Official Journal L 085 , 19/04/1995 P. 0009 - 0009
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 839/95 tal-10 ta' April 1995 li jemenda l-lista tal-pajjiżi msemmija f'Anness I mar-Regolament (KE) Nru 519/94 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 dwar dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar r-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċertu pajjiżi terzi [1], japplika inter alia, għall-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja; Billi l-Komunità iffirmat Patti ta' Ftehim għal Kummerċ Ħieles ma’ l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, li barra minn hekk imbarkaw fuq programm ta' riforma ekonomika fuq skala kbira bil-għan li jassiguraw it-transizzjoni tagħhom lejn kull suq ekonomiku; Billi provedimment għandu isir għalhekk sabiex dawn il-pajjiżi jitneħħew mill-iskop tar-Regolament (KE) Nru 519/94 b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dawn il-Patti ta' Ftehim imsemmija, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja għandhom jitneħħew minn Anness I mar-Regolament (KE) Nru 519/94. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Patti tal-Ftehim għal Kummerċ Ħieles konklużi rispettivament bejn il-pajjiżi li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 1 u l-Komunità. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’ kull Stat Membru. Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 t'April 1995. Għall-Kunsill Il-President A. JuppÉ [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 89. --------------------------------------------------