31995R1464



Official Journal L 144 , 28/06/1995 P. 0014 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95

tas-27 ta’ Ġunju 1995

dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fil-qasam taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam taz-zokkor [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u partikolarment l-Artikoli 13(2) u 17(2),

Billi l-Ftehim dwar l-Agrikoltura li jirriżulta min-negozjati dwar kummerċ multilaterali ta’ l-"Uruguay Round" (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") jitlob l-adattament, partikolarment, tar-regolamenti li japplikaw għal-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni fil-qasam taz-zokkor mill-1 ta’ Lulju 1995; billi, minħabba n-numru ta’ adattamenti rikjesti sabiex ikun hemm aktar ċarezza u effiċjenza amministrattiva aħjar, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2630/81 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1754/93 [4], għandu jitħassar, filwaqt li jinżammu dawk id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament li għadhom rilevanti għall-applikazzjoni ta’ din is-sistema ta’ liċenzji għal importazzjoni u esportazzjoni; billi, għal dawn l-istess persuni, għandha ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/889 [5], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1199/95 [6];

Billi b’riżultat ta’ dan il-Ftehim, il-kunċett iffissar minn qabel fil-kummerċ jisparixxi fl-istadju ta’ l-importazzjoni iżda jsir ir-regola fl-istadju ta’ l-esportazzjoni sa mill-1 ta’ Lulju 1995; billi, għalhekk, ma hemmx aktar bżonn li d-distinzjonijiet dwar il-garanziji korrispondenti jinżammu għal-liċenzi;

Billi, bħala riżultat ta’ l-aktar tkabbir tal-Komunità riċenti, xi ftit adattamenti għal natura formali imisshom isiru;

Billi l-miżuri magħmula minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jippreskrivi li r-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni stabbiliti mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81.

L-Artikolu 2

B’deroga mir-raba’ inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu u mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 u mill-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [7], l-ebda liċenzja ta’ esportazzjoni ma għandha tinħtieġ għal raġunijiet ta’ operazzjonijiet ta’ esportazzjoni li jirrelataw ma’ kwantità li ma taqbiżx iż-żewġ tunnellati ta’ zokkor taħt il-kwoti.

Il-Kummissjoni tista’, jekk hekk ikun jeħtieġ, tissospendi l-applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu.

L-Artikolu 3

1. Billi r-rifużjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-levy fuq l-esportazzjoni hija ffissata skond is-sejħa għal tender miżmuma fil-Komunità, l-applikazzjoni tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni jew għotja taħt it-tender tinħareġ.

2. Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja għandu jkun fiha mill-inqas waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

- Reglamento de licitación (CE) no… (DO no L… de…) límite de presentación de ofertas que expira el…

- Forordning om licitation (EF) nr…. (EFT nr. L… af…), fristen for indgivelse af tilbud udloeber den…

- Ausschreibung — Verordnung (EG) Nr…. (ABl. Nr. L… vom…), Ablauf der Angebotsfrist am…

- Κανονισμός διαγωνισμών (ΕΚ) αριθ. … (ΕΕ αριθ. L … της …), η προθεσμία υποβολής των προσφορών λήγει την …

- tendering Regulation (EC) No…(OJ No L…of…), time limit for submission of tenders expires…

- règlement d’adjudication (CE) no… (JO no L… du…), délai de présentation des offres expirant le…

- regolamento di gara (CE) n…. (GU n. L… del…), termine di presentazione delle offerte scade il…

- Verordening m.b.t. inschrijving (EG) nr…. (PB nr. L… van…), indieningstermijn aanbiedingen eindigend op…

- Regulamento de adjudicação (CE) n.o… (JO n.o L… de…), o prazo de apresentação das ofertas expira em …

- Förordning om anbud (EG) nr… (EGT nr L…, …) tidsfrist foer anbudsinlaemnande utlöper den…

- Asetus tarjouskilpailusta (EY) N:o… (EYVL N:o L…, annettu …), tarjousten tekemiselle varattu määräaika päättyy….

