitru li huma skond il-Kodiċi NM 23089030 importati fi Spanja minn pajjiżi terzi fis-sena konċernata. Meta jidher fiċ-ċert illi l-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti mportati fi Spanja, mid-dokumenti illi jistabillixu l-pożizzjoni tagħhom fil-Komunità, mhumiex normali, għandha ttieħed l-azzjoni neċessarja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

2. Kull ċertu żmien, li għad irid jiġi stabbilit, il-Kummissjoni trid tniżżel fil-kalkoli:

- il-kwantitajiet ta' qamħirrum u sorgu mportati fi Spanja minn pajjiżi terzi,

- il-kwantitajiet ta' fdalijiet ta' lamtu fabbrikat minn qamħirrum, it-tindif u l-lambikar ta' tartru u fdalijiet ta' polpa ta' ċitru importati fi Spanja.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jagħtu regolarment lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja kollha.

Artikolu 3

1. Il-kwantitajiet ta' qamħirrum u sorgu msemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom jingħataw għall-ipproċessar jew użu fi Spanja.

2. Il-kwantitajiet ta' qamħirrum msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandhom jingħataw għall-ipproċessar jew użu fil-Portugall.

Artikolu 4

Prodotti mportati ser ikunu effettwati, bħala parti minn dawn il-kwoti u fil-limiti kwantitattivi msemmijin fl-Artikolu 1, fi Spanja u l-Portugall, billi tiġi applikata sistema ta' riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni jew b'xiri dirett fis-suq globali.

IL-KAPITOLU I

Importazzjoni bir-riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni

Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall, fil-limiti kwantitattivi msemmijin fl-Artikolu 1, għandha tiġi applikata riduzzjoni fid-dazju ta' importazzjoni stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru. 1502/95.

2. L-ammont ta' riduzzjoni għandu jkun iffissat b'rata fissa jew bi proċedura ta' appalti, fil-livell illi jippermeti, l-ewwel, illi jitnaqqsu disturbi fis-swieq Spanjoli u Portugizi bħala riżultat ta' importazzjoni f'dawk il-pajjiżi u, it-tieni, illi l-kwantitajiet msemmijin fl-Artikolu jiġu importati.

3. L-ammont tar-rata fissa ta' riduzzjoni u, jekk ir-riduzzjoni hi ffisata skond il-proċedura ta' sejħiet għall-offerti msemmija fl-Artikolu 7(1), l-ammont ta' l-aħħar riduzzjoni, għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

F'każ ta' importazzjoni fil-Portugall, l-ammont ta' riduzzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi ffissat b'tali mod illi d-dazju mħallas ma' jaqbiżx ECU 50 kull tunnellata.

Jista' jkun hemm differenza fit-tnaqqis ta' importazzjoni ta' qamħirrum u/jew sorgu skond ir-Regolament (KEE) Nru 715/90.

Id-dazju mħallas għandu jinbidel fil-munita nazzjonali billi tiġi applikata r-rata ta' konverżjoni li tapplika għal-valuta konċernata fil-jum meta tlestew il-formalitajiet ta' dwana fuq importazzjoni.

4. It-tnaqqis tad-dazju ta' importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat għall-importazzjoni fi Spanja ta' qamħirrum li huma skond il- Kodiċi NM 10059000 u sorgu li jhuwa skond Kodiċi NM 10070090 u importazzjoni fil-Portugal ta' qamħirrum li huwa skond il-Kodiċi NM 10059000, li huma koperti b'liċenzi maħruġin mill-awtoritajiet Spanjoli u Portugizi kif preskritti f'dan ir-Regolament u bil-kunsens tal-Kummissjoni. Dawn il-liċenzi għandhom ikunu validi fl-Istati Membri fejn ġew maħruġin biss.

Artikolu 6

1. Meta l-proċedura għas-sejħa ta' appalti tiġi organizzata għar-riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni, persuni interessati għandhom jirrispondu għas-sejħa ta' appalti jew billi jagħmlu offerta bil-miktub u jingħataw rikonoxximent ta' dan mill-aġenzija li tintervjeni Spanjola jew mill-amministrazzjoni ġenerali għan-negozju fil-Portugall jew billi jagħtuha lil din tal-aħħar b'ittra reġistrata, telex, telefax jew telegramma.

