31995R0693



Official Journal L 071 , 31/03/1995 P. 0052 - 0053


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 693/95

tat-30 ta’ Marzu 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1756/93 li jistabbilixxi il-fatti operattivi għar-rata agrikola tal-kambju li tapplika għall-ħalib u għall-prodotti mill-ħalib

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 Diċembru 1992 dwar l-unità tal-kontijiet u r-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati għall-finijiet tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/95 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi l-għan tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 267/95 [4], huwa preċisament li jiffissa r-rata agrikola tal-kambju li trid tiġi applikata għall-ammonti kollha ffissati fl-ecu fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 685/69 ta’ l-14 ta’ April 1969 dwar regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati għall-intervent fis-suq tal-butir u tal-krema [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 393/94 [6], huwa mħassar u mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 454/95 [7]; billi, għalhekk, ir-referenzi fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1756/93 għandhom jiġu emendati;

Billi d-dispożizzjonijiet dwar il-validità tal-fattura tal-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 tal-31 ta’ Lulju 1981 dwar il-konċessjoni tal-għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu bla qligħ [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 455/95 [9]; billi l-okkażjoni operattiva li għandha x’taqsam ma’ dan għandha għalhekk tiġi aġġustata;

Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1756/93 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Il-punt 1 tal-Parti B. I jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ir-Regolament | L-Ammonti interessati | Ir-Rata agrikola tal-kambju litrid tiġi applikata |

1.(KE) Nru 454/95 | Il–prezz ta’ l-intervent | Ir-rata agrikola tal-kambjuapplikat tax-xiri tal-ħażna fid-data tat- teħid fl-intervent" |

2. Il-punt 1 tal-Parti B. III jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ir-Regolament | L-Ammonti interessati | Ir-Rata agrikola tal-kambju li trid tiġi applikata |

1.(KEE) Nru 2191/81 | Il-għajnuna għax-xiri 2 (1) | Ir-rata agrikola tal-kambju tal-butir mill-istituzz- li tapplika fl-ewwel jum ta’ joniijiet u l-organizzazz- l-ewwel xahar li għalih applika azzjonijiet ta’ mingħajr l-fattura tal-kunsinna riferitaqligh riferiti fl-Artikolu fl-Artikolu 3" |

3. Il-punt 2 tal-Parti D jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ir-Regolament | L-Ammonti interessati | Ir-rata agrikola tal-kambju li trid tiġi applikata |

2.(KE) Nru 454/95 | A.L-ispejjeż tal-ħażna L-Artikolu 5(3) | Ir-rata agrikola tal-kambju li riferiti fil-punti a u b tat- tapplika fid-data tat-teħid għall-tieni subparagrafu ta’ l- ħażna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) |

B.L-ispejjeż addizzjo− 7 (2) tifsira ta’ l-Artikolu | Ir-rata agrikola tal-kambju li nali riferiti fl-Artikolu tapplika fid-data tat-teħid fit− 5(1)" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 387, ta’ l-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 22, ta’ l-31.1.1995, p. 1.

[3] ĠU L 161, ta’ l-2.7.1993, p. 48.

[4] ĠU L 31, ta’ l-10.2.1995, p. 6.

[5] ĠU L 90, ta’ l-15.4.1969, p. 12.

[6] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 11.

[7] ĠU L 46, ta’ l-1.3.1995, p. 1.

[8] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20.

[9] ĠU L 46, ta’ l-1.3.1995, p. 31.

--------------------------------------------------