3. Il-liċenzja ta’ esportazzjoni għandha tinħareġ għall-kwantità mdaħħla fid-dikjarazzjoni jew għotja rilevanti ta’ offerti. Sezzjoni 22 għandha tindika r-rata ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni jew il-levy ta’ l-esportazzjoni, kif iddikjarat fid-dikjarazzjoni, espress f’Ecus. Għal dan l-għan, għandu jkollha mill-inqas waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

- Tasa de la restitución aplicable:…

- Restitutionssats: …

- Gueltiger Erstattungssatz:…

- Εφαρμοζόμενος συντελεστής επιστροφής:…

- Rate of applicable refund:…

- Taux de la restitution applicable:…

- Tasso di restituzione applicabile:…

- Toe te passen restitutievoet:…

- Taxa de restituição à exportação aplicável:…

- Exportbidragssats:…

- Tuen määrä:…

jew alternattivament:

- Tipo de gravamen a la exportación aplicable:…

- Eksportafgiftssats: …

- Gültiger Satz der Ausfuhrabschöpfung:…

- Εφαρμοζόμενος συντελεστής εισφοράς κατά την εξαγωγή:…

- Rate of applicable export levy:…

- Taux du prélèvement à l’exportation applicable:…

- Tasso del prelievo all’esportazione applicabile:…

- Toe te passen heffingsvoet bij uitvoer:…

- Taxa do direito nivelador à exportação aplicável:…

- Exportavgiftssats:…

- Vientimaksun määrä:…

4. Meta dan l-Artikolu ikun applikabbli, l-Artikolu 44 ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma għandux japplika:

L-Artikolu 4

1. Għal Ċ zokkor, Ċ isoglukosju u Ċ ġulepp ta’ l-inulina prodott għal esportazzjoni skond l-Artikolu 26(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/- 81, Sezzjoni 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja għandu jkun fiha mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

- para exportación con arreglo al apartado 1 del artículo 26 del Reglamento (CEE) no 1785/81

- til udførsel i medfør af artikel 26, stk. 1, i forordning (EØF) nr. 1785/81

- gemäß Artikel 26 Absatz 1 der Verordnung (EWG) Nr. 1785/81 auszuführen

- προς εξαγωγή σύμφωνα με το άρθρο 26 παράγραφος 1 του κανονισμού (EOK) αριθ. 1785/81

- for export under Article 26 (1) of Regulation (EEC) No 1785/81

- à exporter conformément à l’article 26 paragraphe 1 du règlement (CEE) no 1785/81

- da esportare a norma dell’articolo 26, paragrafo 1, del regolamento (CEE) n. 1785/81

- uit te voeren overeenkomstig artikel 26, lid 1, van Verordening (EEG) nr. 1785/81

- para exportação nos termos do n.o. 1 do artigo 26.o. do Regulamento (CEE) n.o. 1785/81

- för export i enlighet med artikel 26.1. i förordning (EEG) nr 1785/81

- vientiin asetuksen (ETY) N:o 1785/81 26 artiklan 1 kohdan mukaisesti.

2. Sezzjoni 22 tal-liċenzja għandu jkun fiha mill-inqas waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

- para exportación sin restitución ni gravamen… (candidad por la que este certificado ha sido emitido) kg

- udføres uden restitution eller afgift… (den mængde, for hvilken denne licens er udstedt) kg

- ohne Erstattung und ohne Abschöpfung auszuführen… (Menge, für die diese Lizenz erteilt wurde) kg

- προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή ή εισφορά (ποσότητα για την οποία εκδόθηκε το παρόν πιστοποιητικό) kg

- for export without refund or levy… (quantity for which the licence is issued) kg

- à exporter sans restitution ni prélèvement… (quantité pour laquelle ce certificat a été délivré) kg

- da esportare senza restituzione né prelievo… (quantitativo per il quale il titolo in causa e stato rilasciato) kg

- zonder restitutie of heffing uit te voeren… (hoeveelheid waarvoor dit certificaat werd afgegeven) kg

- para exportaçao sem restituçăo nem direito nivelador..(quantidade para a qual este certificado foi emitido) kg

- för export utan bidrag eller avgift…(den mängd för vilken licensen utfärdats) kg

- viedään ilman tukea ja maksua… (tähän todistukseen liittyvä määrä) kg.

3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal Ċ zokkor meta, skond l-Artikolu 26(2) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81, huwa soġġett għall-levy ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament.

4. L-Artikolu 8(4) ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 m’għandux japplika għal liċenzji ta’ esportazzjoni għal Ċ zokkor, Ċ isoglukosju u Ċ ġulepp ta’ l-inulina.