2. Appalti jridu jagħtu:

- r-riferenza tas-sejħa għall-appalt,

- l-isem u l-indirizz eżatt tal-persuna illi ser titfa' l-offerta, kif ukoll in-numru tat-telex jew telefax,

- in-natura u l-kwantità tal-prodott li ser jiġi mportat,

- l-ammont għall kull tunellata tar-riduzzjoni fid-dazju ta' importazzjoni f'ecus,

- il-post ta' l-oriġini taċ-ċereali li ser jiġu importati.

3. Is-sejħiet għall-appalti jrid ikollhom magħhom:

(a) xiehda illi l-persuna li aċċettat is-sejħa għall-offerta poġġiet garanzija ta' ECU 20 għall kull tunnellata; u

(b) il-persuna li aċċettat is-sejħa tidħol fl-obbligu bil-miktub illi, fiż-żmien jumejn min-notifika illi ntrebaħ il-kuntratt, hi ser tagħti lill-korp kompetenti konċernat applikazzjoni għall-liċenza ta'importazzjoni għall-kwantità li ntrebaħ, u li ser timporta mill-pajjiż ta' oriġini speċifikat fis-sejħa għall offerti.

4. Appalti jridu jsemmu pajjiż ta' oriġini wieħed biss; ma jistgħux jaqbżu il-kwantità massima disponibbli għall kull limitu ta' zmien ta' sejħiet għall-appalti.

5. Appalti li m‘humiex sottomessi skond il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 jew li għandhom kundizzjonijiet oħrajn barra dawk li huma stipulati fl-appalt mhux ser jiġu kunsidrati.

6. Appalti ma' jistgħux jiġu rtirati.

7. Appalti jridu jintbagħtu lil-Kummissjoni mill-korp kompetenti mhux aktar tard minn sagħtejn wara l-egħluq taż-żmien għat-tpoġġija ta' offerti kif speċifikat fis-sejħa għall-appalti. Iridu jingħataw fil-formula murija fl-L-Anness 1.

Meta ma jingħataw l-ebda offerti, l-Istati Membri konċernati jridu jinfurmaw lill-Kummisjoni fl-istess limitu ta' żmien.

Artikolu 7

1. A bażi ta' appalti mgħotija u mibgħuta skond proċedura ta' appalti għar-riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni l-Kummissjoni trid tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar- Regolament (KEE) Nru 1766/92:

- illi tiffissa r-rata ta' riduzzjoni ta' dazju ta' importazzjoni, jew ma' tkomplix il-proċedura ta' appalti,

- meta jiġi deċiż illi tiġi iffissata riduzzjoni massima ta' dazju ta' importazzjoni, kull offerta jew offerti

għall-ammont ekwivalenti għar- (jew) anqas mir-riduzzjoni massima, għandhom jiġu aċċettati. Madankollu, fejn ir-riduzzjoni massima fissata skond il-proċedura ta' appalti għal ġimgħa mogħtija twassal għall-aċċettazzjoni ta' kwantitajiet li jaqbżu il-kwantitajiet li jibqgħu għall-importazzjoni, l-persuna li tefgħet l-offerta illi taqbel mar-riduzzjoni massima aċċettata għandha tingħata kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn il-kwantitajiet li applikat għalihom fl-appalti l-oħrajn li ġew aċċettati u l-kwantità disponibbli. Meta r-riduzzjoni massima fissata taqbel ma' diversi offerti, l-kwantità li trid tingħata għandha tkun maqsuma bejn il-persuni li għamlu l-offerta skond il-kwantitajiet rispettivi li għalihom huma għamlu l-offerta.

2. L-awtoritajiet kompetenti fi Spanja jew il-Portugall iridu javżaw lil dawk li jitfgħu l-offerti kollha bil-miktub x'ġara mill-offerti tagħhom malli l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

1. Applikazzjonijiet għal-liċenza għandhom jingħataw f'formoli stampat u/jew magħmulin skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [10]. Meta rata fissa ta' riduzzjoni tiġi adottata mill-Kummissjoni, l-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fl-ewwel jumejn ta' xogħol ta' kull ġimgħa. Meta r-riduzzjoni fid-dazju tingħata skond proċedura ta' appalti, l-applikazzjonijiet iridu jintbgħatu, għal kwantità li intrebħet, fi żmien jumejn minn meta irċevew notifika illi rebħu, li juru ir-riduzjoni kif proposta fl-appalt.

