Official Journal L 150 , 01/07/1995 P. 0084 - 0084
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1586/95 tat-30 ta’ Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 776/78 dwar l-applikazzjoni ta’ l-inqas rata ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(4) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1098/68 tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2767/90 [4], jippreskrivi Żoni ta’ destinazzjoni biex jiġu stabbiliti rifużjonijiet; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/78 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3337/94 [6], dwar l-applikazzjoni ta’ l-inqas rata ta’ rifużjoni dwar esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-ħalib jirreferi għal dawk iż-Żoni; Billi r-Regolament (KEE) Nru 1098/68 hu sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/95 [7]; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3079/94 [8] jippreskrivi n-nomenklatura tal-pajjiż għall-istatistika esterna kummerċjali tal-Komunità u l-istatistika ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri; billi, għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 776/78 għandu jkun emendat billi jiġu sostitwiti r-riferenzi għal Żoni bin-nomenklatura li tikkorrispondi għalihom; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 776/78 hu b’dan emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 "Żona E" hi sostitwita b’"destinazzjoni Nru 400", 2. Fl-Anness II: - fil-kolonna bl-intestatura "Destinazzjoni""Żona E" hi sostitwita b’"Nru 400", - ir-riferenza għal "Regolament (KEE) Nru 1098/68" fin-nota f’qiegħ il-paġna 1 hi sostitwita b’"Regolament (KE) Nru 3079/94". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ġunju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 148, tat-30.6.1995. [3] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p. 10. [4] ĠU L 267, tad-29.9.1990, p. 14. [5] ĠU L 105, tad-19.4.1978, p. 5. [6] ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 66. [7] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 22. [8] ĠU L 325, tas-17.12.1994, p. 17. --------------------------------------------------