L-Artikolu 5

Liċenzja ta’ esportazzjoni għal Ċ zokkor, Ċ isoglukosju u Ċ ġulepp ta’ l-inulina tista’ tinħareġ biss wara li l-produttur in kwistjoni pprovda lill-entità kompetenti bi provi li l-kwantità li għaliha l-liċenzja hija mitluba, fuq kwantità ekwivalenti attwalment ġiet prodotta b’iktar mill-kwoti A u B ta’ l-impriża kkonċernata, kont meħud rigward zokkor, ta’ kwalunkwe kwantitajiet imressqa ’l quddiem fis-sena ta’ marketing in kwistjoni.

L-Artikolu 6

1. (a) Liċenzji ta’ importazzjoni għal kwantitajiet li jaqbżu l-10 tunnellati tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom ikunu validi mill-ġurnata attwali tal-ħruġ sa tmiem ix-xahar wara dik il-ħarġa.

(b) Liċenzji ta’ importazzjoni ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux l-10 tunnellati tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(b) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81 u l-liċenzji ta’ importazzjoni elenkati fl-Artikolu 1(1)(b), (d), (f), (g) u (h) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu validi mill-ġurnata tal-ħruġ fis-sens ta’ l-Artikolu 21(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88, sa tmiem ix-xahar wara dik il-ħarġa.

2. Liċenzji ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom ikunu validi mill-ġurnata tal-ħruġ fis-sens ta’ l-Artikolu 21(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 sa tmiem ix-xahar wara dik il-ħarġa.

3. Bla preġudizzju għal perjodi ta’ validità oħra provduti taħt il-kondizzjonijiet ta’ sejħa għall-offerti miftuħa fil-Komunità:

(a) liċenzji ta’ esportazzjoni għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (d) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81, oltre Ċ zokkor u li jirrigwarda l-kwantitajiet li jaqbżu l-10 tunnellati għandhom ikunu validi mill-ġurnata attwali tal-ħruġ:

- sa l-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara dik il-ħarġa, jew

- għal 30 ġurnata mid-data fejn l-ebda rifużjoni ma ġiet iffissata jew taħt sistema perjodika jew b’offerta,

basta l-perjodu ta’ validità ma għandux ikun estiż lil hinn mit-30 ta’ Settembru ta’ wara l-ġurnata attwali ta’ dik il-ħarġa;

(b) liċenzji ta’ esportazzjoni:

- għal Ċ zokkor,

- għal kwantitajiet ta’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (d) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81 li ma jaqbżux l-10 tunnellati,

- għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(b), (ċ), (f), (g) u (h) tar-Regolament imsemmi,

għandhom ikunu validi mill-ġurnata tal-ħruġ fis-sens ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 sa l-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara dak li jsegwi l-ħarġa.

Fil-każijiet imsemmija fit-tieni inċiż il-parti kkonċernata tista’ ma tużax iktar minn waħda minn dawn il-liċenzji għall-istess esportazzjoni.

L-Artikolu 7

Rigward zokkor preferenzjali li għandu jkun importat fil-Komunità skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2782/76 [8], l-applikazzjoni għal-liċenzja għandu jkun fiha:

- f’Taqsima 20 mill-inqas waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

- azúcar preferencial [Reglamento (CEE) no 2782/76]

- praeferencesukker (forordning (EØF) nr 2782/76)

- Präferenzzucker (Verordnung (EWG) Nr 2782/76)

- προτιμησιακή ζάχαρη [κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 2782/76]

- Preferential sugar (Regulation (EWG) nr 2782/76)

- sucre préférentiel [règlement (CEE) nr 2782/76]

- zucchero preferenziale [regolamento (CEE) n. 2782/76]

- preferentiële suiker (Verordening (EEG) nr 2782/76)

- açúcar preferencial [Regulamento (CEE) nr 2782/76]

- förmånssocker (förordning (EEG) nr 2782/76)

- etuuskohtelun alainen sokeri [asetus (ETY) N:o 2782/76];

- f’Taqsima 8, l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini tal-prodott.

Il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ importazzjoni għandha tagħmel l-importazzjoni obligatorja skond ir-Regolament (KEE) Nru 2782/76 mill-pajjiż speċifikat fil-liċenzja.