2. Applikazzjonijiet għal liċenza u l-liċenzi innfishom irid ikollhom imniżżlin waħda minn dawn li ġejjin fis-sezzjoni 24:

- Reducción del derecho: attestat válido únicamente en España [Reglamento (CE) no 1839/95]

- Reducción del derecho: attestat válido únicamente en Portugal [Reglamento (CE) no 1839/95]

- Nedsættelse af tolden: licensen er kun gyldig i Spanien (Forordning (EF) nr. 1839/95)

- Nedsættelse af tolden: licensen er kun gyldig i Portugal (Forordning (EF) nr. 1839/95)

- Ermäßigte Abgabe: Lizenz nur in Spanien gültig (Verordnung (EG) Nr. 1839/95)

- Ermäßigte Abgabe: Lizenz nur in Portugal gültig (Verordnung (EG) Nr. 1839/95)

- Μείωση του δασμού: πιστοποιητικό που ισχύει μόνο στην Ισπανία [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1839/95]

- Μείωση του δασμού: πιστοποιητικό που ισχύει μόνο στην Πορτογαλία [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1839/95]

- Duty reduction: licence valid only in Spain [Regulation (EC) No 1839/95]

- Duty reduction: licence valid only in Portugal [Regulation (EC) No 1839/95]

- Abattement du droit: certificat valable uniquement en Espagne [règlement (CE) no 1839/95]

- Abattement du droit: certificat valable uniquement au Portugal [règlement (CE) no 1839/95]

- Riduzione del dazio: titolo valido unicamente in Spagna [regolamento (CE) n. 1839/95]

- Riduzione del dazio: titolo valido unicamente in Portogallo [regolamento (CE) n. 1839/95]

- Korting op het invoerrecht: certificaat uitsluitend geldig in Spanje (Verordening (EG) nr. 1839/95)

- Korting op het invoerrecht: certificaat uitsluitend geldig in Portugal (Verordening (EG) nr. 1839/95)

- Redução do direito: certificado válido apenas em Espanha [Regulamento (CE) n.o 1839/95]

- Redução do direito: certificado válido apenas em Portugal [Regulamento (CE) n.o 1839/95]

- Tullinalennus: todistus voimassa ainoastaan Espanjassa [Asetus (EY) N:o 1839/95]

- Tullinalennus: todistus voimassa ainoastaan Portugalissa [Asetus (EY) N:o 1839/95]

- Nedsättning av tull: intyg endast gällande i Spanien (Förordning (EG) nr 1839/95)

- Nedsättning av tull: intyg endast gällande i Portugal (Förordning (EG) nr 1839/95).

3. Meta rata fissa ta' riduzzjoni tapplika, applikazzjonijiet għall- liċenza għandhom jiġu kkunsidrati meta tingħata prova li ngħatat garanzija ta' 20 ECU kull tunnellata favur l-awtorità kompetenti konċernata biss.

Artikolu 9

1. Applikazzjonijiet għall-liċenza jrid ikollhom impenn bil-miktub mill-applikant, li jagħti, sa mhux aktar tard mid-data tal-ħruġ tal-liċenza, garanzija illi jagħti ammont għall kull tunnellata ekwivalenti għar-rata fissa ta' tnaqqis ta' dazju li ingħatat jew dik ir-riduzzjoni proposta fl-appalt.

2. Il-livell ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1162/95 [11] għandu japplika għall liċenzi ta' importazzjoni maħruġin skond dan ir-Regolament.

3. Meta rata fissa ta' tnaqqis ġiet addottata mill-Kummissjoni, r-rata ta' tnaqqis u r-rata ta' dazju ta' importazzjoni applikata għandha tkun dik li tapplika fil-ġurnata meta ċ-ċertifikat ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ġie aċċetat mill-uffiċċju tad-dwana.

4. Meta t-tnaqqis ġie iffissat skond proċedura ta' sejħiet għall-offerti, r-rata ta' dazju applikata għandha tkun dik li tapplika fil-ġurnata meta iċ-ċertifikat ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ġie aċċettat mill-uffiċju tad-dwana. Barra minn hekk, l-ammont ta' tnaqqis mgħoti jrid jidher fis-sezzjoni 24 tal-liċenza.

