Official Journal L 041 , 23/02/1995 P. 0002 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 355/95 ta' l-20 ta' Frar 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3283/94 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li tkun l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li ma jkunux membri tal-Komunità Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113, tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi bir-Regolament (KE) Nru 3283/94 [1] il-Kunsill adotta regoli komuni dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li tkun l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li ma jkunux membri tal-Komunità Ewropea; Billi l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 3284/94 ħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2433/88 [2] dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li tkun l-oġġett ta' dumping jew ta' sussidju minn pajjiżi li ma jkunux membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea; Billi bl-Artikolu 24 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 3284/94 japplika għall-proċeduri u għall-investigazzjonijiet ta' reviżjoni temporanja mibdija wara l-1 ta' Settembru 1994 u għall-investigazzjonijiet ta' reviżjoni tal-għeluq taż-żmien li tagħhom l-avviż tal-għeluq imminenti taż-żmien tal-miżuri kien ippubblikat wara dik id-data; Billi huwa. għalhekk, meħtieġ li jkunu emendati l-Artikoli 23 u 24 ta-Regolament (KE) Nru 3283/94 sabiex ikun iddikjarat b'mod ċar illi r-Regolament (KEE) Nru 2423/88 ikompli japplika għall-proċeduri li jkunu pendenti fl-1ta' Settembru 1994, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3283/94 għandu jkun emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 23 għandu jkun issostitwit b'li ġej "L-Artikolu 23 Revoka tal-leġislazzjoni eżistenti u miżuri transitorji Ir-Regolament (KEE) Nru 2423/88 huwa b'dan imħassar. Madankollu huwa għandu jibqa' japplika għall-proċeduri li dwarhom investigazzjoni li tkun pendenti fl-1 ta' Settembru 1994 ma tkunx ingħalqet sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jew li dwarhom investigazzjoni ta' reviżjoni tal-għeluq taż-żmien tkun inbdiet wara l-pubblikazzjoni qabel l-1 ta' Settembru 1994 ta' avviż tal-għeluq imminenti taż-żmien. Ir-Regolament (KEE) Nru 2423/88 għandu jieqaf milli japplika għal proċeduri bħal dawn wara l-għeluq ta' l-investigazzjoni. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament meta jkun xieraq." 2. it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 24 għandha tkun issostitwita b'dan li ġej: "Huwa għandu japplika għall-proċeduri li ma japplikax għalihom ir-Regolament (KEE) Nru 2433/88." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Frar 1995. Għall-Kunsill Il-President E. Alphandéry [1] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 1. [2] ĠU L 209, tat-2.8.1988, p.1. Ir-Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 522/94 (ĠU L. 66, ta' l-10.3.1994, p. 10). --------------------------------------------------