L-Artikolu 8

1. Il-garanzija għal-liċenzji għall-prodotti elenkati f’(a), (b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom ikunu għal kull 100 kilogramma ta’ prodott nett, jew għal kull 100 kilogramma netti ta’ materja xotta ta’ isoglukosju, jew għal kull 100 kilogramma netti ta’ materja xotta f’zokkor/isoglukosju ekwivalenti ta’ ġulepp ta’ l-inulina, skond kif ġej:

(a) fejn il-liċenzja hija għall importazzjoni:

- ECU 0,30 rigward prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM 1701, 1702 u 2106, esklużi l-kodiċijiet NM 17025000 u 17029010 u ġulepp ta’ l-inulina,

- ECU 0,06 rigward prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 121291, 12129200 u 1703,

- ECU 0,60 rigward ġulepp ta’ inulina li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex17026090 u 17029080;

(b) ECU 0,30 fejn il-liċenzja hija għall-esportazzjoni ta’ Ċ zokkor, Ċ isoglukosju jew Ċ ġulepp ta’ l-inulina;

(ċ) fejn il-liċenzja hija għal esportazzjoni mingħajr preġudizzju għal rati oħra provduti taħt it-termini ta’ sejħa għall-offerti miftuħa fil-Komunità:

- ECU 11,00 rigward prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701.

Madankollu, il-garanzija għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal zokkor abjad u zokkor mhux maħdum, il-validità ta’ liema hija limitata għal 30 ġurnata taħt it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3), għandu jkun ECU 4,20,

- ECU 0,90 rigward prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM1703.

- ECU 4,20 rigward prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 170220, 17026090, 17029060, 17029071, 17029090 u 21069059, eskluż il-ġulepp ta’ l-inulina,

- ECU 4,20 rigward prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 17023010, 17024010, 17026010, 17029030 u 21069030,

- ECU 8,00 rigward ġulepp ta’ l-inulina li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex17026090;

(d) ECU 0,30 għal liċenzji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

2. Ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri, billi l-obligazzjoni li jkunu esportati prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM1701 ikkreat mil-liċenzji ta’ esportazzjoni barra minn dawk maħruġa in konnessjoni ma’ sejħa għal offerti miftuħa fil-Komunità, mhijiex sodisfatta u fejn il-garanzija msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(ċ) huwa inqas mir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fis-seħħ fl-aħħar ġurnata tal-validità wara r-riduzzjoni tar-rifużjoni kif indikat fuq il-liċenza, għalhekk, skond il-kondizzjonijiet rigward limiti ta’ żmien preskritti fl-Artikolu 33 ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88 u permezz ta’ garanzija supplementarja għall-kwantità rigward liema l-obligazzjoni ma ġietx sodisfatta, il-pussessur tal-liċenzja għandu jkun addebitat ammont ugwali għad-differenza bejn ir-riżultat ta’ dan il-kalkolu u l-garanzija msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(ċ).

L-Artikolu 9

1. Bla preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 21 ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81, liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM1701 li jirrigwarda l-kwantitajiet li jaqbżu l-10 tunnellati, barra minn:

(a) Ċ zokkor,

(b) zokkor-kandju,

(ċ) zokkor għat-togħma u kulurit,

(d) zokkor preferenzjali li għandu jkun impurtat fil-Komunità skond Regolament (KEE) Nru 2782/76,

għandu jinħareġ fit-tielet ġurnata utili wara l-ġurnata li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għalihom.

2. Meta l-applikazzjoni għal liċenzja rigward prodotti li għalihom japplika l-paragrafu 1 tirrigwarda kwantitajiet li ma jaqbżux l-10 tunnellati, il-parti kkonċernata ma tistax tagħmel iktar minn applikazzjoni waħda fl-istess ġurnata u ma’ l-istess awtorità kompetenti.

L-Artikolu 10

1. B’deroga mill-Artikolu 2 ta’ Regolament (KEE) Nru 3719/88, billi, wara li ssir l-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [9], l-esportazzjoni minn qabel ta’ zokkor abjad li taqa’ taħt il-kodiċi NM 17019910 tkun segwita mill-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 17011110, 17011190, 17011210 u 17011290, għaldaqstant liċenzji ikunu meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ zokkor abjad u l-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum.

2. Taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni u tal-liċenzja ta’ esportazzjoni għal zokkor abjad u ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni u ta’ liċenzja għall-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum, għandu jkollhom mill-inqas waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

- - certificado válido en… (Estado miembro emisor),

- - licens gyldig i… (udstedende medlemsstat),

- - Lizenz gültig in…(erteilender Mitgliedstaat),

- - πιστοποιητικό που ισχύει στο… (κράτος μέλος εκδόσεως),

- - licence valid in… (issuing Member State),

- - certificat valable en… (Etat membre de délivrance),

- - titolo valido in… (Stato membro di rilascio),

- - certificaat geldig in… (Lid — Staat van afgifte),

- - certificado válido em… (Estado — membro emissor),

- - licens giltig i… (utfärdande medlemsstat),

- - todistus voimassa… (luvan antanut jäsenvaltio).

Taqsima 20 tal-liċenzja ta’ esportazzjoni għandu jkun fiha wkoll in-numru tal-liċenzja ta’ importazzjoni korrispondenti, u fit-taqsima rilevanti tal-liċenzja ta’ importazzjoni in-numru tal-liċenzja ta’ esportazzjoni korrispondenti.

L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni għal zokkor abjad m’għandhiex tkun aċċettata sakemm ma tiġix ippreżentata l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u fl-istess ħin issir applikazzjoni għal-liċenzja ta’ mportazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum.

L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni għandha tirrigwarda l-kwantità ta’ zokkor mhux maħdum ta’ kwalità standard li, wara li jkunu kkunsidrati il-frott tagħha, tikkorrispondi għall-kwantità ta’ zokkor abjad murija fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ esportazzjoni. Dak li jiġi prodott minn zokkor mhux maħdum għandu jkun ikkalkolat billi jitnaqqas 100 mill-ammont miksub permezz tal-multiplikazzjoni għal darbtejn tal-grad ta’ polarizzazzjoni taz-zokkor.

Fejn iz-zokkor mhux maħdum importat ma jikkorrispondix għall-kwalità standard, il-kwantità ta’ zokkor mhux maħdum li għandha tkun importata taħt il-liċenzja għandha tkun ikkalkolata billi ssir multiplikazzjoni tal-kwantità ta’ zokkor mhux maħdum ta’ kwalità standard imsemmija fil-liċenzja permezz ta’ fattur korrettiv. Il-fattur korrettiv għandu jinkiseb billi ssir diviżjoni ta’ 92 bil-perċentwali tal-frott ta’ zokkor mhux maħdum attwalment importat.

3. B’deroga mill-Artikolu 6, il-liċenzja ta’ esportazzjoni għal zokkor abjad u l-liċenzja ta’ importazzjoni għal zokkor mhux maħdum għandha tkun valida:

- sat-30 ta’ Ġunju fejn l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa, fis-sens ta’ l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, fl-1 ta’ Ottubru jew wara tas-sena tas-suq in kwistjoni,

- sat-30 ta’ Settembru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa, fis-sens ta’ l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, fl-1 ta’ Lulju jew wara tas-sena tas-suq in kwistjoni.

4. B’deroga mill-Artikolu 8(1), u mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi li ġejjin, il-garanzija għal-liċenzja ta’ importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ECU 11,50 għal kull 100 kilogramma netta.

Madankollu, l-ammont tal-garanzija msemmija għandha tkun aġġustata kif muri f’dan l-Anness permezz ta’ referenza għall-ammont ta’ levy ta’ esportazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum applikabbli fil-ġurnata li fiha l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ importazzjoni tkun ġiet ippreżentata u f’kull nhar ta’ Tnejn matul il-perjodu tal-validità tal-liċenza.

L-applikant għal liċenzja ta’ importazzjoni għandu jintalab jagħmel iż-żieda xierqa fil-garnazija msemmija fit-tieni subparagrafu jew fil-ġurnata li fiha jkun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu jew fi żmien tliet ijiem utili wara n-nhar ta’ Tnejn rilevanti. Fuq talba tad-detentur tal-liċenzja ta’ importazzjoni l-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa dik il-parti tal-garanzija li m’għadhiex meħtieġa b’riżultat ta’ kwalunkwe aġġustament l-isfel.

Barra minn hekk, fuq talba ta’ l-applikant, li għandha ssir fl-istess ħin ma l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ importazzjoni, u flimkien mal-preżentazzjoni tal-provi dokumentati rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tnaqqas il-garanzija mogħtija skond it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sa l-ammont ta’ garanzija mogħtija, skond l-Artikolu 115(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, fuq l-esportazzjoni minn qabel ta’ l-ammont ta’ zokkor abjad korrispondenti.