5. Applikazzjonijiet ikunu validi biss jekk:

- ma jaqbżux il-kwantità massima disponibbli għall kull limitu ta' żmien li fih jingħataw l-applikazjonijiet, u

- jkollhom prova illi in-negozju ta' l-applikant jinkludi kummerċ internazzjonali fiċ-ċereali fl-Istati Membri li qedgħin jimportaw. Għall iskop ta' dan l-Artikolu din il-prova trid tikkonsisti fil-prezentazzjoni lill-awtorità kompetenti jew kopja ta' ċertifikat ta' ħlas tat-taxxa għal valur miżjudfl-Istat Membru konċernat jew ta' kopja ta' jew ċertifikat ta' permess tad-dwana maħrug mill-Istat Membru konċernat għal-licenza ta' importazzjoni jew esportazzjoni jew riċevuta li għandha x'taqsam ma' negozju fil-Komunità fl-isem ta' l-applikant għall-attività magħmula f'xi sena matul it-tlett snin ta' qabel.

Artikolu 10

1. Meta rata fissa ta' riduzzjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni, liċenzi għandhom jinħarġu, fil-limiti tal-kwantitajiet disponibbli, mhux aktar tard mill-Ġimgħa li tiġi wara l-aħħar ġurnata għas-sottomissjoni kif speċifikat fl-Artikolu 8(1). Meta l-Ġimgħa ma tkunx ġurnata ta' xogħol, għandhom jinħarġu fl-ewwel jum ta' xogħol li jkun imiss.

Jekk l-applikazzjonijiet li jkunu saru għal ġimgħa jkunu għall kwantitajiet li jaqbżu dawk il-kwantitajiet li għadhom disponibbli ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja, l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu liċenzi għandhom ikunu dawk il-kwantitajiet indikati fl-applikazzjonijiet, mnaqqsin b'perċentwali uniformi.

2. Meta tnaqqis fid-dazju hu fiss skond proċedura ta' appalti, għandhom jinħarġu liċenzi, bil-kundizzjoni illi l-appaltatur ikun tefa' l-applikazzjoni għall liċenza ta' importazzjoni kif msemmi fl-Artikolu 6(3)(b) qabel il-limitu ta' żmien speċifikat, għall kwantitajiet mgħotija mhux aktar tard mit-tielet jum ta' xogħol wara l-aħħar ġurnata biex jingħataw applikazzjonijiet għal-liċenzi kif stipulat fl- l-Artikolu 8(1).

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzi kull ġimgħa mhux aktar tard mit-tielet jum ta' xogħol tal-ġimgħa ta' wara.

4. Minkejja l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 liċenzi ta' importazzjoni għandhom, bl-iskop li jiġi determinat il-perijodu ta' validità tagħhom, jitqiesu li nħarġu fil-ġurnata tal-eħluq tal-limitu taż-żmien biex jingħataw appalti jew applikazzjonijiet.

Artikolu 11

1. Il-perjodu ta' validità tal-liċenzi għandu jkun:

- il-perjodu msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 f'każijiet fejn rata fissa ta'

- riduzzjoni ġiet addottata mill-Kummissjoni, — il-perijodu msemmi fir-Regolament illi jibda s-sejħa għall-appalti, fil-każ ta' liċenzi maħruġin skond il-proċedura ta' appalti għat-tnaqqis fid-dazju.

2. Fit-8 parti tal-liċenza ta' importazzjoni, jrid isir salib fejn il-kelma "iva". Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ma' tistax taqbez massimu ta' 5 % tal-kwantità msemmija fis-sezzjonijiet 17 u18 tal-liċenza ta' importazzjoni. Trid tinkiteb il-figura "0" fis-sezzjoni 19 tal-liċenzja.

3. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-drittijiet li jirriżultaw mill-liċenzi ta' importazzjoni skond dan ir-Regolament ma' jistgħux jiġu trasferiti.

Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għal miżuri ta'sorveljanza adottati skond l-Artikolu 13, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 6(3)(a) għandha tiġi rilaxxata:

(a) minnufih, meta l-offerta ma' gietx aċċetata;

(b) meta l-offerta li ingħatat għall proċedura tal-appalti ġiet aċċettata, mal-ħruġ tal-liċenzja ta' importazzjoni. Madankollu, fejn l-obbligazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3)(b) ma ġietx imwettqa, l-garanzija tintilef.

