31995R1319



Official Journal L 127 , 10/06/1995 P. 0008 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/95

tad-9 ta’ Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 338/92 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 rigward il-kwota Komunitarja għall-importazzjoni fid-dipartiment Franċiż tar-Réunion ta’ 8000 tunnellata metrika ta’ nuħħala tal-qamħ li tidħol fil-kodiċi tan-NM bin-Nru 230230 u li joriginaw fl-Istati ta’ l-ACP (l-Afrika, il-Karribew, il-Paċifiku)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jdaħħal miżuri speċifiċi rigward ċerti prodotti agrikoli għall-benefiċċju tad-dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Biedja tar-Round ta’ l-Urugwaj jirrikjiedi tibdil kbir fl-arranġamenti ta’ l-importazzjoni; billi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 338/92 [3] iridu għalhekk jiġu addattati kif jixraq;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR REGOLAMENT:

Artikolu 1

"L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata l-kwota annwali Komunitarja għall-importazzjoni fid-dipartiment Franċiż tar-Réunion eżentati mid-dazju fuq l-importazzjoni ta’ 8000 tunnellata metrika ta’ nuħħala tal-qamħ koperti bil-kodiċi tan-NM (in-Nomenklatyura Magħquda) bin- Nru 230230 li joriġinaw fl-Istati AKP skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3763/91."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 356, tal-24.12.1991, p. 1

[2] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105

[3] ĠU L 36, tal-13.2.1992, p. 16

--------------------------------------------------