Madankollu, l-ammont ta’ garanzija kif aġġustata skond dan il-paragrafu ma tista’ fl-ebda każ, tkun inqas mill-ammont ta’ garanzija speċifikata fl-ewwel subparagrafu.

5. L-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m’għandux japplika għal-liċenzji ta’ esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 m’għandhomx japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

6. B’deroga mill-Artikoli 8(5) u 33(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88:

(a) il-garanzija kollha rigward liċenzja ta’ importazzjoni għandha tiġi rilaxxata biss fejn il-kwantità ta’ zokkor mhux maħdum attwalment importata hija daqs jew iktar mill kwantità ta’ zokkor abjad attwalment esportat, kont meħud tal-frott ta’ zokkor mhux maħdum;

(b) fejn il-kwantità ta’ zokkor mhux maħdum attwalment importata hija inqas mill-kwantità ta’ zokkor abjad attwalment esportata, il-garanzija għandha tintilef b’ammont korrispondenti għad-differenza bejn l-ammont ta’ zokkor abjad attwalment esportat u l-ammont ta’ zokkor mhux maħdum attwalment importat. Din id-dispożizzjonijiet għandha tkun applikata wara li jkun kkunsidrat il-frott taz-zokkor mhux maħdum involut;

(ċ) fejn il-persuna kkonċernata ma tkunx għamlet it-talba msemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ paragrafu 4, dik il-parti tal-garanzija li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 4 u li tista’ tintilef taħt punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandha titnaqqas b’ammont kwalunkwe mitluf taħt l-Artikolu 115(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Dan it-tnaqqis għandu jsir biss fuq talba tal-parti kkonċernata u wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti xierqa li jappoġġaw dan;

(d) fejn, meta japplika il-paragrafu 4, id-detentur ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jonqos milli jżid il-garanzija fiż-żmien preskritt, il-garanzija msemmija, aġġustata kif meħtieġ skond dak il-paragrafu, għandu, ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri, jintilef kompletament.

Jekk, madankollu, talba ma saritx taħt ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4, l-ammont mitluf għandu, hekk kif tiskadi l-liċenzja ta’ importazzjoni, jitnaqqas hekk kif provdut fil-punt (ċ) ta’ dan il-paragrafu.

7. Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 561 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-limitu ta’ żmien li fih għandha ssir l-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum korrispondenti għall-esportazzjoni ta’ zokkor abjad preċedenti għandu jkun l-istess perjodu ta’ validità tal-liċenzja ta’ importazzjoni għal zokkor mhux maħdum.

8. B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, id-drittijiet li jidderivaw mil-liċenzji ta’ esportazzjoni u importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu trasferibbli.

9. Kanċellazzjoni taħt l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandha tapplika simultanjament għal liċenzja ta’ importazzjoni kif ukoll liċenzja ta’ esportazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 11

Regolament (KEE) Nru 2630/81 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1995.

Madankollu, d-dispożizzjonijiet tiegħu rigward liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jieqfu jkunu applikabbli sa mill-1 ta’ Lulju 1995.

L-Artikolu 12

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1995.

Għandu japplika fil-każ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 110, tas-17.5.1995, p. 1.

[3] ĠU L 258, tal-11.9. 1981, p. 16.

[4] ĠU L 161, tat-2.7. 1993, p. 45.

[5] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[6] ĠU L 119, tat-30.5.1995, p. 4.

[7] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

[8] ĠU L 318, tat-18.11.1976, p. 13.

[9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-kalkolu ta’ l-aġġustament tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 10

Ammont ta’ imposta ta’ l-esportazzjoni fuq zokkor mhux maħdum (kodiċijiet NM 17011110, 17011190, 17011210 u 17011290) li tirrekjedi aġġustament tal-garanzija | Ammont ta’ aġġustament tal-garanzija 'l fuq u 'l istel |

1 | 2 |

0 sa 4,20 | — |

4,21 sa 8,40 | 4,20 |

8,41 sa 12,60 | 8,40 |

12,61 sa 16,80 | 12,60 |

u hekk permezz ta’ żidiet ta’ ECU 4,20 kull darba |

--------------------------------------------------