2. Mingħajr preġudizzju għal miżuri ta'sorveljanza adottati skond l-Artikolu 13, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tiġi rilaxxata:

(a) minnufih, fir-rigward ta' dawk il-kwantitajiet li għalihom ma' nħargitx liċenza; u

(b) mal-ħruġ tal-liċenzja ta' importazzjoni, rigward dawk il-kwantitajiet li għalihom inħarġet liċenza.

3. Mingħajr preġudizzju għal miżuri ta' sorveljanza addottati skond l-Artikolu 13, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tiġi rilaxxata meta l-appaltatur jipprovdi prova:

- illi l-prodotti mportati ġew ipproċessati jew użati fl-Istat Membru li qed jimporta; din il-prova tista’ tikkonsisti f' riċevuta ta' bejgħ lill-persuna li tipproċessa jew konsumatur b'uffiċji ewlenin fl-Istat Membru li qed jimporta, jew

- li l-prodott ma' setax jiġi impurtat, pproċessat jew użat għal-raġunijiet ta' forza maġġuri, jew

- li l-prodott ma' jistax jiġi utillizzat għall ebda użu.

Għall-kwantitajiet li għalihom il-prova hawn fuq msemmija ma' tingħatax fi żmien ta' 18 il-xahar mid-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera il-garanzija tinżamm bħala dazju.

Għall iskopijiet ta' dan l-Artikolu, l-ipproċessar jew l-użu tal-prodott importat jitqies illi sar jekk 95 % tal-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ġiet ipproċessata jew utiliżata.

4. Garanziji għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, bl-eċċessjoni ta' dik id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu ta' żmien ta' sitt xhur riferiti fil-paragrafu 3 (a) tal-imsemmi l-Artikolu.

Artikolu 13

1. Qamħirrum u sorgu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b'dazju imnaqqas għandhom jibqgħu fis-sorveljanza tad-dwana jew taħt kontroll amministrattiv b'effett ekkwivalenti sa' dak iż-żmien li jiġu wżati jew proċessati.

2. L-Istat Membru konċernat għandu, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura illi s-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu illi importaturi jissotomettu għal kull kontroll illi l-awtoritajiet kompetenti jqisu neċessarju u li jżommu reġistri speċifiċi li jippermetu lill-awtoritajiet li jagħmlu dawn il-kontrolli.

3. L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skond it-2 paragrafu.

IL-KAPITOLU II

Xiri dirett fis-suq globali

Artikolu 14

1. Bl-iskop illi jiġu effetwati l-prodotti mportati msemmijin fl-Artikolu 1, jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, illi l-aġenzija ta' intervent Spanjola jew Portugiża għandha tixtri fis-suq globali kwantitajiet ta' qamħirrum u/jew sorgu li jrid jiġi stabbilit, u għandha tpoġġi fl-Istat Membru kkonċernat skond proċeduri ta' dazju ta' ħażna skond l-Artikoli 98 sa 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [12] stabbiliti mill-Kodiċi ta' Dazju Komuni u Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2454/93 [13] dwar dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2. Il-kwantitajiet mixtrijin skond il-paragrafu1 għandhom jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq domestiku ta' l-Istat Membru kkonċernat, skond il-procedura stipulata fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, fuq termini illi jippermettu li disturbi fis-suq jiġu evitati u skond l-Artikolu 13.

Meta l-oġġetti jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq domestiku, x-xerrej irid ipoġġi ma' l-aġenzija li tintervjeni ta' l-Istat Membru ikkonċernat mal-ħlas għall-prodotti garanzija ta' ECU 15 kull tunnellata. Il-garanzija trid tiġi rilaxxata meta tingħata l-prova msemmija fl-Artikolu 12(3). Għal finijiet tar-rilaxx tal-garanzija, d-dispożizzjonijiet tat-tieni u tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 12(3) u dawk ta' l-Artikolu 12(4) għandhom japplikaw.

3. Meta l-oġġetti jitpoġġew f'ċirkolazzjoni libera, dazju ta' importazzjoni għandu jkun dovut, ekwivalenti għal medja ta' dazji fissati skond ir-Regolament (KE) Nru 1502/95 għal ċereali konċernati matul ix-xahar li jiġi qabel id-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, u jrid jitnaqqas ammont ekwivalenti għal 55 % tal-prezz ta' intervet ta' l-istess xahar.

