31995R1359



Official Journal L 142 , 26/06/1995 P. 0001 - 0935


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/95

tat-13 ta' Ġunju 1995

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 802/80

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura ta' l-oġġetti, minn issa ′l quddiem imsejjħa "nomenlatura kombinata", biex jilqa′ l-ħtiġijiet sew tat-Tariffa Doganali Komuni kif ukoll ta' l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità;

Billi r-Regolament (KE) Nru 3115/94 tal-20 ta' Diċembru 1994 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995 ittieħdu in konsiderazzjoni:

- bdil f'dak li għandu x'jaqsam ma′ l-istatistika u l-politika kummerċjali, partikolarment bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konkluzjoni għan-nom tal- Komunità Ewropea, f'dak li jidħol fil-kompetenza tagħha, ta' l-akkordji milħuqa fin-negozjati multilaterali tal-Laqgħat fl-Urugwaj (1986-1994) [2] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3231/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ċerti miżuri li jirriżultaw mil-konklużjoni tan-negozjati skond l-Artikolu XXIV:6 u miżuri neċessarji għall-iskop ta' simplifikazzjoni [3],

- il-bżonn ta' alinjament jew kjarifikazzjoni tal-kliem;

Billi huwa neċessarju li jiġu implimentati, b'effett mill-1 ta' Lulju 1995, ċerti miżuri dwar tariffi, b'mod partikolari għal prodotti agrikoli kif definiti fin-negozjati multilaterali tal-Laqgħat ta' l-Urugwaj;

Billi huwa xieraq għall-Kummissjoni li tadotta permezz ta' regolament li jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1995, verżjoni kompleta tan-nomenklatura kombinata flimkien mar-rati ta' dazju korrispondenti u awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni, kif jirriżulta mid-Deċizjoni 94/800/KE u mir-Regolament (KE) Nru 3231/94 kif ukoll miżuri oħra adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni [4]

Billi Regolament (KEE) Nru 802/80 [5], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2723/90 [6], ikklassifika ċerti prodotti bħall-butir bis-sottotitolu 04050010 tan-nomenklatura kombinata; u billi din il-klassifikazzjoni mhix konformi mamhix konformi ma' l-istruttura ġdida tat-titolu Nru 0405 tan-nomenklatura kombinata annessa ma' dan ir-Regolament; billi ir-Regolament (KEE) Nru 802/80 għalhekk messu jitħassar;

Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatitistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed jiġu sostitwiti bl-Annessi ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 802/80 qed jiġi mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

M. Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, paġ. 1.

[2] ĠU L 336, tat-23.12.1994, paġ. 1.

[3] ĠU L 338, tat-28.12.1994, paġ. 1.

[4] Inkorporat fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament huma emendi li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-miżuri segwenti:

- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3330/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, paġ. 52),

- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 656/95 tal-28 ta’ Marzu 1995 (ĠU L 69, tal-29.3.1995, paġ. 1).

[5] ĠU L 87, 1.4.1980, paġ. 54.

[6] ĠU L 261, tal-25.9.1990, paġ. 24.

--------------------------------------------------