Id-daħla fiċ-ċirkolazzjoni libera għandha tiġi effetwata mill-aġenzija li tintervjeni ta' l-Istat Membru konċernat.

Meta x-xerrejja tal-oġġetti jagħmlu ħlas lil-aġenzija li tintervjeni, l-prezz ta' bejgħ, wara li jitnaqqas id-dazju msemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun jaqbel mad-dħul mill-bejgħ skond id-definizzjoni ta' l-I l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 [14].

4. l-operazzjoni ta' xiri msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala intervent bl-iskop li jissaħħaħ is-suq agrikolu skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

5. Ħlas mill-aġenzija li tintervjeni għax-xiri kif provdut fil-paragrafu 1 għandu jiġi merfugħ mill-Komunità meta jkun dovut u għandujiġi meqjus bl-istess mod bħall-ispejjeż msemmijin fl-Artikolu 2 tar- Regolament (KEE) Nru 1883/78. L-aġenzija li tintervjeni ta' l-Istat Membru konċernat għandha tirreġistra l-valur ta' l-oġġetti mixtrija bi prezz "zero" fil-kalkolazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78.

Artikolu 15

1. L-agenziji Spanjoli jew Portugiżi li jintervjenu għandhom jirranġaw biex il-prodott jinxtara fis-suq globali billi jintrebaħ kuntratt ta' provvista skond il-proċedura ta' sejħa għall-appalti. Il-konsenja għandha tikkonsisti fix-xiri tal-prodott mis-suq globali u t-trasport, mgħobbi, sa' l-imħażen nominati mill-imsemmija aġenziji li jintervjenu sabiex jitpoġġew fil-proċedura ta' tpoġġija fl-imħażen preskritti fl-Artikoli 98 sa 113tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Id-deċiżjoni illi jsir xiri fuq is-suq globali msemmija fl-Artikolu 14(1) għandha tispeċifika b'mod partikolari l-kwantità u l-kwalità ta' ċereali li ser jiġu mportati, id-dati tal-ftuħ u ta' l-egħluq tal-proċedura ta' l-appalti u d-data finali għat-trasport ta' l-oġġetti.

2. Notifika tas-sejħa ta' l-appalti magħmula skond it-II l-Anness trid ukoll tkun pubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Is-sejħa għandha tittratta konsenja waħda jew aktar minn konsinja waħda. "konsinja" għandu jinftiehem illi jfisser il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinjati kif speċifikati fl-appalt.

3. L-aġenzija li tintervjeni ta' l-Istat Membru koncernat għandha tadotta, kif meħtieġ, miżuri addizzjonali għall-implementazzjoni tal-attivitajiet ta' xiri fis-suq globali in-kwistjoni.

L-aġenzija trid tinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament b'dawn il-miżuri u trid tinforma bihom lill-operaturi.

Artikolu 16

1. Persuni interessati għandhom jirrispondu għas-sejħa ta' appalti jew bili jagħtu offerta bil-miktub u jieħdu rċevuta ta' rikkonoxximent u l-aġenzija li tintervjeni trid tkun indikata fin-notifika tas-sejħa għal appalti, jew billi jagħtu l-istess lill-din ta' l-aħħar permezz ta' ittra reġistrata, telex, telefax jew telegramma.

Appalti jridu jaslu għand l-aġenzija li tintevjeni qabel nofsinhar (ħin ta' Brussell) fil-ġurnata meta l-limitu ta' żmien sabiex jingħataw l-offerti indikata fin-notifika tas-sejħa ta' l-offerti jagħlaq.

2. Appalti jistgħu jingħataw biss għall-konsenji sħaħ. Huma jridu jagħtu:

- ir-riferenza tas-sejħa biex isir l-appalt,

- l-isem u l-indirizz eżatt tal-appaltatur, kif ukoll in-numru tat-telex jew telefax,

- dettalji tal-konsenja konċernata,

- il-prezz tal-offerta propost, għall kull tunellata tal-prodott, fil-munita ta' l-Istat Membru konċernat,

- il-post tal-oriġini taċ-ċereali li ser jiġu importati.

- separatament, il-prezz cif, għall kull tunnelata tal-prodott, fil-munita ta' l-Istat Membru konċernat, illi jaqbel ma l-appalt.

3. L-Appaltii jrid ikollhom magħhom prova illi l-garanzija msemmija fl-Artikolu 17(1) ingħatat qabel ma għalaq il-limitu ta' żmien biex jingħataw l-appalti.

4. L-appalti li ma jingħatawx skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jew li jkollhom kundizzjonijiet oħrajn li mhumiex stipulati fis-sejħa għall-appalti ma gaħandhomx jiġu kkunsidrati.

5. L-appalti ma' jistgħux jiġu rtirati.

Artikolu 17

1. L-appalti mogħtijin għandhom jiġu kunsidrati biss meta hemm prova illi ngħatat garanzija ta' ECU 20 għall kull tunnelata.

2. Il-garanziji għandhom jingħataw skond il-kriterji preskritti fis-sejħa għall-appalti msemmija fl-Artikolu 15(2) mill-Istat Membru konċernat, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [15].

3. Garanziji għandhom jiġu rilaxxati immedjatament fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-appalt ma' ġiex aċċettat;

(b) meta l-persuna li għamlet l-appalt tagħti prova illi l-kuntratt ta' provvista twettaq skond il-kundizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 15 għall-appalt aċettat;

(ċ) meta l-appaltatur jipprova li l-oġġetti ma' setgħux jiġu importati għal raġunijiet maġġuri ta' forza

Artikolu 18

L-appalti għandhom jinfetħu u jinqraw pubblikament. Dan għandu jsir mill-aġenzija li tintervjeni immedjatament wara l-egħluq taż-żmien għall-għoti ta' appalti.

Artikolu 19

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3, id-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt lil appaltatur li hu l-aktar favorevoli trid tiġi notifikata lil-appaltaturi kollha bil-miktub mhux aktar tard mit-tieni jum ta' xogħol wara il-jum li fih l-appalti nfetħu u nqraw.

2. Meta l-appalt li ġie ġudikat bħala l-iktar wieħed favorevoli ingħata simultanjament minn aktar minn appaltatur wieħed, l-aġenzija li tintervjeni għandha tuża l-polza biex tiddeċiedi liema appaltatur għandu jingħażel.

3. Jekk l-appalti li ngħataw ma jidhrux illi jiriflettu il-kundizzjonijiet li normalment japplikaw fis-swieq, l-aġenzija li tintervjeni tista' tiddeciedi li ma tagħtix il-kuntratt. Sejħiet għall-appalti jridu jiġu mġedda fi żmien ġimgħa sakemm il-kuntratti kollha ntrebħu.

Artikolu 20

1. L-aġenzija li tintervjeni għandha tiċċekja l-kwantità u l-kwalità ta' l-oġġetti fil-mument tal-provvista.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' tnaqqis fil-preżż msemmi fin-notifika tas-sejħa ta' l-appalti l-oġġetti jiġu rrifjutati jekk il kwalità hija inqas mill-kwalità minima stabilita. Madanakollu l-oġġetti jistgħu jiġu mportati b' dazju mnaqqas, li jingħata billi tiġi applikata rata fissa ta' riduzzjoni skond il-Kapitolu I.

2. Meta, skond il-paragrafu 1, ma ssirx il-konsenja, l-garanzija msemmija fl-Artikolu 17 tintilef mingħajr preġudizzju għal konsegwenzi finanzjarji oħrajn għal ksur tal-kuntratt ta' konsenja.

IL-KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 675/94 [16] qed jiġi hawn imħassar. Madanakollu, r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 517/95 [17] għandu jibqa' japplika għat-tieni ħlas għall bejgħ fis-suq Portugiż ta' 250000 tunnellata ta' qamħirrum mixtri skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' Frar tal-1995.

Artikolu 22

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mil-1 ta' Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta' Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 158, tat-8.7.1995, p. 13.

[3] ĠU L 147, tat-30.6.1995, p. 13.

[4] ĠU L 84, tat-30.3.1990, p. 85.

[5] ĠU L 265, tal-15.10.1994, p. 3.

[6] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[7] ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1.

[8] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[9] ĠU L 154, tal-25.6.1993, p. 46.

[10] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[11] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

[12] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[13] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[14] ĠU L 337, ta' l-4.12.1990, p. 3.

[15] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[16] ĠU L 83, tas-26.3.1994, p. 26.

[17] ĠU L 53, tad-9.3.1995, p. 12.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------